EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0040

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 40/96 tat-12 ta’ Jannar 1996 li jaġġorna u li jemenda r-regolamenti fis-setturi tal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż li jiffissa qabel l-1 ta’ Frar 1995 ċerti prezzijiet u ammonti li għandhom il-valuri f’ECU li ġew aġġustati minħabba fit-tneħħija tal-fattur korrettiv fil-konverżjoni ta’ l-agrikoltura

ĠU L 10, 13.1.1996, p. 6–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0085

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/40/oj

31996R0040



Official Journal L 010 , 13/01/1996 P. 0006 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 40/96

tat-12 ta’ Jannar 1996

li jaġġorna u li jemenda r-regolamenti fis-setturi tal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż li jiffissa qabel l-1 ta’ Frar 1995 ċerti prezzijiet u ammonti li għandhom il-valuri f’ECU li ġew aġġustati minħabba fit-tneħħija tal-fattur korrettiv fil-konverżjoni ta’ l-agrikoltura

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KKE) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unità ta’ kont u t-talbiet ta’ konverżjoni kbar li għandhom ikunu applikati għall-għanijiet tal-politika ta’ agrikoltura komuni [1], kif emendat ta’ l-aħħarbir-Regolament (KE) Nru 150/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) ta’ dan,

Billi b’effett mill-1 ta’ Frar 1995, l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3813/92 jibdel il-valur f’ECU ta’ ċerti prezzijiet u ammonti sabiex jinnewtralizza l-effetti tat-tneħħija tal-fattur korrettiv ta’ 1,207509 li sal-31 ta’ Jannar 1995 affettwa r-rati ta’ konverżjoni wżati għall-agrikoltura;

Billi l-valuri l-ġodda f’ECU tal-prezzijiet u l-ammonti kkonċernati ġew imwaqqfa mill-1 ta’ Frar 1995 skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3813/92 u l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1068/93 tat-30 ta’ April 1993 fuq ir-regoli dettaljati biex ikunu stabbiliti u applikati r-rati ta’ konverżjoni għall-agrikoltura [3], kif emendati bir-Regolament (KE) Nru 2853/95 [4];

Billi, skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93, sabiex tkun evitata l-konfużjoni u biex tkun faċilitata l-applikazzjoni tal-politikata’ agrikoltura komuni, huwa meħtieġ li jinbidlu l-valuri f’ECU tal-prezzijiet u l-ammonti konċernati fejn m’humiex ta’ applikazzjoni perjodika, u fejn huma applikabbli mill-inqas minn:

- l-1 ta’ Jannar 1996 dwar l-ammonti li ma jirrigwardawx sena ta’ negozju,

- il-bidu tas-sena ta’ negozju ta’ l-1996 fil-każ tal-prezzijiet jew l-ammonti li għalihom dik is-sena ta’ negozju tibda f’Jannar ta’ l-1996,

- il-bidu tas-sena ta’ negozju ta’ l-1995/96 fil-każijiet l-oħrajn,

li jidhru f’regolamenti li daħlu fis-seħħ qabel l-1 ta’ Frar 1995; billi r-Regolamenti kkonċernati għandhom għalhekk ikunu emendati;

Billi fl-interessi taċ-ċarezza l-valuri l-ġodda f’ECU dwar ir-rati ta’ għajnuna u/jew garanziji rikjesti taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1323/90 [5], kif emendat ta’ l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 363/93 [6], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3447/90 [7], kif emendat ta’ l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 879/95 [8], ir-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 510/93 [9] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1123/93 [10], għandhom jitqarrbu għall-iżjed numru sħiħ viċin,

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-laħam tan-Nagħaġ u l-laħam tal-Mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Bħala konsegwenza ta’ l-aġġustament ta’ ċerti prezzijiet u ammonti f’ECU fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż li ġew fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 1995, skond l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3813/92 u ta’ l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93, l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu emendati kif preskritt hemmhekk.

Artikolu 2

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 1323/90 huwa modifikat kif ġej:

- fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1, "ECU 5,5" huwa mibdul b’"ECU 6,641",

- fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1, "ECU 3,8" huwa mibdul b’"ECU 4,589",

- fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1, "ECU 3,8" huwa mibdul b’"ECU 4,589".

2. Ir-Regolament (KEE) Nru 3447/90 huwa modifikat kif ġej:

- fl-Artikolu 2(2), "ECU 1,2" huwa mibdul b’"ECU 1,45",

- fl-Artikolu 4, "ECU 120" huwa mibdul b’"ECU 145".

3. Ir-Regolament (KEE) Nru 510/93 huwa modifikat kif ġej:

- fl-Anness, parti 1, l-ammont ta’ "ECU 380" huwa mibdul bl-ammont ta’ "ECU 459" u l-ammont ta’ "ECU 110" bl-ammont ta’ "ECU 133",

- fl-Anness, parti 2, l-ammont ta’ "ECU 380" huwa mibdul darbtejn bl-ammont ta’ "ECU 459" u l-ammont ta’ "ECU 110" darbtejn bl-ammont ta’ "ECU 133".

4. Ir-Regolament (KEE) Nru 1123/93 huwa modifikat kif ġej:

- fl-Anness, l-ammont ta’ "ECU 440" huwa mibdul bl-ammont ta’ "ECU 531" u l-ammont ta’ "ECU 170" bl-ammont ta’ "ECU 205".

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol jseħħ fis-seba’ ġurnata wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 2(1) għandu japplika għal kull ammont in kwistjoni, mid-data li fiha r-rata ta’ konverżjoni ta’ l-agrikoltura ffissata fil- jew wara l-1 ta’ Frar 1995 hijaa l-ewwel applikata.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Jannar 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1.

[2] ĠU L 22, tal-31.1.1995, p. 1.

[3] ĠU L 108, ta’ l-1.5.1993, p. 106.

[4] ĠU L 299, tat-12.12.1995, p. 1.

[5] ĠU L 132, tat-23.5.1990, p. 17.

[6] ĠU L 42, tad-19.2.1993, p. 1.

[7] ĠU L 333, tat-30.11.1990, p. 46.

[8] ĠU L 91, tat-22.4.1995, p. 2.

[9] ĠU L 55, tas-6.3.1993, p. 35.

[10] ĠU L 114, tat-8.5.1993, p. 16.

--------------------------------------------------

Top