Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0045

    Is-seba’ Direttiva tal-Kummissjoni 96/45/KE tat-12 ta’ Lulju 1996 dwar il-metodi ta’ analiżi meħtieġa għall-kontroll tal-kompożizzjoni tal-prodotti kosmetiċiTest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 213, 22.8.1996, p. 8–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/45/oj

    31996L0045



    Official Journal L 213 , 22/08/1996 P. 0008 - 0015


    Is-seba’ Direttiva tal-Kummissjoni 96/45/KE

    tat-12 ta’ Lulju 1996

    dwar il-metodi ta’ analiżi meħtieġa għall-kontroll tal-kompożizzjoni tal-prodotti kosmetiċi

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/34/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

    Billi d-Direttiva 76/768/KEE tipprovdi għall-ittestjar uffiċjali tal-prodotti kosmetiċi bil-għan li tiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti bid-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar il-kompożizzjoni tal-prodotti kosmetiċi jiġu sodisfatti;

    Billi l-metodi ta’ analiżi kollha meħtieġa għandhom jiġu stabbiliti mill-iktar fis possibbli; billi ċerti metodi diġà ġew adottati fid-Direttivi tal-Kummissjoni 80/1335/KEE [3], kif emendati bid-Direttiva 87/143/KEE [4], 82/434/KEE [5], kif emendati bid-Direttiva 90/207/KEE [6], u bid-Direttivi tal-Kummissjoni 83/514/KEE [7], 85/490/KEE [8], 93/73/KEE [9] u 95/32/KE [10];

    Billi l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ 2-phenoxyethenol, 1-phenoxypropan-2-ol, methyl, ethyl, propyl, butyl u benzyl 4-hydroxybenzoate fil-prodotti kosmetiċi jikkostitwixxu s-seba’ pass;

    Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-addattament tad-Direttiva 76/768/KEE għall-progress tekniku,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li matul l-ittestjar uffiċjali ta’ prodotti kosmetiċi, l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ 2-phenoxyethenol, 1-pneoxypropan-2-ol, methyl, ethyl, propyl, butyl u benzyl 4-hydroxybenzoate jitwettqu skond il-metodu deskritt fl-Anness.

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 1997. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

    2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali riferenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-2 ta’ Lulju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Emma Bonino

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

    [2] ĠU L 167, tat-18.7.1995, p. 19.

    [3] ĠU L 383, tal-31.12.1980, p. 27.

    [4] ĠU L 57, tas-27.2.1987, p. 56.

    [5] ĠU L 185, tat-30.6.1982, p. 1.

    [6] ĠU L 108, tat-28.4.1990, p. 92.

    [7] ĠU L 291, ta’ l-24.10.1983, p. 9.

    [8] ĠU L 295, tas-7.11.1985, p. 30.

    [9] ĠU L 231, ta’ l-14.9.1993, p. 34.

    [10] ĠU L 178, tat-28.7.1995, p. 20.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    IDENTIFIKAZZJONI U DETERMINAZZJONI TA’ 2-PHENOXYETHANOL, 1-PHENOXYPROPAN-2-OL, METHYL, ETHYL, PROPYL, BUTYL U BENZYL 4-HYDROXYBENZOATE FI PRODOTTI KOSMETIĊI

    A. IDENTIFIKAZZJONI

    1. Għan u qasam ta’ applikazzjoni

    Dan il-metodu jispeċifika proċedura TLC li, f’kombinazzjoni mal-metodu ta’ determinazzjoni deskritt fis-Sezzjoni B, jippermetti l-identifikazzjoni ta’ 2-phenoxyethanol, 1-phenoxypropan-2-ol, methyl 4-hydroxybenzoate, ethyl 4-hydroxybenzoate, propyl 4-hydroxybenzoate, butyl 4-hydroxybenzoate u benzyl 4-hydroxybenzoate fi prodotti kosmetiċi.

    2. Prinċipju

    Il-preservattivi huma estratti mill-kampjun kosmetiku aċidifat bl-aċetun. Wara l-filtrazzjoni, is-soluzzjoni ta’ l-aċetun hija mħallta bl-ilma, u f’sustanza alkalinika, l-aċidi grassi kif ukoll l-imluħa tal-kalċju tagħhom jissolidifikaw ruħhom. It-taħlita aċetun alkaliniku/ilma hija estratta bid-diethylether biex jitneħħew is-sustanzi lipofiliċi. Wara l-aċidifikazzjoni, l-priservattivi huma estratti bid-diethylether. Alikwott ta’ l-estratt tad-diethylether huwa spottjat fuq platt miksi b’saff irqiq ta’ ġel tas-silika. Wara l-iżvilupp tal-platt, il-kromotogramma miksuba hija osservata taħt dawl UV u viżwalizzata bl-użu ta’ reaġent ta’ Millon.

    3. Reaġenti

    3.1. Ġenerali

    Ir-reaġenti kollha użati għandhom ikunu ta’ purità analitika. L-ilma għandu jkun ilma iddistillat, jew ilma ta’ purità li tkun għallinqas ugwali.

    3.2. Aċetun.

    3.3. Diethylether

    3.4. n-Pentane

    3.5. Methanol

    3.6. Aċidu aċetiku, glaċjali

    3.7. Soluzzjoni ta’ l-aċidu idrokloriku, c(HCl)=4mol/l

    3.8. Soluzzjoni ta’ l-idrossidu tal-potassju, c(KOH)=4mol/l

    3.9. Kloru tal-kalċju diidrat (CaC12 - 2H2O)

    3.10. Reaġenti ta’ wiri (detection reagent): Ir-reaġent ta’ Millon

    Ir-reaġent ta’ Millon (nitrat tal-Merkurju (II)) huwa soluzzjoni diġà ippreparata li hija disponibbli kummerċjalment (Fluka 69820).

    3.11. 2-Phenoxyethanol

    3.12. 1-Phenoxypropan-2-ol

    3.13. Methyl 4-hydroxybenzoate (methylparaben)

    3.14. Ethyl 4-hydroxybenzoate (ethylparaben)

    3.15. n-Propyl 4-hydroxybenzoate (propylparaben)

    3.16. n-Butyl 4-hydroxybenzoate (butylparaben)

    3.17. Benzyl 4-hydroxybenzoate (benzylparaben)

    3.18. Soluzzjonijiet ta’ riferenza

    Ħejji 0,1 % (m/V) soluzzjonijiet ta’ kull waħda mis-sustanzi ta’ riferenza 3.11, 3.12, 3.13, 3.14, 3.15, 3.16 u 3.17 f’methanol.

    3.19. Solvent ta’ żvilupp

    Ħallat 88 volum ta’ n-pentane (3.4) ma’ 12-il volum ta’ aċidu aċetiku glaċjali (3.6).

    4. Apparat

    Apparat normali tal-laboratorju, u

    4.1. Banju ta’ l-ilma, li jkun jista’ jżomm temperatura ta’ 60 °C

    4.2. Tank ta’ l-iżvilupp (mhux allineat mal-karta filtru)

    4.3. Sors ta’ dawl ultravjola, 254 nm

    4.4. Platti b’saff irqiq, 20 ċm x 20 ċm, miksija minn qabel b’0,25 mm ta’ ġel tas-silika 60F254, b’żona ta’ konċentrazzjoni (Merck Nru 11798, Darmstadt jew ekwivalenti)

    4.5. Forn, li kapaċi jżomm sa 105 °C

    4.6. Hair dryer ta’ arja sħuna

    4.7. Roller taż-żebgħa tas-suf, ta’ tul ta’ bejn wieħed u ieħor 10 ċm, dijametru ta’ barra ta’ bejn wieħed u ieħor 3,5 ċm. Il-ħxuna tas-saff tas-suf għandha tkun minn 2 sa 3 mm. Ittrimmja s-suf jekk ikun meħtieġ.

    Ara n-nota taħt 5.2

    4.8. Tubu tal-ħġieġ 50-ml b’tap bil-kamin

    4.9. Platt li jsaħħan ta’ l-elettriku b’kontrollur termostatiku tat-temperatura. Issettjar tat-temperatura: madwar 80 °C. Il-platt tas-sħana għandu jkun miksi bi pjanċa ta’ l-aluminju ta’ 20 ċm – 20 ċm u ħxuna ta’ madwar 6 mm, biex tinkiseb distrubuzzjoni tas-sħana uniformi.

    5. Proċedura

    5.1. Preparazzjoni tal-kampjun

    Iżen madwar 1g ta’ kampjun f’tubu tal-ħġieġ 50-ml b’tapp bil-kamin (4.8) Żid 4 qatriet ta’ soluzzjoni ta’ aċidu idrokloriku (3.7) u 40 ml ta’ aċetun.

    Għal prodotti kosmetiċi bażiċi ħafna, bħal ngħidu aħna s-sapun tat-twaletta, għandhom jiġu miżjuda 20 qatra ta’ soluzzjoni ta’ aċidu idrokloriku. Agħlaq it-tubu, saħħan it-taħlita bil-mod sa madwar 60 °C biex tiffaċilita l-estrazzjoni tal-preservattivi fil-fażi ta’ l-aċetun u ħawwad b’saħħa għal minuta.

    Kejjel il-pH tas-soluzzjoni b’karta li tindika l-pH u aġġusta il-pH tas-soluzzjoni ≤ 3 ma’ soluzzjoni ta’ aċidu idrokloriku. Ħawwad b’saħħa mill-ġdid għal minuta.

    Berred is-soluzzjoni għal temperatura tal-kamra u iffiltra minn ġewwa karta filtru għal ġewwa flixkun koniku. Ittrasferixxi 20 ml tal-filtrat fi flixkun koniku ta’ 200-ml, żid 60 ml ilma u ħallat. Aġġusta il-pH tat-taħlita għal madwar 10 bl-idrossidu tal-potassju (3.8), bl-użu ta’ karta li tindika l-pH.

    Żid 1 g diidrat tal-klorur tal-kalċju (3.9) u ħawwad sewwa. iffiltra s-soluzzjoni minn ġewwa karta filtru f’lembut li jissepara ta’ 250-ml li jkun fih 75 ml diethylether u ħawwad sewwa għal minuta. Ħalli l-fażijiet jisseparaw u iġbor is-saff milwiem fi flixkun koniku ta’ 200-ml. Aġġusta il-pH tas-soluzzjoni għal madwar 2 bis-soluzzjoni ta’ l-aċidu idrokloriku, bl-użu ta’ karta li tindika l-pH. Sussegwentement, żid 10 ml diethylether u ħawwad sewwa għal minuta. Ħalli l-fażijiet biex jisseparaw u ttrasferixxi madwar 2 ml tas-saff tad-diethylether fil-kunjett tal-kampjun ta’ 5-ml.

    5.2. Il-kromatografija tas-saff irqiq (TLC)

    Poġġi platt tat-TLC (4.4) fuq platt ta’ l-aluminju imsaħħan (4.9). Applika 10 μ1 minn kull waħda mis-soluzzjonijiet ta’ riferenza (3.18) u 100 μ1 mis-soluzzjonijiet tal-kampjun (5.1) fuq linja tat-tluq fiż-żona ta’ konċentrazzjoni tal-platt tat-TLC.

    Jekk mixtieqa, tista’ tintuża ċirkolazzjoni ta’ arja biex tiffaċilita l-evaporazzjoni tas-solvent. Neħħi l-platt tat-TLC mill-platt tas-sħana u ħallih jibred sat-temperatura tal-kamra. Ittrasferixxi 100 ml tas-solvent ta’ żvilupp (3.19) fit-tank ta’ l-iżvilupp (4.2).

    Poġġi l-platt tat-TLC mal-ewwel fil-kumpartiment mhux saturat u żviluppa fit-temperatura tal-kamra sakemm il-parti ta’ quddiem tas-solvent tkun imxiet sa madwar 15-il ċm mil-linja bażi. Neħħi l-platt mit-tank ta’ żvilupp u nixxef f’ċirkolazzjoni ta’ arja sħuna permezz ta’ hair dryer ta’ l-arja sħuna.

    Eżamina l-platt taħt dawl UV (4.3) u mmarka l-pożizzjoni tat-tikek. Saħħan il-platt għal 30 minuta f’forn (4.5) f’100 °C biex tneħħi l-aċidu aċetiku żejjed. Ħares lejn il-preservattivi fil-kromatogramma bir-reaġent ta’ Millon (3.10), billi tgħaddas ir-roller taż-żebgħa (4.7) fir-reaġent u tgħaddih fuq il-platt tat-TLC sakemm ikun imxarrab kullimkien l-istess.

    Nota: Inkella, it-tikek jistgħu jiġu viżwalizzati bl-applikazzjoni attenta ta’ qatra mir-reaġent ta’ Millon fuq kull tikka mmarkata taħt dawl UV.

    Esters ta’ l-aċidu 4-hydroxybenzoic jidhru bħala tikek ħomor, 2-phenoxyethanol u 1-phenoxypropan-2-ol bħala tikek sofor. Innota, iżda, li l-aċidu 4-hydroxybenzoic innifsu, li jista’ jkun preżenti fil-kampjuni bħala preservattiv jew prodott ta’ dekompożizzjoni tal-parabens jidher ukoll bħala tikka ħamra. Ara 7.3 u 7.4.

    6. Identifikazzjoni

    Ikkalkula l-valur Rf għal kull tikka. Qabbel it-tikek miksuba mis-soluzzjoni tal-kampjun ma’ dawk tas-soluzzjonijiet ta’ referenza rigward il-valuri Rf tagħhom, l-imġieba tagħhom taħt radjazzjoni UV u l-kulur wara l-viżwalizzazzjoni. Agħmel konklużjonijiet preliminari dwar l-identità tal-priservattivi.

    Jekk jidher li jkun hemm parabens preżenti, għandha ssir il-proċedura HPLC deskritta fis-Sezzjoni B. Ikkombina r-riżultati mit-TLC u l-kromotografija likwida ta’ rendiment għoli (HPLC) biex tikkonferma l-preżenza tat-2-phenoxyethanol, l-phenoxypropan-2-ol u l-parabens.

    7. Rimarki

    7.1. Minħabba it-tossiċità tar-reaġent ta’ Millon, ikun aħjar li dan ir-reaġent jiġi applikat b’waħda mill-proċeduri deskritti. L-isprejjar mhuwiex rakkomandat.

    7.2. Kompożizzjonijiet oħra li jkun fihom il-gruppi tal-hydroxyl jistgħu ukoll jagħtu kuluri mar-reaġent ta’ Millon. Tabella tal-kuluri u tal-valuri Rf miksuba għal numru ta’ preservattivi li jużaw din il-proċedura tat-TLC tinsab fi: N. de Kruijf, M. A. H. Rijk, A. Prinato-Soetardhi u A. Schouten (1987): Determinazzjoni ta’ preservattivi fi prodotti kosmetiċi I: Il-proċedura kromatografika ta’ saff irqiq għall-identifikazzjoni ta’ priservattivi fi prodotti kosmetiċi (J.Chromatography 410, 395-411).

    7.3. Il-valuri Rf elenkati fit-tabelli segwenti jservu bħala indikazzjoni tal-valuri li jistgħu jkunu miksuba:

    Taħlita | hRi | Kulur |

    Aċidu 4-hydroxybenzoic | 11 | aħmar |

    Methylparaben | 12 | aħmar |

    Ethylparaben | 17 | aħmar |

    Propylparaben | 21 | aħmar |

    Butylparaben | 26 | aħmar |

    Benzylparaben | 16 | aħmar |

    2-phenoxyethanol | 29 | isfar |

    1-phenoxypropan-2-ol | 50 | isfar |

    7.4. Ma tinkiseb ebda separazzjoni għal aċidu 4-hydroxybenzoic u methylparaben, jew għal benzylparaben u ethylparaben. L-identifikazzjoni ta’ dawn il-kompożizzjonijiet għandha tiġi konfermata billi jsir il-metodu HPLC taħt is-Sezzjoni B u billi jitqabbel l-ħinijiet ta’ ritenzjoni miksubin mill-kampjun ma’ dawk l-istandards.

    B. DETERMINAZZJONI

    1. Għan u qasam ta’ applikazzjoni

    Dan il-metodu jispeċifika proċedura għad-determinazzjoni ta’ 2-phenoxyethanol, 1-phenoxypropan-2-ol, methyl 4-hydroxybenzoate, ethyl 4-hydroxybenzoate, propyl 4-hydroxybenzoate, butyl 4-hydroxybenzoate u benzyl 4-hydroxybenzoate fi prodotti kosmetiċi.

    2. Definizzjonijiet

    L-ammonti ta’ priservattivi stabbiliti b’dan il-metodu huma mfissra bħala persentaġġ skond il-piż.

    3. Prinċipju

    Il-kampjun huwa aċidifat billi jiżdied l-aċidu sulfuriku u mbagħad jitħalla f’taħlita ta’ ethanol u ilma. Wara li ssaħħan it-taħlita bil-mod biex iddewweb il-fażi lipida biex tippromwovi estrazzjoni kwantitattiva, it-taħlita tiġi iffiltrata.

    Il-preservattivi fil-filtrat jiġu stabbiliti bil-fażi HPLC b’lura bl-użu ta’ l-isopropyl 4-hydroxybenzoate bħala l-istandard intern.

    4. Reaġenti

    4.1. Ġenerali

    Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ purità analitika u tajbin għall-HPLC fejn xieraq. L-ilma għandu jkun ilma iddistillat, jew ilma li jkollu purità li tkun għallinqas ugwali.

    4.2. Ethanol, assolut

    4.3. 2-Phenoxyethanol

    4.4. 1-Phenoxypropan-2-ol

    4.5. Methyl 4-hydroxybenzoate (methylparaben)

    4.6. Ethyl 4-hydroxybenzoate (ethylparaben)

    4.7. n-Propyl 4-hydroxybenzoate (propylparaben)

    4.8. Benzyl 4-hydroxybenzoate (isopropylparaben)

    4.9. n-Butyl 4-hydroxybenzoate (butylparaben)

    4.10. Benzyl 4-hydroxybenzoate (benzylparaben)

    4.11. Tetrahydrofuran

    4.12. Methanol

    4.13. Acetonitrile

    4.14. Soluzzjoni ta’ aċidu sulfuriku, c(H2SO4=2mol/l

    4.15. Taħlita ta’ ethanol/ilma

    Ħallat disa’ volumi ta’ ethanol (4.2) u volum wieħed ta’ ilma.

    4.16. Soluzzjoni standard interna

    Iżen bi preċiżjoni bejn wieħed u ieħor 0,25 g isopropylparaben (4.8), ittrasferixxih għal flixkun volumetriku ta’ 500-ml, dewweb u żid għall-volum bit-taħlita ta’ ethanol/ilma (4.15).

    4.17. Fażi mobbli: taħlita ta’ tetrahydrofuran/ilma/methanol/acetonitrile

    Ħallat 5 volumi ta’ tetrahydrofuran, 60 volum ta’ ilma, 10 volumi ta’ methanol u 25 volum ta’ acetonitrile.

    4.18. Soluzzjoni ta’ stokk preservattiv

    Iżen sewwa madwar 0,2 g 2-phenoxyethanol, 0,2 g 1-phenoxypropan-2-ol, 0,05 g methylparaben, 0,05 g ethylparaben, 0,05 g propyl paraben, 0.05 butylparaben u 0,25 g benzylparaben fi flixkun volumetriku ta’ 100-ml, dewweb u wassal sal-volum bit-taħlita ta’ ethanol/ilma.

    Miżmuma fi friġġ is-soluzzjoni tibqa’ stabbli għal ġimgħa.

    4.19. Soluzzjonijiet ta’ preservattivi standard

    Mis-soluzzjoni ta’ l-istokk (4.18) ittrasferixxi rispettivament 20,00 ml, 10,00 ml, 5,00 ml, 2,00 ml u 1,00 ml fi fliexken volumetriki ta’ 50-ml. F’kull flixkun, żid 10,00 ml soluzzjoni interna standard (4.16) u 1,0 ml soluzzjoni ta’ aċidu sulfuriku (4.14) u wassal sal-volum b’taħlita ta’ ethanol/ilma. Dawn is-soluzzjonijiet għandhom jiġu ippreparati friski.

    5. Apparat

    Apparat tal-laboratorju normali, u

    5.1. Banju ta’ l-ilma, li jkun jista’ jżomm temperatura ta’ 60 °C ± 1 °C.

    5.2. Kromatografija tal-likwidu ta’ rendiment għoli b’detector ta’ l-UV, b’wavelength 280 nm

    5.3. Kolonna analitika:

    Stainless steel, 25 cm x 4,6 mm i.d. (jew 12,5 cm x 4,6 mm I’d.) ippakkjat bin-Nucleosil 5C18, jew ekwivalenti (ara 10.1)

    5.4. tubi tal-ħġieġ 100-ml b’tap bil-kamin

    5.5. Chips jagħlu, carborundum, ta’ daqs ta’ 2 sa 4 mm, jew ekwivalenti

    6. Proċedura

    6.1. Preparazzjoni tal-kampjun

    6.1.1. Preparazzjoni tal-kampjun mingħajr iż-żjieda ta’ l-istandard intern

    Iżen madwar 1,0 g ta’ kampjun f’tubu tal-ħġieġ 100-ml b’tapp bil-kamin. Qattar 1,0 ml soluzzjoni ta’ aċidu sulfuriku (4.14) u 50,0 ml taħlita ta’ ethanol, ilma (4.15) fit-tubi. Żid madwar 1 g chips jagħlu (5.5), għalaq it-tubi u ħawwadhom b’saħħa sakemm tinkiseb kompożizzjoni omoġenja. Ħawwad għallinqas għal minuta. Poġġi t-tubu għal ħames minuti f’banju ilma (5.1) miżmum f’60 °C ± 1 °C biex tkun iffaċilitata l-estrazzjoni tal-preservattivi fil-fażi ta’ l-ethanol.

    Berred it-tubu mal-ewwel taħt nixxiegħa ta’ ilma kiesaħ u aħżen l-estratt fil-friġġ għal siegħa. Iffiltra l-estratt bl-użu ta’ karta filtru. Ittrasferixxi madwar 2 ml tal-filtrat f’kunjett tal-kampjun ta’ 5-ml. Aħżen l-estratt fil-friġġ u wettaq id-determinazzjoni tal-HPLC fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.

    6.1.2. Preparazzjoni tal-kampjun li tinkludi l-istandard intern

    Iżen sa tliet postijiet deċimali 1,0 g ± 0,1 g ta’ kampjun f’tubu tal-ħġieġ ta’ 100-ml b’tapp bil-kamin.

    Qattar 1,0 ml soluzzjoni ta’ aċidu sulfuriku u 40,0 ml ta’ taħlita ta’ ethanol/ilma fit-tubu. Żid madwar 1 g chips jagħlu (5.5) u eżattament 10,00 ml soluzzjoni standard interna. Agħlaq it-tubu u ħawwad b’saħħa sakemm tinkiseb sospensjoni omoġenja. Ħawwad għallinqas għal minuta. Poġġi t-tubu għal ħames minuti ġewwa banju ilma miżmum f’60 °C ± 1 °C biex tiffaċilita l-estrazzjoni tal-preservattivi fil-fażi ta’ l-ethanol.

    Berred mal-ewwel it-tubu taħt nixxiegħa ta’ ilma kiesaħ u aħżen l-estratt fil-friġġ għal siegħa. Iffiltra l-estratt bl-użu ta’ karta filtru.

    Ittrasferixxi madwar 2 ml tal-filtrat f’kunjett tal-kampjun ta’ 5-ml (soluzzjoni tat-test). Aħżen l-estratt fil-friġġ u wettaq id-determinazzjoni tal-HPLC fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.

    6.2. Kromatografija tal-likwidu ta’ rendiment għoli (HPLC)

    6.2.1. Kondizzjonijiet kromatografiċi

    - Fażi mobbli: taħlita ta’ tetrahydrofuran/ilma/methanol/acetonitrile (4.17)

    - Rata tat-tnixxija: 1,5 ml/il-minuta

    - Detection wavelength: 280 nm

    6.2.2. Kalibrazzjoni

    Injetta 10μ1 ta’ kull waħda mis-soluzzjonijiet tal-preservattivi standard (4.19). Mill-kromatogrammi miksubin ikkalkula l-proporzjon ta’ l-ogħla pożizzjonijiet tas-soluzzjonijiet tal-preservattivi standard għall-ogħla pożizzjoni ta’ l-istandard intern. Ipplottja kurva għal kull preservattiv relatat ma’ dawn il-proporzjonijiet għall-konċentrazzjonijiet tas-soluzzjonijiet standard.

    6.2.3. Determinazzjoni

    Injetta 10 μ1 tas-soluzzjoni tal-kampjun mingħajr standard intern (6.1.1) fil-kromatograff u rrekordja l-kromatogramm.

    Injetta 10 μ1 ta’ waħda mis-soluzzjonijiet tal-preservattiv standard (4.19) u rrekordja l-kromatogramm. Qabbel il-kromatogrammi miksubin.

    Jekk, fil-kromatogramm ta’ l-estratt tal-kampjun (6.1.1), ma jkun hemm ebda quċċata li jkollha bejn wieħed u ieħor l-istess ħin ta’ retenzjoni ta’ l-isopropylparaben (standard intern rakkommandat), kompli billi tinjetta 10 μ1 soluzzjoni tal-kampjun ma’ l-istandard intern (6.1.2). Irrekordja l-kromatogramm u kejjel l-ogħla pożizzjonijiet.

    Jekk tkun osservata pożizzjoni għolja li tinterferixxi fil-kromatogramma tas-soluzzjoni tal-kampjun li jkollha bejn wieħed u ieħor l-istess ħin ta’ retenzjoni, għandu jkun magħżul standard intern ieħor.

    Jekk wieħed mill-priservattivi li jkun qiegħed jiġi eżaminat ikun nieqes fil-kromatogramma tal-kampjun, dan il-priservattiv jista’ jintuża bħala standard intern alternattiv.

    Ikkalkula l-proporzjonijiet tal-qċaċet tal-priservattivi investigati ma’ l-ogħla pożizzjoni ta’ l-istandard intern.

    Aċċerta li għas-soluzzjonijiet standard użati fil-proċedura tal-kalibrar tkun miksuba tweġiba lineari.

    Aċċerta jekk il-kromatogrammi miksuba għal soluzzjoni standard u s-soluzzjoni tal-kampjun jissodisfawx il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    - l-akbar separazzjoni ta’ l-agħar par mifrud għandha tkun ta’ l-inqas 0,90. (Għad-definizzjoni ta’ l-akbar separazzjoni, ara l-Figura 1).

    +++++ TIFF +++++

    Figura 1: L-akbar separazzjoni

    Jekk ma tkunx miksuba s-separazzjoni meħtieġa, jew għan.Għandha tintuża kolonna iktar effiċjenti, jew il-kompożizzjoni tal-fażi mobbli għandha tkun aġġustata sakemm jintlaħaq dak mitlub.

    - il-fattur assimetriku As ta’ l-ogħla pożizzjonijiet kollha miksubin għandu jkun mifrux bejn 0,9 sa 1,5. (Għad-definizzjoni tal-fattur assimetriku tal-quċċata, ara l-Figura 2). Biex tirrekordja l-kromatogramm għad-determinazzjoni tal-fattur assimetriku huwa ta’ min tintuża chart speed ta’ għallinqas ta’ 2 ċm/il-minuta.

    +++++ TIFF +++++

    Figura 2: Peak asymmetry factor

    - Għandha tinkiseb linja ta’ bażi kostanti

    7. Kalkolazzjoni

    Uża l-kurva ta’ kalibrar (6.2.2) u l-proporzjonijiet ta’ l-ogħla pożizzjonijiet tal-preservattivi investigati għall-ogħla pożizzjoni ta’ l-istandard intern biex tikkalkula l-konċentrazzjoni tal-preservattivi fis-soluzzjoni tal-kampjun. Ikkalkula l-kontenut ta’ 2-phenoxyethanol, 1-phenoxypropan-2-ol, methyl 4-hydroxybenzoate, ethyl 4-hydroxybenzoate, propyl 4-hydroxybenzoate, butyl 4-hydroxybenzoate u benzyl 4-hydroxybenzoate, wi, bħala persentaġġ skond il-piż (% m/m), bl-użu tal-formula:

    %w

    =

    b

    i200 x a

    FORMULA

    bi = il-konċentrazzjoni (ìg/ml) tal-preservattiv i fis-soluzzjoni tat-test kif jinqara mill-kurva ta’ kalibrar; u

    a = il-piż (g) tal-pożizzjoni tat-test.

    8. Ripetibilità [1]

    Ara r-rimarki, 10.5.

    9. Riproduċibilità [2]

    Ara r-rimarki, 10.5.

    10. Rimarki

    10.1. Fażi stazzjonarja

    L-imġieba taż-żamma tas-sustanzi maħlula fid-determinazzjoni ta’ l-HPLC hija dipendenti ħafna fuq it-tip, il-kwalità u l-istorja tal-fażi stazzjonarja. Tistax tintuża kolonna għas-separazzjoni tal-preservattivi li jkunu qegħdin jiġu eżaminati, tista’ tkun konkluża mir-riżultati miksuba għas-soluzzjonijiet standard (ara r-rimarki 6.2.3). Flimkien mal-materjal ta’ l-ippakkjar tal-kolonna proposta, instab li l-Hypersil ODS u z-Zorbax ODS kienu wkoll tajbin.

    Inkella, il-kompożizzjoni tal-fażi mobbli rakkommandata tista’ tkun imtejba sabiex tinkiseb is-separazzjoni meħtieġa.

    10.2. Detection wavelength

    Test ta’ awsterità fuq il-metodu deskritt wera li bidla żgħira fid-detection wavelength jista’ jkollha effett sinnifikanti fuq ir-riżultati tad-determinazzjoni.

    Għalhekk, dan il-parametru għandu jiġi ikkontrollat sewwa waqt l-analiżi.

    10.3. Interferenzi

    Taħt il-kondizzjonijiet deskritti f’dan il-metodu ħafna kompożizzjonijiet oħra, bħal priservattivi u addittivi kosmetiċi huma wkoll elużjonati. Il-ħinijiet ta’ żamma ta’ numru kbir ta’ preservattivi msemmija fl-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill dwar prodotti kosmetiċi huma elenkati fi: N. de Kruijf, M. A. H. Rijk, A. Prinato-Soetardhi u A. Schouten (1989). Determinazzjoni ta’ priservattivi fi prodotti kosmetiċi II: Identifikazzjoni kromatografika tal-likwidu ta’ rendiment għoli (J. Chromatography 469, 317-398).

    10.4. Biex tipproġetta l-kolonna analitika tista’ tintuża kolonna gwida xierqa.

    10.5. Il-metodu ġie investigat fi prova kollaborattiva li fiha ħadu sehem disa’ laboratorji. Ġew analizzati tliet kampjuni. It-tabella segwenti fiha, għal kull wieħed mit-tliet kampjuni, il-mezzi f’% m/m (m), ripetibilitajiet (r), riproduċibilitajiet (R) misjuba għall-analytes li kien fihom:

    Sample | | 2-Fenoxyethan1ol | 1-Fenoxypropan-2-ol | Methylparaben | Ethylparaben | Propylparaben | Butylparaben | Benzylparaben |

    Vitamin cream | m | 1,124 | | 0,250 | 0,0628 | 0,031 | 0,0906 | |

    | r | 0,016 | | 0,018 | 0,0035 | 0,0028 | 0,0044 | |

    | R | 0,176 | | 0,030 | 0,0068 | 0,0111 | 0,0034 | |

    Vanishing cream | m | 1,196 | | 0,266 | 0,076 | | | |

    | r | 0,040 | | 0,003 | 0,002 | | | |

    | R | 0,147 | | 0,022 | 0,004 | | | |

    Massage cream | m | | 0,806 | | | 0,180 | 0,148 | 0,152 |

    | r | | 0,067 | | | 0,034 | 0,013 | 0,015 |

    | R | | 0,112 | | | 0,078 | 0,012 | 0,016 |

    [1] ISO 5725

    [2] ISO 5725

    --------------------------------------------------

    Top