Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0577

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Ġunju, 1996, dwar il-proċedura ta' attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi fissi għat-tifi tan-nar

    ĠU L 254, 8.10.1996, p. 44–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/07/2002

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/577/oj

    31996D0577



    Official Journal L 254 , 08/10/1996 P. 0044 - 0048


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta' l-24 ta' Ġunju, 1996,

    dwar il-proċedura ta' attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi fissi għat-tifi tan-nar

    (test rilevanti għaż-ŻEE)

    (96/577/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Di'embru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

    Billi bejn iż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE dwar attestazzjoni ta' konformità ta' prodott, il-Kummissjoni jeħtiġilha li tagħżel, "il-proċedura l-inqas oneruża possibbli li tkun taqbel mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ li jkun deċiż jekk, għal ċertu prodott jew klassi ta' prodotti, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-respnsabbiltà tal-manifattur hija kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta' konformità, jew, biex jitħarsu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), hemmx ħtieġa ta' intervent minn korp approvat ta' ċertifikazzjoni;

    Billi l-Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura adottata għandha tintwera fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, ikun aħjar li jkun hemm definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti jew klassi ta' prodotti kif użati fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    Billi ż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) huma murija fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jintwerew b'mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b'riferenza għall-Anness III, għal kull prodott jew klassi ta' prodotti peress li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

    Billi l-proċedura li għaliha saret riferenza f'punt (a) ta' l-Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltà ta' punt (ii) tat-Taqsima 2 ta' l-Anness III, u l-proċedura msemmija f'punt (b) ta' l-Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija f'punt (i) tat-Taqsima 2 ta' l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà b'sorveljanza kontinwa, ta' punt (ii) tat-Taqsima 2 ta' l-Anness III;

    Billi l-miżuri stabbiliti f'din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    L-attestazzjoni ta' konformità tal-prodotti msemmija fl-Anness I għandha tkun skond proċedura li biha, flimkien mas-sistema ta' kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika mħaddma mill-manifattur, korp approvat ta' ċertifikazzjoni jieħu sehem fil-verifika u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    L-Artikolu 2

    Il-proċedura għall-attestazzjoni ta' konformità, kif murija fl-Anness II, għandha tintwera f'ordnijiet għal standards armonizzati.

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, l-24 ta' Ġunju, 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Martin bangemann

    Membru ta' l-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 1

    ALLARM/SKOPERTA TA' ĦRUQ, TAGĦMIR FISS TA' TIFI TAN-NAR, KONTROLL TAN-NAR U TAD-DUĦĦAN U PRODOTTI TA' KONTRA SPLUŻJONI

    - Kittijiet ta' sistemi għall-iskoperta ta' ħruq u allarmi ta' ħruq: kittijiet b'sistemi flimkien ta' skoperta u allarmi ta' ħruq, kittijiet b'sistemi ta' skoperta ta' ħruq, kittijiet b'sistemi ta' allarmi ta' ħruq, kittijiet b'sistemi ta' sejħa għal tifi tan-nar.

    - Komponenti ta' sistema ta' skoperta ta' ħruq u ta' allarm ta' ħruq: detectors ta' duħħan, sħana u fjammi, tagħmir ta' kontroll u indikazzjoni, tagħmir li jwassal trasmissjonijiet ta' allarm, iżolaturi ta' ċirkuwitu qasir, tagħmir ta' allarm, provvisti ta' enerġija, tagħmir ta' input/output, postijiet għal sejħa ta' allarm b'tagħmir imħaddem b'idejn.

    - Detectors/allarmi kompluti kontra d-duħħan.

    - Kittijiet b'sistemi għat-trażżin u tifi tan-nar: sistemi ta' l-ewwel għajnuna b'manki kontra l-ħruq, sistemi ta' idrant għat-tifi tan-nar bix-xott jew bl-ilma, kittijiet b'sistemi ta' bexx jew raxx ta' l-ilma, kittijiet b'sistemi ta' tifi tan-nar bir-ragħwa, kittijiet b'sistemi ta' tifi tan-nar bi trab xott, kittijiet b'sistemi ta' tifi tan-nar b'gassijiet (magħduda sistemi ta' tifi tan-nar bis-CO2).

    - Komponenti ta' sistemi ta' trażżin u tifi tan-nar: idranti għat-tifi tan-nar, detectors/switches ta' ċirkolazzjoni ta' l-ilma, detectors/switches tal-pressa, idranti tal-ħitan, kolletturi ta' l-ilma, pompi għat-tifi tan-nar u settijiet ta' pompi, żennuni/bexxiexa/vitijiet ta' l-ilma.

    - Kittijiet b'sistemi ta' kontra splużjoni.

    - Komponenti ta' sistemi ta' kontra splużjoni: detectors, tagħmir ta' kontra l-interferenza, tagħmir ta' sinjal ta' kontra splużjoni, prodotti ta' għjnuna kontra splużjoni.

    - Kittijiet bi stallazzjoni ta' kontrolli tan-nar u tad-duħħan: kittijiet b'sistemi ta' ventilazzjoni għal ħruġ ta' duħħan u sħana, kittijiet b'sistemi ta' pressa differenzjali.

    - Komponenti ta' stallazzjoni ta' kontrolli tan-nar u tad-duħħan: purtieri kontra d-duħħan, regolaturi ta' l-arja, kanali, ventilaturi mekkaniżżati, ventilaturi naturali, pannelli ta' kontroll, pannelli ta' kontroll ta' emerġenza, provvisti ta' enerġija.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    KLASSI TA' PRODOTT

    ALLARM/SKOPERTA TA' ĦRUQ, TAGĦMIR FISS TA' TIFI TAN-NAR, KONTROLL TAN-NAR U TAD-DUĦĦAN U PRODOTTI TA' KONTRA SPLUŻJONI (1/1)

    Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

    Għall-prodott jew prodotti u l-użu maħsub għalihom imsemmija hawn taħt, il-Kumitat Ewropew ta' Standardizzazzjoni/Kumitat Ewropew ta' Standardizzazzjoni Elettroteknika (CEN/Cenelec) huwa mitlub li jispeċifika is-sistema jew sistemi li ġejjin ta' attestazzjoni ta' konformità skond standards armonizzati rilevanti:

    Prodott/i | Użu/i maħsub/a | Livell/i jew klassi/jiet (Resistenza għan-nar) | Sistema/i ta' attestazzjoni ta' konformità |

    Kittijiet għal stallazzjoni | Sigurtà minn nar | | 1 |

    Skoperta/allarm ta' ħruq

    Kittijiet b'sistemi flimkien ta' skoperta u ta' allarm ta' ħruq: | | — | |

    Kittijiet b'sistemi ta' skoperta ta' ħruq | | — | |

    Kittijiet b'sistemi ta' allarm ta' ħruq | | — | |

    Kittijiet b'sistemi ta' sejħa għat-tifi tan-nar | | — | |

    Trażżin u tifi tan-nar

    Kittijiet b'sistemi ta' manki ta' l-ewwel għajnuna | | — | |

    Idrant għat-tifi tan-nar bix-xott jew bl-ilma | | — | |

    Kittijiet b'sistemi ta' bexx u raxx ta' ilma | | — | |

    Kittijiet b'sistemi bir-ragħwa | | — | |

    Kittijiet b'sistemi ta' trab xott | | — | |

    Kittijiet b'sistemi li fihom il-gass (magħduda sistemi li fihom CO2) | | — | |

    Ta' kontra splużjoni

    Kittijiet b'sistemi ta' kontra splużjoni. | | — | |

    Stallazjonijiet ta' kontrol tan-nar

    Kittijiet b'sistemi ta' ventilazzjoni għall-ħruġ ta' duħħan u sħana | | — | |

    Kittijiet b'sistemi ta' pressa differenzjali | | — | |

    Detectors/allarmi kompluti kontra d-duħħan. | | — | |

    Komponenti | Sigurtà minn nar | | 1 |

    Skoperta/allarm ta' ħruq

    Detectors ta' duħħan, sħana u fjammi | | — | |

    Tagħmir ta' kontroll u indikazzjoni | | — | |

    Tagħmir għal trasmissjoni ta' allarm | | — | |

    Iżolaturi ta' ċirkuwitu qasir | | — | |

    Tagħmir ta' allarm | | — | |

    Provvisti ta' enerġija | | — | |

    Tagħmir ta' input/output | | — | |

    Postijiet għal sejħa ta' allarm b'tagħmir imħaddem b'idejn | | — | |

    Trażżin u tifi tal-fiss

    Idranti kontra n-nar | | — | |

    Detectors/switches ta' ċirkolazzjoni ta' l-ilma | | — | |

    Detectors/switches ta' pressa | | — | |

    Idranti tal-ħitan | | — | |

    Kolletturi ta' l-ilma | | — | |

    Pompi għat-tifi tan-nar u settijiet ta' pompi | | — | |

    Żennuni/bexxiexa/vitijiet ta' l-ilma | | — | |

    Ta' kontra splużjoni

    Detectors | | — | |

    Tagħmir ta' kontra l-interferenza | | — | |

    Tagħmir ta' sinjal ta' kontra splużjoni | | — | |

    Prodotti ta' għajnuna kontra splużjoni | | — | |

    Kontroll tan-nar

    Purtieri kontra d-duħħan | | — | |

    Regolaturi ta' l-arja | | araD12 | |

    Kanali | | araD12 | |

    Ventilaturi mekkaniżżati | | — | |

    Ventilaturi naturali | | — | |

    Pannelli ta' kontroll u pannelli ta' kontroll ta' emerġenza | | — | |

    Provvisti ta' enerġija | | — | |

    L-speċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tista' titħaddem ukoll fejn mhux meħtieġ li jkun magħruf kif intlaqgħat xi karatteristika, peress li mill-inqas fi Stat Membru wieħed biss jista' ma jkunx hemm obbligu legali għal dik il-karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn ikun applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta' Interpretazzjoni). F'dawk l-każijiet il-verifika ta' din il-karatteristika m'għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk huwa ma jkunx jixtieq jiddikjara kif intlaqa' prodott f'dak ir-rigward.

    --------------------------------------------------

    Top