Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0041

    Id-dsatax-il Direttiva tal-Kummissjoni 96/41/KE tal-25 ta’ Ġunju 1996 li taddatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

    ĠU L 198, 8.8.1996, p. 36–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/41/oj

    31996L0041



    Official Journal L 198 , 08/08/1996 P. 0036 - 0039


    Id-dsatax-il Direttiva tal-Kummissjoni 96/41/KE

    tal-25 ta’ Ġunju 1996

    li taddatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/34/KE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Kosmetoloġija,

    Billi l-informazzjoni xjentifika disponibbli turi li l-aċidu urokaniku jinterferixxi mal-proċess ta’ l-immunità fil-preżenza ta’ radjazzjoni ultravjola u, għalhekk, l-użu tiegħu għandu jkun projbit;

    Billi l-idrossidu tal-kalċju meta mħallat ma’ melħ tal-guanidine u l-idrossidu tal-litjum użat sabiex jillixxa x-xagħar, jista’ jkollu effetti mhux mixtieqa jekk ikollu kuntatt mal-għajnejn; billi, għalhekk, l-użu tagħhom għandu jkun is-suġġett għal ċerti restrizzjonjijiet u kondizzjonijiet;

    Billi, fuq il-bażi ta’ l-aħħar riċerki xjentifiċi u tekniċi, il-chlorphenesin, is-sodiumhydroxymethylglycinate u silverchloride iddepositati fuq id-diossidu tat-titanjum jistgħu jkunu wżati bħala preservattivi fi prodotti kosmetiċi;

    Billi, fuq il-bażi ta’ l-aħħar riċerka xjentifika u teknika, jista’ jintuża l-polymer ta’ N-{-(2 u 4)-[(2-oxoborn-3-ylidene)methyl]benzyl}acrylamide bħala filtru tal-UV fi prodotti kosmetiċi;

    Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattazzjoni għal Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur ta’ Prodotti Kosmetiċi,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva 76/768/KEE hi b’dan emendata kif muri fl-Anness.

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li mill-1 ta’ Lulju 1997 għas-sustanzi preskritti fl-Anness, la l-manufatturi u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità m’għandhomx ipoġġu fis-suq prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 li jkun fihom sustanzi preskritti fl-Anness m’għandhomx jinbiegħu jew ikunu pprovduti b’mod ieħor lill-konsumaturi finali wara t-30 ta’ Ġunju 1998.

    L-Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1997. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’tali referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal tali referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Ġunju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Emma Bonino

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

    [2] ĠU L 167, tat-18.7.1995, p. 19.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-Annessi għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati kif ġej:

    1. fl-Anness II in-numru ta’ referenza 418 segwenti hu miżjud:

    "418. aċidu 3-Imidazol-4-ylacrylic u l-ester etiliku tiegħu (l-aċidu urokaniku)";

    2. in-numru ta’ referenza 15 fl-Anness III hu mibdul bin-numri ta’ referenza segwenti:

    "(a) | (b) | (c) | (d) | (e) | (f) |

    15a | Potassju jew l-idroissidu tas-sodju | (a)Solvent tal-ġilda rqiqa ta’ madwar id-difer | (a)5 % skond il-piż (1) | | (a)Fih alkali. Evita kuntatt ma’ l-għajnejn. Jista’ jikkawża għomija. Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħqu t-tfal |

    | (b)Li jillixxa x-xagħar | (b) | | (b) |

    | 1.Użu ġenerali | 1.2 % skond il-piż (1) | | 1.Fih l-alkali. Evita kuntatt mal-għajnejn. Jista’ jikkawża telf ta’ dawl. Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquħ it-tfal |

    | 2.Użu professjonali | 2.4,5 % skond il-piż (1) | | 2.Għal użu professjonali biss. Evita kuntatt mal-għajnejn. Jista’ jikkawża t-telf tad-dawl. |

    | (c)Li jaġġusta l-pH | (c)Sa pH 12,7 | | (c)Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal. Evita kuntatt ma’ l-għajnejn. |

    | —depilatorji | | | |

    | (d)Użu ieħor bħala li jaġġusta l-pH | (d)Sa pH 11 | | |

    15b | Lithium hydroxide | (a)Li jillixxa x-xagħar | | | |

    | 1.Użu ġenerali | 1.2 % skond il-piż (1) | | 1.Fih l-alkali. Evita kuntatt mal-għajnejn. Jista’ jikkawża t-telf tad-dawl. Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquħ it-tfal |

    | 2.Użu professjonali | 2.4,5 % skond il-piż (1) | | 2.Għal użu professjonali biss. Evita kuntatt mal-għajnejn. Jista’ jikkawża t-telf tad-dawl. |

    | (b)Użu ieħor | | | |

    15ċ | Idrossidu tal-kalċju | (a)Jillixxaw ix-xagħar li jkun fihom żewġ komponenti: Idrossidu tal-kalċju u melħ guandine | 7 % skond il-piż idrossidu tal-kalċju | | Fih l-alkali. Evita kuntatt mal-għajnejn. Jista’ jikkawża t-telf tad-dawl. Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal |

    | (b)Użi oħrajn | | | |

    3. fl-Anness VI:

    (a) L-Ewwel parti:

    In-numri ta’ referenza segwenti huma miżjuda:

    "(a) | (b) | (c) | (d) | (e) |

    50 | 3-(p-chlorophenoxy)-propane-1,2 diol (chlorphenesin) | 0,3 % | | |

    51 | Sodium hydroxymethylamino acetate (Sodium hydroxymethylglycinate) | 0,5 % | | |

    52 | Klorit tas-sodju iddepożitat fuq id-diossidu tat-titanjum | 0,004 % maħduma bħala AgCl | 20 % ta’ AgCl (W/W) fuq TiO2. Ipprojbit fi prodotti għat-tfal taħt it-tliet snin, fi prodotti ta’ iġjene orali u fi prodotti intiżi sabiex ikunu applikati madwar l-għajnejn u fuq ix-xuftejn." | |

    (b) It-Tieni parti:

    Numri ta’ referenza 2 u 30 huma mħassra.

    "tat- 30.6.1996" hu mibdul bi "tat- 30.6.1997" għal numri ta’ referenza 16, 21 u 29;

    4. fl-Anness VII:

    (a) L-Ewwel parti

    Numru ta’ referenza segwenti hu miżjud:

    "(a) | (b) | (c) | (d) | (e) |

    11 | Polymer ta’ N-{(2 u 4)-[(2-oxoborn-3-ylidene)methyl]benzyl}acrylamide | 6 %" | | |

    (b) It-Tieni parti:

    Numri ta’ referenza 33 u 34 huma mħassra.

    "tat- 30.6.1996" hi mibdula bi "tat- 30.6.1997" għal numri ta’ referenza 2, 5, 6, 12, 13, 17, 25, 26, 29 u 32.

    --------------------------------------------------

    Top