Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0587

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 1996 dwar il-pubblikazzjoni tal-lista ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati minn l-Istati Membri skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KETest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 257, 10.10.1996, p. 43–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2007; Imħassar b' 32007D0421

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/587/oj

    31996D0587



    Official Journal L 257 , 10/10/1996 P. 0043 - 0043


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-30 ta' Settembru 1996

    dwar il-pubblikazzjoni tal-lista ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati minn l-Istati Membri skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE

    (Test b'referenza għaż-ŻEE)

    (96/587/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 fuq ir-regoli u n-normi komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjonijiet u l-perizji ta' bastimenti u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

    Billi l-Istati Membri nnotifikaw lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti minnhom skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 94/57/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Istati Membri skond l-artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE huma dawk elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    L-Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' Settembru 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Neil Kinnock

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-Uffiċċju Amerikan għat-Tbaħħir (ABS)

    L-Uffiċċju Veritas (BV)

    Is-Soċjeta ta' Klassifika taċ-Ċina (CCS)

    Det Norske Veritas (DNV)

    Germanischer Lloyd (GL)

    Ir-Reġistru Elleniku tat-Tbaħħir (HR)

    Ir-Reġistru Korean tat-Tbaħħir (KR)

    Ir-Reġistru tat-Tbaħħir ta' Lloyd (LR)

    In-Nippon Kaiji Kyokai (NK)

    Ir-Reġistru Navali Taljan (RINA)

    --------------------------------------------------

    Top