This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996L0021
Council Directive 96/21/EC of 29 March 1996 amending Commission Directive 94/54/EC concerning the compulsory indication on the labelling of certain foodstuffs of particulars other than those provided for in Directive 79/112/EEC
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/21/KE tad-29 ta' Marzu 1996 li temenda d-direttiva tal-kummissjoni 94/56/KE dwar l-indikazzjoni obbligatorja fuq l-ittikkettjar ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel ta' partikolaritajiet apparti minn dawk previsti fid-Direttiva 79/112/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/21/KE tad-29 ta' Marzu 1996 li temenda d-direttiva tal-kummissjoni 94/56/KE dwar l-indikazzjoni obbligatorja fuq l-ittikkettjar ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel ta' partikolaritajiet apparti minn dawk previsti fid-Direttiva 79/112/KEE
ĠU L 88, 5.4.1996, p. 5–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2008; Imħassar b' 32008L0005
Official Journal L 088 , 05/04/1996 P. 0005 - 0006
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/21/KE tad-29 ta' Marzu 1996 li temenda d-direttiva tal-kummissjoni 94/56/KE dwar l-indikazzjoni obbligatorja fuq l-ittikkettjar ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel ta' partikolaritajiet apparti minn dawk previsti fid-Direttiva 79/112/KEE IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' l-oġġetti ta' l-ikel [1], u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar materjali tal-ħlewwa għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel, u partikolarment l-Artikolu 6 tagħha [2], Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/53/KE tat-18 ta' Novembru 1994 dwar l-indikazzjoni obligatorja fuq l-ittikkettjar ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel tal-partikolaritajiet apparti minn dawk previsti fid-Direttiva 79/112/KEE [3] fiha lista ta' l-oġġetti ta' l-ikel li dwarhom l-ittikkettjar għandu jinkludi waħda jew aktar partikolaritajiet addizzjonali; Billi l-iskop ta' din id-Direttiva huwa li jissupplementa l-imsemmi l-Anness f'dak li jirrigwardja l-oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom materjali tal-ħlewwa; Billi, wara li kkunsidraw l-iskop u l-effetti ta' l-azzjoni proposta, il-miżuri tal-Komunità introdotti b'din id-Direttiva ma humiex biss meħtieġa imma wkoll essenzjali jekk l-objettivi stabbiliti għandhom ikunu milħuqa; billi l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment; billi, aktar minn hekk, id-Direttiva 94/35/KE diġa tipprovdi għall-kisba ta' dawn l-objettivi fil-livell tal-Komunità; Billi, bil-għan li tipprovdi informazzjoni adekwata lill-konsumatur, l-ittikkettjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom materjali tal-ħlewwa għandhom juru dettalji għal dak l-effett; Billi, aktar minn hekk, twissijiet għandhom ukoll ikunu mogħtija fuq l-ittikkettjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom ċerti kategoriji ta' materjali tal-ħlewwa; Billi, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 79/112/KEE u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/35/KE, abbozz ta' din id-Direttiva kien ġie ppreżentat lill-Kumitat Permanenti dawr l-Oġġetti ta' l-Ikel; billi dan ta' l-aħħar ma setgħax iwassal l-opinjoni tiegħu; billi bi qbil ma l-istess proċedura il-Kummissjoni kienet ippreżentat proposta lill-Kunsill li tirrigwarda l-miżuri li għandhom ikunu adottati, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness tad-Direttiva 94/54/KEE huwa hawnhekk issuplementat kif ġej: "Tip jew kategorija ta' l-oġġetti ta' l-ikel | Partikolaritajiet | Oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom materjal jew materjali tal-ħlewwa kif awtorizzati bid-Direttiva 94/35/KE | "b'materjal(i) tal-ħlewwa"Dawn il-partikolaritajiet għandhom jakkumpanjaw l-isem li permezz tiegħu il-prodott ikun mibjugħ, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 79/112/KEE | Oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom kemm zokkor jew zokkrijiet mizjuda u wkoll materjal jew materjali tal-ħlewwa kif awtorizzati bid-Direttiva 94/35/KE | "biz-zokkor (zokkrijiet) u b'materjal(i) tal-ħlewwa"Dawn il-partikolaritajiet għandhom jakkumpanjaw l-isem li permezz tiegħu il-prodott ikun mibjugħ, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 79/112/KEE | Oġġetti ta' l-ikel li fihom l-aspartamina | "fihom sorsi ta' phenylalanine" | Oġġetti ta' l-ikel li fihom aktar minn 10 % żieda ta' polijoli | "konsum eċċessiv jista jipproduċi effetti lassattivi" | L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi tagħhom qabel l-1 ta' Lulju 1996 b' mod illi: - jippermettu kummerċ fil-prodotti li huma konformi ma' din id-Direttiva, sa l-1 ta' Lulju 1996 l-aktar tard; - jipprojbixxu l-kummerċ fi prodotti li ma jkunux konformi ma' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Lulju 1997. B'dana kollu, prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettjati qabel dik id-data li ma jkunux konformi ma din id-Direttiva jistgħu jkunu kummerċjalizzati sa kemm il-ħażniet ikunu eżawriti. Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b'dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'referenza bħal din fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Marzu 1996. F'isem il-Kunsill Il-President T. Treu [1] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/102/KEE (ĠU L 291, tal-25.11.1993, p. 14). [2] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 3. [3] ĠU L 300, tat-23.11.1994, p. 14. --------------------------------------------------