EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0024

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/24/KE tad-29 ta’ April 1996 li temenda d-Direttiva 79/373/KEE dwar il-marketing ta’ għalf kompost

ĠU L 125, 23.5.1996, p. 33–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0767

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/24/oj

31996L0024



Official Journal L 125 , 23/05/1996 P. 0033 - 0034


Id-Direttiva tal-Kunsill 96/24/KE

tad-29 ta’ April 1996

li temenda d-Direttiva 79/373/KEE dwar il-marketing ta’ għalf kompost

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 77/101/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 dwar il-marketing ta’ għalf mhux imħallat [4] kienet ġiet imħassra bid-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali ta’ għalf, li temenda d-Direttivi 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u tħassar id-Direttiva 77/101/KEE [5];

Billi d-Direttiva 96/25/KE timmira, b’mod partikolari, li tneħħi d-differenzi bejn il-leġislazzjonijiet nazzjonali dwar għalf mhux imħallat u materja prima; billi, għal dak l-iskop introduċiet espressjoni komuni ‘materjali ta’ l-għalf’ u definizzjoni ta’ dak it-terminu li tkopri għalf mhux imħallat u materja prima; billi, b’konsegwenza, dawk it-termini u d-definizzjonijiet tagħhom fid-Direttiva 79/373/KEE [6] għandhom jiġu mibdula b’terminu komuni u bid-definizzjoni tiegħu kif mogħtija fid-Direttiva 96/25/KE; billi dawn it-termini għandhom impatt fuq id-definizzjoni ta’ għalf kompost;

Billi l-lista li tinsab fit-Taqsima B ta’ l-Anness li jinsab mad-Direttiva 96/25/KE għandha tintuża għaċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali ta’ għalf ikun x’ikun l-użu maħsub tagħhom, kif ukoll għall-ittikkettjar tal-materjali ta’ l-għalf użati f’għalf kompost;

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 92/87/KEE tas-26 ta’ Ottubru 1992 tistabbilixxi lista mhux esklussiva ta’ l-ingredjenti prinċipali normalment użati u mqiegħda fis-suq għall-preparazzjonita’ għalf kompost maħsubagħall-annimali apparti milli għall-annimali tad-delizzju [7] telenka lista ta’ ingredjenti għall-ħtiġijiet ta’ l-ittikkettjar ta’ l-għalf kompost; billi l-miżuri għandhom jittieħdu biex ikun assigurat li d-Direttiva 92/87/KEE tkun mħassra bid-dħul fis-seħħ tat-Taqsimiet A u B ta’ l-Anness li jinsab mad-Direttiva 96/25/KE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L- Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE qiegħda b’dan tiġi emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 1(2)(a) it-terminu "għalf mhux imħallat" għandu jiġi mibdul bit-terminu "materjali ta’ għalf";

2. it-terminu "ingredjent/i" għandu jiġi mibdul bit-terminu "materjal/i ta’ l-għalf"

3. l-Artikolu 2(b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(b) għalf kompost:taħlitiet ta’ materjali ta’ l-għalf, sew jekk ikun fihom adittivi sew jekk le, għat-tmiegħ ta’ l-annimali mill-ħalq fil-forma ta’ għalf sħiħ jew komplimentari;"

4. L-Artikolu 2(k) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(k) materjali ta’ l-għalf: prodotti varji ta’ oriġini mill-ħaxix jew mill-annimal fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippriżervati, u prodotti miksuba mill-ipproċessar industrijali tagħhom, u ta’ sustanzi organiċi jew inorganiċi, sew jekk ikun fihom adittivi sew jekk le, li huma maħsuba għall-użu ta’ tmiegħ ta’ l-annimali mill-ħalq jew direttament bħala tali jew wara l-ipproċessar, fit-tħejjija ta’ għalf kompost jew bħala li jġorru t-taħlitiet minn qabel;"

5. l-artikolu 10(b) għandu jitħassar;

6. fl-Artikolu 10(a)(1) il-kliem "irreferuti fl-Artikolu 10(b)" għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "tal-materjali prinċipali ta’ l-għalf elenkati fit-Taqsima B ta’ l-Anness li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali ta’ l-għalf, li temenda d-Direttivi 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u tħassar id-Direttiva 77/101/KEE [8]"

7. l-Artikolu 10(2) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-disposizzjonijiet ta’ l-intestaturi (I), (II), (III) u (IV) tat-taqsima A Ġenerali ta' l-Anness li jinsab mad-Direttiva 96/25/KE ikunu rrispettati.";

8. l-Artikolu 11 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L- Artikolu 11

Għall-iskopijiet tat-tqegħid fis-suq fil-Komunità, l-indikazzjonijiet stampati fuq id-dokument li jakkumpanja, fuq l-ippakkeġġar, fuq il-kontenitur, jew fuq it-tikketta mwaħħla magħhom għandhom jinkitbu f’mill-anqas waħda jew diversi ilsna li l-pajjiż tad-destinazzjoni għandu jistabbilixxi minn fost l-ilsna nazzjonali jew uffiċjali tal-Komunità."

L- Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1998, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

L- Artikolu 3

Id-disposizzjonijiet adottati għandhom jibdew ikunu applikabbli sa mill-1 ta’ Lulju 1998. L-Istati Membri għandhom, b'dana kollu, jistabbilixxu li għalf kompost imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 1998 li ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva jista’ jibqa’ fiċ-ċirkolazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 1999.

L- Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L- Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lejn l-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, id-29 ta’ April 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Luchetti

[1] ĠU C 238, tas-26.8.1994, p. 6.

[2] ĠU C 305, tal-31.10.1994, p. 146.

[3] ĠU C 102, ta' l-24.4.1995, p. 12.

[4] ĠU L 32, tat-3.2.1977, p. 1, id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/654/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 48).

[5] Ara paġna 35 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċċjali.

[6] ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 30, id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/74/KEE (ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 23).

[7] ĠU L 319, ta' l-4.11.1992, p. 19.

[8] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 35

--------------------------------------------------

Top