This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996D0079
96/79/EC: Commission Decision of 12 January 1996 laying down the zootechnical certificates of semen, ova and embryos from registered equidae (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 1996 li tistabilixxi ċ-ċertifikati żootekniċi tas-semen, ta’ l-ova u ta’ l-embriji mill-ekwidi rreġistratiTest b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 1996 li tistabilixxi ċ-ċertifikati żootekniċi tas-semen, ta’ l-ova u ta’ l-embriji mill-ekwidi rreġistratiTest b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 19, 25.1.1996, p. 41–49
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Imħassar b' 32020R0602
Official Journal L 019 , 25/01/1996 P. 0041 - 0049
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 1996 li tistabilixxi ċ-ċertifikati żootekniċi tas-semen, ta’ l-ova u ta’ l-embriji mill-ekwidi rreġistrati (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (96/79/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’ ekwidi [1], b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha, Billi għandhom jidhru dettallji speċifiċi fiċ-ċertifikat żootekniku sabiex tiġi stabbilita l-oriġini u l-identifikazzjoni ta’ l-annimal li minnu ġejjin is-semen, l-ova jew l-embriji; Billi ċ-ċertifikat innifsu jista’ jiġi evitat sakemm id-dettallji msemmija f’din id-Deċiżjoni huma diġà preżenti fid-dokumentazzjoni ta’ referenza li tirreferi għas-semen, għall-ova jew għall-embriji; Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat Permanenti dwar iż-Żootekniċi, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-dettallji li ġejjin għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat għal semen ta’ l-ekwidi rreġistrati: 1. Data dwar iż-żiemel donatur: - il-korp tal-ħruġ, - l-isem u l-indirizz tal-ktieb ġenealoġiku ta’ oriġini, - ir-razza, - in-numru oriġinali ta’ iskrizzjoni fil-ktieb ġenaloġiku (meta disponibbli), - l-isem ta’ l-annimal, - id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat, - is-sistema ta’ identifikazzjoni (eż. microchip, tpinġija, timbru, stampa), - l-identifikazzjoni, - l-informazzjoni jekk it-tip tad-demm jew test li jagħti garanzija xjentifika ekwivalenti għall-verifika tar-razza jkunu twettqu, - id-data tat-twelid, - l-isem u l-indirizz tas-sid, - l-isem u n-numri tal-ktieb ġenaloġiku tal-ġenituri u tal-missier ta’ l-omm kif ukoll l-isem tal-kotba ġenealoġiċi, - ir-riżultati tat-testijiet ta’ atteġġament u ta’ l-istimi tal-valur ġenetiku (mhux obbligatorju). 2. Data dwar is-semen: - identifikazzjoni, - in-numru ta’ dożi, - id-data tal-ġbir, - l-isem u l-indirizz taċ-ċentru(i) tal-ġbir tas-semen inkluż in-numru tar-reġistrazzjoni, - l-isem u l-indirizz tad-destinatarju. Artikolu 2 Id-dettallji previsti fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu indikati: 1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-mudell fl-Anness I; 2. fid-dokumentazzjoni li takkumpanja s- semen ta’ l-ekwini. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċertifikaw li d-dettallji stabbiliti fl-Artikolu 1 huma indikati f’dawk id-dokumenti, permezz tal-formula li ġejja: "Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu d-dettallji msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE." Artikolu 3 Id-dettallji li ġejjin għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat ta’ l-ova ta’ ekwidi rreġistrati: 1. Data li tikkonċerna d-debba donatur: - d-data kollha speċifikata fl-Artikolu 1, Nru 1. 2. Data dwar l-ova: - identifikazzjoni, - id-data tal-ġbir, - l-isem u l-indirizz tal-grupp(i) tal-ġbir ta’ l-ova inkluż in-numru tar-reġistrazzjoni, - l-isem u l-indirizz tad-destinatarju. Jekk ikun hemm aktar minn ovum waħda f’tibna singola, dan għandu jiġi dikjarat fiċ-ċar u barra minn hekk l-ova kollha għandu jkollha l-istess omm. Artikolu 4 Id-dettallji previsti fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu ndikati: 1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-mudell fl-Anness II; 2. fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-ova ta’ l-ekwini. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċertifikaw li d-dettallji stabbiliti fl-Artikolu 3 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formola li ġejja: "Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu d-dettallji msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE." Artikolu 5 Id-dettallji li ġejjin għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat ta’ l-embriji ta’ l-ekwidi rreġistrati: 1. Data dwar iż-żiemel donatur u d-debba donatur: - id-data kollha speċifikata fl-Artikolu 1, Nru 1. 2. Data dwar l-embriji: - identifikazzjoni, - id-data tal-ġbir, - id-data ta’ l-inseminazzjoni jew ta’ l-akkoppjament, - l-isem u l-indirizz tal-grupp(i) tal-ġbir ta’ l-embriji nkluż in-numru tar-reġistrazzjoni, - l-isem u l-indirizz tad-destinatarju. Jekk hemm aktar minn embriju wieħed f’tibna singola, dan għandu jiġi dikjarat fiċ-ċar u barra minn hekk l-embriji kollha għandu jkollhom l-istess parentela. Artikolu 6 Id-dettallji previsti fl-Artikolu 5 jistgħu jiġu indikati: 1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-mudell fl-Anness III; 2. fid-dokumentazzjoni li jakkumpanja l-embriju(i) ta’ l-ekwini. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċertifikaw li d-dettallji stabbiliti fl-Artikolu 5 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formula li ġejja: "Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu d-dettallji msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE." Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ Jannar 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55. -------------------------------------------------- L-ANNESS I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS III +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------