EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0018

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/18/KE tad-19 ta’ Marzu 1996 li temenda diversi Direttivi tal-Kunsill dwar il-kummerċ taż-żrieragħ u materjali tal-propagazzjoniTest b'relevanza taz-ZEE

ĠU L 76, 26.3.1996, p. 21–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/18/oj

31996L0018



Official Journal L 076 , 26/03/1996 P. 0021 - 0022


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/18/KE

tad-19 ta’ Marzu 1996

li temenda diversi Direttivi tal-Kunsill dwar il-kummerċ taż-żrieragħ u materjali tal-propagazzjoni

(Test b'relevanza taz-ZEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 66/401 ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf [1], kif l-aħħar emendat bl-Att tas-Sħubija ta’ l-Awstria, tal-Fillandja u ta’ l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 21 (5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taż-żejt u l-pjanti tal-fibra [2], kif l-aħħar emendati bl-Att tas-Sħubija ta’ l-Awstria, tal-Fillandja u ta' l-Isvezja, u partikolarment Artikolu 20 (a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħaxix [3], kif l-aħħar emendata bl-Att tas-Sħubija ta’ l-Awstria, tal-Fillandja u ta’ l-Isvezja, u partikolarment Artikolu 40 (a) tagħha,

Billi, fid-dawl ta’ l-iżviluppi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku, id-Direttivi 66/401/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE għandhom ikunu emendati għar-raġunijiet stabbilti hawn taħt;

Billi r-regoli internazzjonali kurrenti, partikolarment dawk ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ l-Ittestjar taż-Żerriegħa u ta’ l-Organizzazzjoni tal-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku, ġew riveduti fir-rigward tal-piżijiet massimi għal-lottijiet taż-żrieragħ ta’ ċertu speċi; billi dik ir-reviżjoni ġiet murija li hija xierqa għall-adozzjoni mill-Komunità;

Billi l-piżijiet massimi fir-regoli tal-Komunità għal-lottijiet taż-żrieragħ ta’ dawk l-ispeċi għandhom ikunu riveduti kif xieraq;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Diretttiva huma b'mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjali tal-Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 66/401/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

fil-kolonna 2 tat-Tabella fl-Anness III "20" hi mibdula b’ "25" fil-każ ta’

- Lupinus albus

- Lupinus angustifolius

- Lupinus luteus

- Pisum sativum

- Vicia faba

u

- Vicia sativa.

Artikolu 2

Id-Direttiva 69/208/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

fil-kolonna 2 tat-Tabella fl-Anness III "20" b’ "25" fil-każijiet kollha fejn jidher u "10" hu sostitwit b’ "25" fil-każ ta’ Carthamus tinctorius.

Artikolu 3

Id-Direttiva 70/458/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

"1. Il-piż massimu taż-żerriegħa tal-lott:

(a)żrieragħ tal-Phaseolus vulgaris, Pisum sativum u Vicia faba | 25 tunellata; |

(b)żrieragħ ta' daqs mhux anqas minn qamħ, għajr Phaseolus vulgaris, Pisum sativum u Vicia faba | 20 tunellata; |

(ċ)żrieragħ ta' daqs iżgħar minn qamħa | 10 tunellata. |

Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'iżjed minn 5 %."

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1996. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati bit-tali referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 19 ta’ Marzu 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru 125, tal-11. 7. 1966, pġ. 2298/66.

[2] ĠU Nru L 169, ta’ l-10. 7. 1969, pġ. 3.

[3] ĠU Nru L 225, tat-12. 10. 1970, pġ. 7.

--------------------------------------------------

Top