EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2153

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2153/96 tal-25 ta' Ottubru 1996 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità

ĠU L 289, 12.11.1996, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2153/oj

31996R2153



Official Journal L 289 , 12/11/1996 P. 0001 - 0001


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2153/96

tal-25 ta' Ottubru 1996

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 249 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 361, il-livell tal-garanzija komprensiva għal transitu estern fil-Komunità stabbilit għal ta' lanqas 30 % tad-dazji u imposti oħra pagabbli ma jassigurax fil-każi kollha l-irkupru tar-riżorsi propji fil-każ ta' frodi; billi konsegwentement huwa rakkomandabbli li jiżdied dan il-livell, bħala regola ġenerali, għal 100 % ħlief f'każi speċifiċi.

Billi Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [2] għandu jkun emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 361 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 qiegħed b'hekk jiġi emendat kif ġej:

1. il-paragrafu 1 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. L-ammont tal-granazija komprensiva qed jiġi stabbilit għal 100 % tad-dazji u l-imposti pagabbli, b'minimu ta' ECU 7000, permezz tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, ħlief fil-każi msemmija fil-paragrafu 2.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jistabbilixxu l-ammont tal-garanzija komprensiva għal ta' lanqas 30 % tad-dazji u l-imposti l-oħra pagabbli, b'minimu ta' ECU 7000, permezz tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, sakemm:

- l-operatur ikun matul il-perjodu ta' sentejn regolarment wettaq operazzjonijiet ta' transitu fil-Komunità permezz taħt is-sistema tal-garanzija komprensiva,

- ma jkunx għamel xi ksur ta' l-obligazzjonijiet tiegħu matul dak il-perjodu,

- il-garanzija mnaqqsa tkun tkopri ta' lanqas l-ammont tad-debitu doganali,

- l-oġġetti ma jkunux elenkati fl-Anness 52 u ma jkunux esklużi mill-garanzija komprensiva.

3. L-eċċezzjoni li hemm provdut għaliha fil-paragrafu 2 m'għandiex tgħodd jekk il-kondizzjonijiet hemm imsemmija ma jkunux għadhom fis-seħħ."

2. il-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru paragrafi l-paragrafi 4 u 5 rispettivament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum li jiġi wara l-pubblikazjoni tieghu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ottubru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Kenny

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bl-Att ta' l-Adezjoni ta' l-1994.

[2] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1676/96 (ĠU L 218, tat-28.8.1996, p. 1).

--------------------------------------------------

Top