Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1627

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/95 tal− 5 ta' Lulju 1995 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 li twaqqaf fl-ambitu ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi li ma jkunux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra jew minn regoli Komunitarji speċifiċi oħra dwar l-importazzjoni, minn liċenzja Komunitarja ta'l-importazzjoni, u li jemenda ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament

    ĠU L 155, 6.7.1995, p. 8–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1627/oj

    31995R1627



    Official Journal L 155 , 06/07/1995 P. 0008 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/95

    tal− 5 ta' Lulju 1995

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 li twaqqaf fl-ambitu ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi li ma jkunux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra jew minn regoli Komunitarji speċifiċi oħra dwar l-importazzjoni, minn liċenzja Komunitarja ta'l-importazzjoni, u li jemenda ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 Marzu ta'1994 fuq regoli komuni għall-importazzjoni ta' tessuti minn pajjiżi mhumiex membri mhux koperti bi ftehim bilaterali, Protokolli jew arranġamenti oħra jew minn regoli speċifiċi tal-Komunità [1] kif emendati permezz tar-Regolament (KE) Nru 1325/95 [2], u b'mod partikulari Artikolu 21 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 [3] fih ċerti żbalji fil-formulazzjoni tiegħu, meta wieħed iqis Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 li fuqu dan ir-Regolament huwa bbażat, huwa għalhekk xieraq li wieħed jirranġa s-sitwazzjoni billi jemenda r-Regolament (KE) Nru 3168/94 b'effett retroattiv sad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament eżistenti (KE) Nru3168/94;

    Billi l-modifikazzjonijiet ipprovduti f' dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 qed jiġi emendat kif ġej:

    1. Fit-titolu l-kliem "u li jemenda ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament" għandhom jitneħħew;

    2. fit-tieni paragrafu tal-preambolu il-frażi "u biex jemenda jew iwettaq ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 517/94" għandha titneħħa;

    3. f'Artikolu 1, il-kliem "Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 qiegħed b'hekk jiġi emendat kif ġej" għandu jiġi mibdul bil-kliem "Biex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 517/94 l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni u l-estratti għandhom jinħarġu skond il-kundizzjonijiet u jkunu konformi mal-kampjun kif jidher fl-Anness";

    4. f'Artikolu 1 il-kliem "1. is-subparagrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 18(1)" għandu jiġu kanċellati;

    5. f'Artikolu 1(2) u (3) għandhom jiġu kanċellati;

    6. f'Anness il-kelmiet "Anness VIII" jiġu kanċellati;

    7. fl-Anness, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    "5. Malli joħorġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni jew estratti għandhom jingħataw numru tal-ħruġ li għandu jiġi stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. In-numru tal-licenzja tal-importazzjoni għandu jkun nnotifikat lill-Kummissjoni b'mod elettroniku fis-sistema integrata strabbilita taħt Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 517/94."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u għandu jibda jgħodd mill-24 Diċembru 1994.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Lulju 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Leon Brittan

    Vici President

    [1] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 1.

    [2] ĠU L 128, tat-13.6.1995, p. 1.

    [3] ĠU L 335, tat-23.12.1994, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top