This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996L0055
Commission Directive 96/55/EC of 4 September 1996 adapting to technical progress for the 2nd time Annex I to Council Directive 76/769/EEC on the approximation of the laws, regulations and administrative provisions of the Member States relating to restrictions on the marketing and use of certain dangerous substances and preparations (chlorinated solvents) (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/55/KE ta’ l-4 ta’ Settembru 1996 li taddatta għall-progress tekniku għat-tieni darba l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (solventi bil-klorin)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/55/KE ta’ l-4 ta’ Settembru 1996 li taddatta għall-progress tekniku għat-tieni darba l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (solventi bil-klorin)
ĠU L 231, 12.9.1996, p. 20–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009
Official Journal L 231 , 12/09/1996 P. 0020 - 0021
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/55/KE ta’ l-4 ta’ Settembru 1996 li taddatta għall-progress tekniku għat-tieni darba l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (solventi bil-klorin) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE [1] tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar restrizzjonijiet għall-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 94/60/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2a tagħha, introdott permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 89/678/KEE [3], Billi xi solventi bil-klorin huma ta’ perikolu għa-saħħa/ambjent u ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq għall-pubbliku ġenerali f’sustanzi u fi preparazzjonijiet; Billi d-Direttiva 94/60/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li temenda għall-erbatax-il darba id-Direttiva 76/769/KEE speċifikat li tmien solventi bil-klorin ma jistgħux jintużaw f’sustanzi u fi preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali; Billi ġie magħruf li dawn is-solventi bil-klorin jistgħu ukoll ikunu ta’ perikolu għas-saħħa/ambjent jekk jiġu wżati minnflok solventi wżati fil-preżent f’applikazzjonijiet li jinxterdu, bħal fit-tindif ta’ l-uċuħ u t-tindif ta’ drappijiet; Billi l-użu tat-tmien solventi bil-klorin għandu jkun projbit ukoll f’sustanzi u fi preparazzjonijiet impoġġija fis-suq għal applikazzjonijiet li jinxterdu bħal dawn; Billi r-restrizzjonijiet ta’ l-użu ta’ solventi bil-klorin stabbiliti permezz ta’ din id-Direttiva jagħtu kas ta’ l-istat kurrenti ta’ l-għerf u t-teknika dwar alternattivi iktar siguri; Billi din id-Direttiva hija bbażata fuq analiżi preliminarja dwar ir-riskji mposti permezz tas-solventi bil-klorin u l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tar-restrizzjonijiet, billi qed ssir evalwazzjoni ġenerali tar-riskji għall-bniedem u għall-ambjent tal-chloroform bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 [4] u r-Regolamenti (KE) Nru 1488/94 [5]; Billi din id-Direttiva ma taffettwax il-leġislazzjoni tal-Komunità li tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi għall-protezzjoni ta’ ħaddiema li hemm fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE [6] u f’direttivi individwali bbażati fuqha, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE [7], Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE huwa b’dan il-mezz addattat għall-progress tekniku kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1997 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom minnufih. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-30 ta’ Ġunju 1998. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Settembru 1996. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. [2] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 1. [3] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 24. [4] ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1. [5] ĠU L 161, tad-29.6.1994, p. 3. [6] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. [7] ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS "Fl-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE, il-punti 33 sa 40 (inklużi) għandhom jiġu sostitwiti permezz tal-punti li ġejjin: Isem tas-sostanza, tal-grupp ta’ sustanzi jew tal-preparazzjoni | Kondizzjonijiet ta’ restrizzjoni | 33. Chloroform Nru CAS Nru 67-66-3 34. Carbon tetrachloride CAS Nru 56-23-5 35. 1,1,2 Trichloroethane CAS Nru 79-00-5 36. 1,1,2,2 Tetrachloroethane CAS Nru 79-34-5 37. 1,1,1,2 Tetrachloroethane CAS Nru 630-20-6 38. Pentachloroethane CAS Nru 76-01-7 39. 1,1 Dichloroethylene CAS Nru 75-35-4 40. 1,1,1 Trichloroethane CAS Nru 71-55-6 | Ma jistax jiġi wżat f’koncentrazzjoni ugwali għal jew iktar minn 0,1 % skond il-piż f’sustanzi u preparazzjonijiet jitqiegħdu fis-suq għall-pubbliku ġenerali u/jew applikazzjonijiet li jinxterdu bħal fit-tindif ta’ uċuħ u tindif ta’ drappijiet. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u it-tikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet bħal dawn li jkun fihom dawn is-sustanzi jew preparazzjonijiet f’konċentrazzjonijiet ugwali għal jew iktar minn 0,1 % għandhom ikunu legibbli u mmarkati b’mod li ma jitħassarx kif ġej: "Għal użu f’installazzjonijiet industrijali biss". Permezz ta’ deroga, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal: (a)prodotti mediċinali jew veterinarji kif definiti permezz tad-Direttiva 65/65/KEE, kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 93/39/KEE;(b)prodotti kosmetiċi kif definiti permezz tad-Direttiva 76/768/KEE, kif l-ahhar emendata permezz tad-Direttiva 93/35/KEE. | --------------------------------------------------