This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R0463
Council Regulation (EC) No 463/96 of 11 March 1996 amending Regulation (EEC) No 3906/89 with a view to extending economic assistance to the Former Yugoslav Republic of Macedonia
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 463/96 tal-11 ta' Marzu 1996 li jemenda r-regolament (KEE) nru 3906/89 bil-għan li jestendi l-għajnuna ekonomika lil dik li qabel kienet ir-repubblika jugoslava tal-maċedonja
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 463/96 tal-11 ta' Marzu 1996 li jemenda r-regolament (KEE) nru 3906/89 bil-għan li jestendi l-għajnuna ekonomika lil dik li qabel kienet ir-repubblika jugoslava tal-maċedonja
ĠU L 65, 15.3.1996, p. 3–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
Official Journal L 065 , 15/03/1996 P. 0003 - 0003
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 463/96 tal-11 ta' Marzu 1996 li jemenda r-regolament (KEE) nru 3906/89 bil-għan li jestendi l-għajnuna ekonomika lil dik li qabel kienet ir-repubblika jugoslava tal-maċedonja IL-KUNSILL TA'L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi r-Regolament (KEE) Nru No 3906/89 [3] jipprovdi għall-għajnuna ekonomika sabiex din tappoġġa l-process tar-riforma ekonomika u socjali f'għadd ta' pajjizi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant; Billi l-pajjizi li jikkwalifikaw għal din l-għajnuna huma elenkati fl-Anness ta' l-istess Regolament; Billi l-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ġiet rikonoxxuta mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti taht dak l-isem provizorju fit-8 t'April 1993; Billi huwa importanti li tingħata l-għajnuna b'riżq l-istabilità ta' dak il-pajjiż kif ukoll l-appoġġ għal mossi favur ir-riforma ekonomika u aktar demokrazija; Billi l-Istat il-ġdid għandu għaldaqstant jiġi formalment inkluz fil-lista tal-pajjiżi eliġibbli skond ir-Regolament (KEE) Nru 3906/89, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-pajjiż li ġej qiegħed b'hekk jiżdied fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89: "Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Ma`edonja". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun gie ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, il-11 ta Marzu 1996. Għall-Kunsill Il-President L. Dini [1] ĠU C 231, tas-27.8.1993. [2] ĠU C 65, ta' l-4.3.1996. [3] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Ir-Regolament kif l-ahhar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1366/95 (ĠU L 133, tas-17.6.1995, p. 1). --------------------------------------------------