EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R2810

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2810/95 tal-5 ta' Diċembru 1995 fuq il-klassifikazzjoni fit-tariffa ta' karkassi tal-majjal u ta' nofs-karkassi u li jemenda Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u nomenklatura statistika u fuq it- Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 291, 6.12.1995, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2810/oj

31995R2810



Official Journal L 291 , 06/12/1995 P. 0024 - 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2810/95

tal-5 ta' Diċembru 1995

fuq il-klassifikazzjoni fit-tariffa ta' karkassi tal-majjal u ta' nofs-karkassi u li jemenda Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u nomenklatura statistika u fuq it- Tariffa Doganali Komuni

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir- REGOLAMENT tal-KUNSILL(KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 fuq [1] l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-majjal, kif emendat l-aħħar mir-Regulation (KE) Nru 3290/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi ġie notat li l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal jew nofs karkassi tippreżenta problemi li jirriżultaw mill-fatt li l-mod kif in-nofs karkassi jinqasmu mill-majjal sħiħ kif definit fit-tariffa u n-nomenklatura statistika stabbilita mir-REGOLAMENT tal-KUNSILL(KEE) Nru) Nru 2658/87 [3], kif emendat l-aħħar mir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2588/95 [4], ma tikkorrispondix eżattament għall-prattiċi tekniċi u kummerċjali; billi din id-definizzjoni trid tiġi rranġata biex b'hekk id-dazji fit-Tariffa Komuni tad-Dwana jiġu applikati l-istess fis-settur tal-majjal;

Billi l-Artikolu 9 tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 2759/75 jgħid li l-iskala ta' dazju tat-Tariffi Komuni tad-Dwana għandhom japplikaw għal prodotti soġġetti għall-organiżżazzjoni komuni tas-suq tal-majjal;

Billi, in-segwitu ta' l-Artikolu 15(1) tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 2759/75, in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament hija inkorporata fit-Tariffa Komuni ta' Dwana; għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq;

Billi il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Majjal;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta'l-applikazzjoni tad-dazju tad-dwana fis-settur tal-majjal, dan li ġej għandu jkollu t-tifsira kif tinsab hawn taħt:

"karkassi, jew nofs karkassi" għall-iskop tas-subintestaturi 02031110 and 02032110:ħnieżer maqtula fil-forma ta' karkassi domestiċi li ġew imneħħija minnhom id-demm u l-interjuri. Nofs karkassi huma miksuba minn karkassi sħaħ li jiġu maqsuma minn kull vertebra dorsal, lumbar u sacral, minn jew matul l-isternum u minn l-ischio-pubic symphysis. Dawn il-karkassi u nofs karkassi jistgħu jkunu bi jew mingħajr ras, saqajn, xaħam, kliewi, denb u dijaframma. Nofs karkassi jistgħu jkunu bi jew mingħajr l-ispina dorsali, moħħ jew ilsien. Karkassi u nofs karkassi ta' ħnieżer nisa jistgħu jkunu bi jew mingħajr bżieżel (glandoli mammarji).

Artikolu 2

"2. A. Il-kumplament ta' dawn l-espressjonijiet għandhom it-tifsira kif ser ngħidu:

(a) "karkassi u nofs karkassi", għall-iskop tas-subintestaturi 02031110 and 02032110; ħnieżer maqtula f'forma ta' karkassi domestiċi li miknnhom ikun tneħħa d-demm u l-interjuri kif ukoll is-suf u d-dwiefer. Nofs karkassi huma miksuba minn karkassi sħaħ li jiġu maqsuma minn kullvertebra dorsal, lumbar u sacral, minn jew matul l-isternum u minn l-ischio-pubic symphysis. Dawn il-karkassi u nofs karkassi jistgħu jkunu bi jew mingħajr ras, saqajn, xaħam, kliewi, denb u dijaframma. Nofs karkassi jistgħu jkunu bi jew mingħajr l-ispina dorsali, moħħ jew ilsien. Karkassi u nofs-karkassi ta' ħnieżer nisa jistgħu jkunu bi jew mingħajr bżieżel (glandoli mammarji)."

Artikolu 3

Dan ir-regolament għandhu jidħol fis-seħħ fl-1 Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-5 Diċembru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[3] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[4] ĠU L 264, tas-7.11.1995, p. 4.

--------------------------------------------------

Top