This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R1356
Council Regulation (EC) No 1356/96 of 8 July 1996 on common rules applicable to the transport of goods or passengers by inland waterway between Member States with a view to establishing freedom to provide such transport services
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KE) Nru 1356/96 tat-8 ta' Lulju 1996 dwar regoli komuni li japplikaw għat-trasport ta' merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni bejn l-Istati Membri bil-għan li tiġi stabbilita l-libertà li jiġu pprovduti tali servizzi tat-trasport
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KE) Nru 1356/96 tat-8 ta' Lulju 1996 dwar regoli komuni li japplikaw għat-trasport ta' merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni bejn l-Istati Membri bil-għan li tiġi stabbilita l-libertà li jiġu pprovduti tali servizzi tat-trasport
ĠU L 175, 13.7.1996, p. 7–8
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 175 , 13/07/1996 P. 0007 - 0008
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1356/96 tat-8 ta' Lulju 1996 dwar regoli komuni li japplikaw għat-trasport ta' merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni bejn l-Istati Membri bil-għan li tiġi stabbilita l-libertà li jiġu pprovduti tali servizzi tat-trasport IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 75 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3], Billi l-istabbiliment ta' strateġija komuni tat-trasport tinvolvi, inter alia, li jkunu stabbiliti regoli komuni applikabbli għall-aċċess għas-suq fit-trasport internazzjonali ta' merkanzija u passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni fi ħdan it-territorju tal-Komunità; billi dawk ir-regoli għandhom ikunu stabbiliti b'tali mod li jikkontribwixxu għall-kompletazzjoni tas-suq tat-trasport intern; Billi dawn l-arranġamenti uniformi għal aċċess fis-suq jinvolvu wkoll l-introduzzjoni tal-libertà biex ikunu pprovduti servizzi billi jkunu eliminati r-restrizzjonijiet kollha imposti fuq min jipprovdi s-servizzi minħabba n-nazzjonalità tiegħu jew il-fatt li huwa stabbilit fi Stat Membru għajr dak li fih ser ikun ipprovdut is-servizz; Billi, wara l-adeżjoni ta Stati Membri ġodda, jeżistu arranġamenti differenti bejn l-Istati Membri għat-trasport internazzjonali u t-transitu permezz ta passaġġi fuq l-ilma interni minħabba l-ftehim bilaterali li jkunu saru bejn Stati Membri u Stat ġdid li jkun qiegħed jingħaqad; billi huwa għalhekk meħtieġ li jkunu stabbiliti regoli komuni biex jassiguraw il-ħidma xierqa tas-suq tat-trasport intern u, b'mod aktar partikolari, biex ikun evitat it-tgħawwiġ ta' kompetizzjoni u disturbi fl-organizzazzjoni tas-suq ikkonċernat; Billi din l-azzjoni hija fi ħdan il-qasam tal-kompetenza esklussiva tal-Komunità u billi l-għan jista jinkiseb biss billi jkunu stabbiliti regoli u obligazzjonijiet uniformi, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Dan ir-Regolament japplika għat-trasport ta' merkanzija jew passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni bejn l-Istati Membri u t-transitu fihom. L-Artikolu 2 Kull operatur li jittrasporta l-merkanzija jew il-passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni għandu jitħalla jwettaq l-operazzjonijiet tat-trasport li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 hawn fuq mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tiegħu jew il-post ta' stabbiliment, jekk kemm-il darba hu: - jkun stabbilit fi Stat Membru skond il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru, - jkun intitolat f'dak l-Istat Membru li jagħmel it-trasport internazzjonali ta' merkanzija jew ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni, - juża għal dawn l-operazzjonijiet tat-trasport bastimenti għall-passaġġi fuq l-ilma interni li huma rreġistrati fi Stat Membru jew, fin-nuqqas ta' reġistrazzjoni, jippossedi ċertifikat ta' sħubija fi flotta ta' Stat Membru, u - jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3921/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li fihom ġarriera mhux residenti jistgħu jittrasportaw il-merkanzija jew il-passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni fi ħdan Stat Membru [4]. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament ma jaffettwax d-drittijiet ta' operaturi ta' pajjiżi terzi taħt il-Konvenzjoni Riveduta dwar in-Navigazzjoni fuq ir-Rhine (Il-Konvenzjoni ta' Mannheim), il-Konvenzjoni dwar in-Navigazzjoni fuq id-Danubju (Il-Konvenzjoni ta' Belgrad) jew id-drittijiet li jirriżultaw mill-obbligazzjonijiet internazzjonali tal-Komunità Ewropea. L-Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara li jiġi ppublikat fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Lulju 1996. Għall-Kunsill Il-President R. Quinn [1] ĠU C 164, tat-30.6.1995, p. 9. [2] ĠU C 301, tat-13.11.1995, p. 19. [3] Opinjoni tal–Parlament Ewropew tal–15 ta' Novembru 1995 (ĠU C 323, ta' l– 4.12.1995, p. 31), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-29 ta' Jannar 1996 (ĠU C 87, tal–25 3.1996, p. 53) u d-Deċizjoni tal-Parlament Ewropej tas-6 ta' Ġunju 1996. ippubblikata fl-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 373, tal– 31.12.1991, p. 1. --------------------------------------------------