Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0038

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/KE tas-17 ta’ Ġunju 1996 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE li għandha xtaqsam ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-muturTest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 187, 26.7.1996, p. 95–105 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/38/oj

    31996L0038

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/KE tas-17 ta’ Ġunju 1996 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE li għandha xtaqsam ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-muturTest b’rilevanza għaż-ŻEE

    Official Journal L 187 , 26/07/1996 P. 0095 - 0105
    CS.ES Chapter 13 Volume 017 P. 106 - 116
    ET.ES Chapter 13 Volume 017 P. 106 - 116
    HU.ES Chapter 13 Volume 017 P. 106 - 116
    LT.ES Chapter 13 Volume 017 P. 106 - 116
    LV.ES Chapter 13 Volume 017 P. 106 - 116
    MT.ES Chapter 13 Volume 017 P. 106 - 116
    PL.ES Chapter 13 Volume 017 P. 106 - 116
    SK.ES Chapter 13 Volume 017 P. 106 - 116
    SL.ES Chapter 13 Volume 017 P. 106 - 116


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/KE

    tas-17 ta’ Ġunju 1996

    li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE li għandha xtaqsam ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/EC 2, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 [2] tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ veturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/629/KEE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi d-Direttiva 76/115/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li ġiet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentement, id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE li għandhom xjaqsmu mas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta’ vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

    Billi, b’mod partikolari, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jinneċessitaw li kull direttiva separata jkollha anness magħħa document ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti rilevanti ta’ l-Anness ma’ dik id-Direttiva u wkoll ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI magħha sabiex l-approvazzjoni tat-tip tista’ tiġi kompjuterizzata;

    Billi huwa possibbli li titjieb il-protezzjoni pprovduta għal passiġġieri kontra li jinxteħtu ‘l barra fil-każ ta’ aċċident permezz tal-ħtieġa ta’ minimu ta’ ċinturini addominali tat-tip 1 b’retratturi għall-pożizzjonijiet kollha ta’ bil-qiegħda li jħarsu ‘l quddiem u lura f’vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2 u M3 (ħlief dawk il-vetturi li huma maħsuba kemm għal użu urban u kemm għal passiġgieri bil-wieqfa), kif previst fid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/628/KEE [5];

    Billi d-dħul fis-seħħ ta’ emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/628/KEE biex teħtieġ dawn iċ-ċinturini tas-sedili f’vetturi M2 u M3 jiddependi fuq l-adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE [7],kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/577/KEE [8], dwar is-saħħa tas-sedili u din id-Direttiva dwar ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sedili;

    Billi hija magħmula referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 78/632/KEE [10], li tirrelata għall-muntaġġi nterni ta’ vetturi bil-mutur;

    Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għal Adattament għall-progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva 76/115/KEE hija emendata kif ġej.

    1. L-Artikolu 1 għandu jaqra kif ġej:

    "‘Din id-Direttiva tapplika għal ankoraġġi ta’ ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur maħsuba għal okkupanti adulti ta’ sedili li jħarsu ‘l quddiem jew lura.’;"

    2. Fl-Artikolu 2 ‘l-Anness I’ huwa sostitwit bl-‘L-Anness II A’;

    3. Fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 76/115/KEE ‘l-Annessi I, III u IV’ huma sostitwiti b’ ‘l-Annessi’;

    4. L-Annessi huma emendati skond l-Anness ma’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 2

    1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1997 ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom xjaqsmu ma ’ l- ankoraġġi għal ċinturini tas-sigurtà:

    - jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

    - jipprojbixxi r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

    jekk l-ankoraġġi f’ dan it-tip ta’ vettura jew f’ dawn il-vetturi jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

    2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1999 għal vetturi tal-kategorija M2 b’ massa massima li ma teċċedix 3500 kg u l-vetturi l-oħra kollha mill-1 ta’ Ottubru 1997, Stati Membri:

    - m’għandhomx iktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

    - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

    għal tip ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi ta’ ċinturini tas-sigurtà jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE, kif emendati b’din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti.

    3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 2001 għal vetturi tal-kategorija M2 b’massa massima li ma teċċedix 3500 kg u l-vetturi l-oħra kollha fil-kategorija M mill-1 ta’ Ottubru 1999, Stati Membri:

    - għandhom jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE mhux iktar validi għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva, u

    - jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li mhumiex akkumpanjati b’ċertifikat ta’ konformità skond id-Direttiva 70/156/KEE,

    għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi ta’ ċinturini tas-sigurtà jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE, kif emendati b’din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti.

    L-Artikolu 3

    1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijeit amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1996 u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

    L-Artikolu 4

    Id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Ġunju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    [2] ĠU L 266, tat-8.11.1995, p. 1.

    [3] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 6.

    [4] ĠU L 341, tas-6.12.1990, p. 14.

    [5] ĠU L 341, tas-6.12.1990, p. 1.

    [6] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 95.

    [7] ĠU L 221, tat-12.8.1974, p. 1.

    [8] ĠU L 209, tad-29.7.1981, p. 34.

    [9] ĠU L 38, tal-11.2.1974, p. 2.

    [10] ĠU L 206, tad-29.7.1978, p. 26.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Lista ta’ l-annessi hija miżjuda kif ġej:

    "

    LISTA TA’ L-ANNESSI

    L-ANNESS I: | Definizzjonijiet, applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE, l-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE, speċifikazzjonijiet, testijiet, konformità tal- produzzjoni, istruzzjonijiet: |

    | Appendiċi 1: | Numru minimu ta’ punti ta’ ankoraġġ, |

    | Appendiċi 2: | Il-lok ta’ l-ankoraġġi l-iktar baxxi, ħtiġiet ta’ l-angolu, |

    | Appendiċi 3: | Dokument ta’ informazzjoni, |

    | Appendiċi 4: | Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip. |

    L-ANNESS II: | Il-lok ta’ ankoraġġi effettivi taċ-ċinturini. |

    L-ANNESS III: | Mezz ta’ trazzjoni. |

    "

    L-Anness I huwa emendat kif ġej

    ———————————————————————— — Punt ġdid jiżdied wara l-Punt 1.14 sabiex jaqra:

    "1.15. "Żona ta’ referenza" tfisser l-ispazju bejn żewġ pjanijiet vertikali lonġitudinali, ‘l bogħod minn xulxin 400 mm u simmetriċi fir-rigward tal-punt-H, u definiti b’ rotazzjoni tal-apparat ta’ simulazzjoni tar-ras, deskritt fl-Anness II mad-Direttiva 74/60/KEE, minn vertikali għal orizzontali. L-Apparat għandu jiġi pożizzjonat kif deskritt f’dak l-anness u jiġi stabbilit għal tul massimu ta’ 840mm."

    Il-Punt 2.1 huwa emendat sabiex jaqra:

    "2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ ankoraġġi ta’ ċinturini tas-sigurtà għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura."

    Il-Punt 2.2 huwa emendat sabiex jaqra:

    "2.2. Mudell għad-Dokument ta’ Informazzjoni jingħata fl-Appendiċi 3."

    Il-Punti 2.2.1 sa 2.2.5 inklużivi huma mħassra.

    Il-Punt 3 huwa emendat sabiex jaqra:

    "3. L-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE

    3.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, 4 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

    3.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jingħata fl-Appendiċi 4.

    3.3. Numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/LEE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura."

    Fil-Punt 4.1,

    "L-Anness I"

    huwa sostitwit b’

    "l-Anness II"

    .

    Il-Punt 4.3.1 huwa emendat sabiex jaqra:

    "4.3.1. Kwalunkwe vettura fil-kategoriji M u N (ħlief dawk il-vetturi fil-kategoriji M2 u M3 li huma ddisinjati kemm għal użu urban kif ukoll għal passiġġieri bil-wieqfa) għandha tkun mgħammra b’ ankoraġġi ta’ ċinturini tas-sigurtà li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva."

    Il-Punt 4.3.2 huwa emendat sabiex jaqra:

    "4.3.2. In-numru minimu ta’ ankoraġġi ta’ ċinturini tas-sigurtà għal kull pożizzjoni ta’ bil-qiegħda diretta ‘l quddiem u lura għandu jkun kif speċifikat fl-Appendiċi."

    Fil-Punt 4.3.5. is-simbolu

    "*"

    huwa sostitwit bis-simbolu

    ""

    (verżjoni Ġermaniża biss)

    Punt ġdida 4.3.7 jiżdied sabiex jaqra:

    "4.3.7. Kwalunkwe pożizzjoni ta’ bil-qiegħda fl-Appendiċi I mmarkata bis-simbolu

    +++++ TIFF +++++

    , tliet ankoraġġi jiġu pprovduti sakemm waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin ma tiġix sodisfatta:

    - hemm sedil jew partijiet oħra tal-vettura li jikkonformaw mal-Paragrafu 3.5 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 74/408/KEE direttament quddiem; jew

    - ebda parti tal vettura ma hi ġewwa jew, meta l-vettura tkun miexja, kapaċi tkun fiż-żona ta’ referenza; jew

    - partijiet tal-vettura fiż-żona ta’ referenza msemmija jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ assorbiment ta’ enerġija stabbiliti fl-Appendiċi 6 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 74/408/KEE

    f’liema każ żewġ ankoraġġi jistgħu jiġu pprovduti."

    Il-Punt il-qadim

    4.3.7

    huwa rienumerata

    4.3.8

    .

    L-ewwel sentenza tal-Punt 4.3.8 hija emendata sabiex taqra:

    "Għas-sedili li jinagħlqu jew sedili maħsuba biss għal użu meta l-vettura hija wieqfa, kif ukoll is-sedili kollha… ebda ankoraġġi taċ-ċinturini ma huma meħtieġa."

    Żewġ punti ġodda huma miżjuda wara l-Punt 4.3.8

    "4.3.9. Fil-każ tas-sular ta’ fuq ta’ vettura b’żewġ sulari il-ħtiġiet għall-pożizzjoni ta’ bil-qiegħda quddiem fiċ-ċentru għandhom japplikaw ukoll fil-pożizzjonijiet esterjuri ta’ bil-qiegħda quddiem.

    4.3.10. Fil-każ ta’ sedili li kapaċi jiddawru jew jitqiegħdu f’ orjentazzjonijiet oħra, għal użu meta l-vettura hija wieqfa, il-ħtiġiet tal-Punt 4.3.1 għandhom japplikaw biss għal dawk l-orjentazzjonijiet maħsuba għal użu normali meta l-vettura tkun qiegħda tivvjaġġa fit-triq, skond din id-Direttiva. Nota għal dan l-iskop għandha tiġi inkluża fid-dokument ta’ informazzjoni."

    Dan li ġej jiżdied fl-aħħar tal-Punt 4.4.3.4:

    "Fil-każ ta’ sedili, li mhumiex sedili ta’ quddiem, ta’ vetturi fil-kategoriji M2 u M3, l-angoli α1 u α2 għandhom ikunu bejn 45 u 90 grad għall-pożizzjonijiet kollha normali ta’ użu."

    Punt ġdida 5.1.1.2 jiżdied kif ġej:

    "5.1.1.2. It-testijiet jistgħu jiġu ristretti għall-ankoraġġi li jirrelataw biss għal sedil wieħed jew grupp wieħed ta’sedili taħt il-kondizzjonijiet li:

    - l-ankoraġġi kkonċernati għandhom l-istess karatteristiċi strutturali bħall-ankoraġġi li jirrelataw għas-sedili l-oħra jew għall-gruppi l-oħra ta’ sedili; u

    - meta dawn l-ankoraġġi huma mgħammra totalment jew parzjalment fuq is-sedil jew fuq il-grupp ta’ sedili, il-karatteristiċi strutturali tas-sedil jew tal-grupp ta’ sedili huma l-istess bħal dawk għas-sedili l-oħra jew għall-gruppi l-oħra ta’ sedili."

    Il-Punti l-qodma

    5.1.1.2

    u

    5.1.1.3

    huma rienumerati

    5.1.1.3

    u

    5.1.1.4

    rispettivament.

    Il-Punt 5.3.1 huwa emendat sabiex jaqra kif ġej:

    "5.3.1. L-ankoraġġi kollha taċ-ċinturini ta’ l-istess grupp ta’ sedili għandhom jiġu kkontrollati simultanjament. Madankollu, jekk hemm riskju li tagħbija mhux simmetrika tas-sedili u/jew ta’ l-ankoraġġi tista’ twassal għal nuqqasijiet, test addizjonali jista’ jitwettaq b’ tagħbija mhux simmetrika."

    Il-Punt 5.3.2 huwa emendat sabiex jaqra kif ġej:

    "5.3.2. Il-forza trattiva għandha tiġi applikata f’ direzzjoni li tikkorrispondi għall-pożizzjoni ta’ bil-qiegħda f’ angolu ta’ 10°±5° fuq l-orizzonatli fi pjan parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura."

    Fil-Punti 5.3.4, 5.4.1.2, 5.4.1.3, 5.4.2.1, 5.4.2.2, 5.4.3 u 5.4.5.2 issostitwixxi

    "l-Anness IV"

    b’

    "l-Anness III"

    .

    Il-Punt 5.4.4.2 huwa emendat sabiex jaqra:

    "5.4.4.2. It-tagħbijiet indikati fil-Punti 5.4.1, 5.4.2 u 5.4.3 għandhom jiġu ssupplimentati b’ forza ugwali għal 20 darba l-piż tas-sedil komplet.

    Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji M2 u N2 din il-forza għandha tkun ugwali għal 10 darbiet il-piż tas-sedil komplet; għal vetturi fil-kategoriji M3 u N3 għandha tkun ugwali għal 6,6 darbiet il-piż tas-sedil komplet."

    Punt ġdida jiżdied wara l-Punt 5.4.5.2 sabiex jaqra:

    "5.4.6. Test fil-każ ta’ sedili li jħarsu lura:

    5.4.6.1. Il-punti ta’ ankoraġġ għandhom jiġu kkontrollati skond il-forzi preskritti fil-Paragrafi 5.4.1, 5.4.2 jew 5.4.3 kif approprjat. F’kull każ it-tagħbija tat-test għandha tikkorrispondi għat-tagħbija preskritta għal vetturi M3 jew N3.

    5.4.6.2. It-tagħbija tat-test għandha tiġi diretta ‘l quddiem fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ bil-qiegħda inkwistjoni, li tikkorrispondi għall-proċedura preskritta fil-paragrafu 5.3."

    Punt ġdid jiżdied wara l-Punt 5.5.3 sabiex jaqra:

    "5.5.4. B’deroga, l-ankoraġġi ta’ fuq armati ma’ sedil wieħed jew iktar ta’ vetturi tal-kategorija M2 ta’ iktar minn 3,5 tunnellati metriċi u M3, li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Anness III tad-Direttiva 74/408/KEE, m’hemmx għalfejn jikkonformaw mal-ħtiġiet fil-paragrafu 5.5.1 li jikkonċerna konformità mal-Paragrafu 4.4.4.6. Dettallji tas-sedil(i) kkonċernat(i) għandhomm jissemmew fl-addendum maċ-ċertifikat ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip imsemmi fl-Appendiċi 4."

    Il-punt 6.1 huwa emendat sabiex jaqra:

    "6.1. Bħala regola ġenerali, għandhom itieħdu miżuri għall-assigurazzjoni ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE."

    Il-Punt 7 huwa rienumerat 8 u Punt ġdid 7 huwa inserit sabiex jaqra:

    "7. Modifiki tat-tip u emendi għall-approvazzjonijiet

    7.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw."

    L-Appendiċi ġodda 1 u 2 ma’ l-Anness I huma miżjuda kif ġej:

    "

    Appendiċi 1

    Numru minimu ta’ punti ta’ ankoraġġ

    Kategorija tal-Vettura | Pożizzjonijiet ta’ bil-qiegħda li jħarsu ‘l quddiem | Iħarsu lura |

    Esterjuri | Ċentru |

    Quddiem | Ieħor | Quddiem | Ieħor |

    M1 | 3 | 3 jew 2 Ø | 3 jew 2 * | 2 | 2 |

    M2< 3,5 T | 3 | 3 | 3 | 3 | 2 |

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    M3 & M2 > 3,5 T | 3 | 3 jew 2 | 3 jew 2 | 3 jew 2 | 2 |

    N1, N2 & N3 | 3 | 2 jew 0 | 3 jew 2 * | 2 jew 0 | — |

    Kjavi għas-simboli:

    2: żewġ ankoraġġi baxxi li jippermettu l-installazzjoni ta’ ċinturin tas-sigurtà tat-tip B jew, meta meħtieġ bl-Anness XV tad-Direttiva 77/541/KEE, it-tip Br, Br3, Br4m jew Br4Nm.

    3: żewġ ankoraġġi baxxi u ankoraġġ wieħed ta’ fuq li jippermettu l-installazzjoni ta’ tip A ta’ ċinturin tas-sigurtà bi tliet punti jew, meta meħtieġ bl-Anness XV tad-Direttiva 77/541/KEE, it-tip Ar, Ar4m jew Ar4Nm.

    Ø: jirreferi għall-Punt 4.3.3 (żewġ ankoraġġi permessi jekk sedil huwa ‘l ġewwa minn passaġġ).

    *: jirreferi għall-Punt 4.3.4 (żewġ ankoraġġi permessi jekk il-windscreen huwa barra ż-żona ta’ referenza).

    : jirreferi għall-Punti 4.3.5 u 4.3.6 (żewġ ankoraġġi meħtieġa f’ pożizzjonijiet esposti ta’ bil-qiegħda).

    : jirreferi għall-Punt 4.3.7 (żewġ ankoraġġi permessi jekk ma hemm xejn fiż-żona ta’ referenza).

    : jirreferi għall-Punt 4.3.10 (dispożizzjoni speċjali għas-sular ta’ fuq ta’ vettura).

    Appendiċi 2

    Il-Lok ta’ l-ankoraġġi l-iktar baxxi – Ħtiġiet ta’ l-angolu biss

    Sedil | M1 | Ta’ xort’ oħra minn M1 |

    | |

    Quddiem | In-naħa tal-bokkla (α2) | 45°- 80° | 30°-80° |

    Ta’ xort’ oħra minn naħa tal-bokkla (α1) | 30°-80° | 30°-80° |

    Il-kostanti ta’ l-angolu | 50°-70° | 50°-70° |

    Il-bank- in-naħa tal-bokkla (α2) | 45°-80° | 20°-80° |

    Il-bank- ta’ xort’ oħra minn naħa tal-bokkla (α1) | 30°-80° | 20°-80° |

    Sedil aġġustabbli b’ angolu tad-dahar tas-sedil < 20° | 45°-80° (α2)* 20°-80° (α1)* | 20°-80° |

    Wara | | 30°-80° | 20°-80°Ψ |

    Egħluq | Ebda ankoraġġ taċ-ċinturini meħtieġ. Jekk l-ankoraġġ huwa armat: ara l-ħtiġiet ta’ l-angolu Quddiem u Wara. |

    Noti:

    : l-estern u ċ-ċentru.

    *: jekk l-angolu huwa kostanti ara l-Punt 4.4.3.1.

    Ψ: 45° - 90° fil-każ ta’ sedili f’ vetturi M2 u M3.

    "

    Żewġ appendiċi ġodda huma miżjuda kif ġej:

    "

    Appendiċi 3

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    PuntiAppendiċi 4

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    3. L-ANNESS II huwa mħassar

    4. L-ANNESS III huwa rienumerat "L-ANNESS II" u bl-intestatura: "Lok ta’ ankoraġġi effettivi taċ-ċinturini".

    5. L-ANNESS IV huwa rienumerat L-ANNESS III.

    --------------------------------------------------

    Top