Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0354

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1996 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nepal

    ĠU L 137, 8.6.1996, p. 14–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/354/oj

    Related international agreement

    31996D0354



    Official Journal L 137 , 08/06/1996 P. 0014 - 0014


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    ta' l-20 ta' Mejju 1996

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nepal

    (96/354/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, b'mod partikolari, l-Artikoli 113 u 130y, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi, skond l-Artikolu 130u tat-Trattat, il-politika tal-Komunità fl-isfera tal-koperazzjoni għall-Iżvilupp għandha tistimula żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-integrazzjoni gradwali u bla xkiel ta' dawn il-pajjiżi fl-ekonomija dinjija u l-kampanja kontra l-faqar f'dawn il-pajjiżi;

    Billi l-Komunità għandha tapprova, għall-kisba ta' l-għanijiet tagħha fl-isfera tar-relazzjonijiet esterni, il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nepal,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nepal qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunità.

    It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill, f'isem il-Komunità, ser jagħti n-notifika provduta fl-Artikolu 22 tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, ser tirrapreżenta l-Komunità fil-Kummissjoni Konġunta provduta fl-Artikolu 15 tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Mejju 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. Bersani

    [1] ĠU C 141, tat-13.5.1996.

    --------------------------------------------------

    Top