Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1505

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1505/96 tad-29 ta’ Lulju 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jistabilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni u l-iffissar ta’ dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

    ĠU L 189, 30.7.1996, p. 79–79 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1505/oj

    31996R1505



    Official Journal L 189 , 30/07/1996 P. 0079 - 0079


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1505/96

    tad-29 ta’ Lulju 1996

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jistabilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni u l-iffissar ta’ dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2916/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2916/95, u b’mod partikulari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar is-sistema komuni tal-kummerċ għall-ovalbumina u l-laktalbumina [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2916/95, u b’mod partikulari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/96 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1385/96 [6], jistabilixxi regoli ddettaljati sabiex tkun implimentata s-sistema ta’ dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/96 [7], fetaħ kwoti ta’ tariffi ġodda għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; Billi dazji addizzjonali m’għandhomx ikunu mposti fuq prodotti fi ħdan dawn il-kwoti ta’ tariffi;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 hu mibdul bit-test li ġej:

    "L- Artikolu 6

    Id-dazji addizzjonali stabbiliti fl-Anness I m’għandhomx japplikaw għall-importazzjoni fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/94 [8], (KE) Nru 1474/95 [9] u (KE) Nru 1251/96 [10]."

    L- Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1996.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Lulju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49.

    [2] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p. 49.

    [3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77.

    [4] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 104.

    [5] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 47.

    [6] ĠU L 179, tat-18.7.1996, p. 29.

    [7] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 136.

    [8] ĠU L 156, tat-23.6.1994, p. 9.

    [9] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 19.

    [10] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 136.

    --------------------------------------------------

    Top