Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2443

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2443/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jipprovdi miżuri addizzjonali għall-appoġġ dirett ta’ l-introjti tal-produtturi jew għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella

    ĠU L 333, 21.12.1996, p. 2–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2011; Imħassar b' 32011R1229

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2443/oj

    31996R2443



    Official Journal L 333 , 21/12/1996 P. 0002 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2443/96

    tas-17 ta’ Diċembru 1996

    li jipprovdi miżuri addizzjonali għall-appoġġ dirett ta’ l-introjti tal-produtturi jew għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi, fid-dawl tad-diffikultajiet serji li għadhom jissoktaw fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella li jirriżultaw mit-tħassib tal-konsumaturi rigward l-enċefalopatija sponġifoma ta’ l-ifrat (BSE) u b’żieda ma’ dawk il-miżuri li kienu ttieħdu għalbiex jappoġġjaw l-introjti tal-produtturi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1357/96 [2], huma meħtieġa miżuri addizzjonali għall-appoġġ dirett ta’ l-introjti tal-produtturi jew għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella;

    Billi l-ammont tal-għajnuna disponibbli għal kull Stat Membru għall-appoġġ dirett għall-introjti tal-produtturi jew għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella għandu jiġi mqassam skond sistema li tqis, b’mod partikolari, id-daqs tal-merħla ta’ l-ifrat f’kull Stat Membru; billi huwa approprjat illi l-Istati Membri għandhom iqassmu l-ammont totali tal-finanzi disponibbli fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, filwaqt li jevitaw kull tagħwiġ tas-suq;

    Billi, għal raġunijiet ta’ l-estimi finanzjarji, il-Komunità għandha tiffinanzja n-nefqa miġrura mill-Istati Membri rigward l-appoġġ dirett għall-introjti tal-produtturi jew għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella biss fejn dawn il-ħlasijiet isiru sa ċertu temma taż-żmien,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jużaw l-ammonti ddikjarati fl-Anness sabiex jagħmlu l-ħlasijiet addizzjonali, skond kriterji oġġettivi, għalbiex jappoġġjaw l-introjti tal-produtturi jewis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella fit-territorju tagħhom, sakemm dawn il-ħlasijiet ma jikkawżawx tagħwiġ fil-kompetizzjoni.

    Artikolu 2

    1. Il-miżuri introdotti bl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala l-intervent maħsub għalbiex jiġu stabbilizzati s-swieq agrikoli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [3].

    2. Il-Komunità għandha tiffinanzja l-ispiża miġrura mill-Istati Membri fejn għandhom x’jaqsmu l-ħlasijiet riferiti fl-Artikolu 1 biss fejn dawk il-ħlasijiet isiru mill-Istati Membri mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 1997.

    Artikolu 3

    Ir-rata tal-kambju li trid tiġi applikata għandha tkun ir-rata agrikola valida fl-1 ta’ Diċembru 1996.

    Artikolu 4

    Kull regola ddettaljata meħtieġa sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament għandha tiġi adottata skond il-proċedura ddikjarata fl-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [4].

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Ma għandux jibda japplika qabel il-jum li fih l-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 1997 ikunu ġew iddikjarati bħala finalment adottati.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, is-17 ta’ Diċembru 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. Yates

    [1] Opinjoni mogħtija fit-13 ta’ Diċembru 1996 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU L 175, tat-13.7.1996, p. 9.

    [3] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1287/95 (ĠU L 125, tat-8.6.1995, p. 1).

    [4] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2222/96 (ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 50).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-ammonti riferiti fl-Artikolu 1

    ECU (Miljuni) |

    Il-Belġju | 22,12 |

    Id-Danimarka | 12,29 |

    Il-Ġermanja | 98,33 |

    Il-Greċja | 1,47 |

    Spanja | 28,52 |

    Franza | 117,01 |

    L-Irlanda | 36,87 |

    L-Italja | 44,25 |

    Il-Lussemburgu | 1,47 |

    L-Olanda | 32,45 |

    L-Awstrija | 10,32 |

    Il-Portugall | 5,90 |

    Il-Finlandja | 5,90 |

    L-Isvezja | 10,32 |

    Ir-Renju Unit | 64,41 |

    --------------------------------------------------

    Top