Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1518

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 tad-29 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 1418/76 u (KEE) Nru 1766/92 rigward is-sistema ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni ta’prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabbilixxi regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross

ĠU L 147, 30.6.1995, pp. 55–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/06/2009; Imħassar b' 32009R0389

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1518/oj

31995R1518



Official Journal L 147 , 30/06/1995 P. 0055 - 0059


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95

tad-29 ta’ Ġunju 1995

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 1418/76 u (KEE) Nru 1766/92 rigward is-sistema ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni ta’prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabbilixxi regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċereali [1], kif emendat l-aħħar bl-Att ta’Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja u bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikolari bl-Artikoli 10(4), 11 (4) u 13 (11) u 16 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [3], kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja u bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 , u b’mod partikolari bl-Artikoli 12(4), 13 (4) u 14 (16) u 17 (11) tiegħu,

Billi l-implementazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikultura milħuq bħala parti mid-Dikjarazzjoni ta’ l-Urugwaj tinvolvi emendi kbar fis-sistema ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u billi, għaldaqstant, jeħtieġ jkun hemm regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ dazji fuq l-importazzjoni u rifużjonijiet applikabbli fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fi prodotti proċessati miċ-ċereali u r-ross, eskluż l-ikel ta’ l-annimali kompost, li għalih ġew stabbiliti regoli speċjali;

Billi l-iskop tar-rifużjoni għandu jkun biex ikopri d-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti fil-Komunitá u dawk tas-suq dinji; billi, għaldaqdstant, irid ikun hemm kriterji sabiex tiġi stabbilita r-rifużjoni esssenzjalment b’referenza għall-prezzijiet fuq il-prodotti bażi ġewwa l-Komunità kif ukoll barra, u għall-ħwienet u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ ta’ prodotti pproċessati fuq is-suq dinji;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1620/93 [4] għandu jiġi mħassar fl-1 ta’ Lulju 1995 u billi, minħabba f’hekk, dan ir-Regolament għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet tiegħu, waqt li jaġġustahom għall-kondizzjonijiet tas-suq kurrenti u għall-implementazzjoni tal-ftehim konkluż bħala parti min-negozjati ta’ kummerċ multilaterali tad-Dikjarazzjoni ta’ l-Urugwaj;

Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament "prodotti proċessati" tfisser il-prodotti jew gruppi ta’ prodotti elenkati:

(a) fl-Anness A tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, ħlief il-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex2309;

(b) fl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76.

2. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament "prodotti bażi" tfisser iċ-ċereali elenkati fl-Artikolu 1(a) u (b) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u ross imkisser.

IT-TITOLU I

Rifużjonijiet

Artikolu 2

1. Ir-rifużjoni li tista’ tingħata għal prodotti proċessati trid tiġi stabbilita b’referenza partikolari għal:

(a) iċ-ċaqliq tal-prezzijiet għall-prodotti bażi fil-Komunitá, imqabbla mal-prezzijiet fuq is-suq dinji;

(b) il-kwantitajiet ta’ prodotti bażi meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott involut u, fejn applikabbli, kemm jistgħu jinbidlu wieħed għall-ieħor;

(ċ) il-kumulazzjoni possibbli ta’ rifużjonijiet applikabbli għad-diversi prodotti miksuba minn proċess wieħed biss u mill-istess prodott bażiku;

(d) ħwienet u kundizzjonijiet għall-bejgħ ta’ prodotti pproċessati fuq is-suq dinji.

2. Il-rifużjonijiet jridu jiġu stabbiliti għall-anqas darba fix-xahar.

Artikolu 3

1. Ir-rifużjoni trid tiġi aġġustata b’mod konformi ma’ l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 [5]. L-aġġustament għandu jsir billi wieħed iżid jew inaqqas ir-rifużjoni bl-ammont li jirriżulta minn kull wieħed mill-aġġustamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95, għal kull tunnellata ta’ prodott bażiku, immultiplikat bil-koeffiċjent elenkat fil-kolonna 4 ta’ l-Anness I mal-prodott involut.

2. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 13(8) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, l-ammont żero m’għandux jitqies bħala rifużjoni, u għaldaqstant l-aġġustament imsemmi ma jridx jitqies bħala rifużjoni, u minħabba dan, l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 m’għandux japplika.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, kuljum qabel it-15.00 (ħin ta’ Brussel), dwar l-ammonti li għalihom saru applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-esportazzjoni.

2. Fil-każ ta’ prodotti pproċessati minn ċereali u ross mhux imsemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1162/95, l-Istati Membri jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni, sa’ nhar t’Erbgħa ta’ kull ġimgħa fir-rigward tal-ġimgħa ta’ qabel u għal kull kodiċi ta’ prodott kif deskritt fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 [6], dwar l-ammonti li għalihom inħarġu liċenzji, imqassmin fi prodotti esportati b’rifużjoni u prodotti esportati mingħajr rifużjoni.

IT-TITOLU II

Klawsola ta’ nuqqasDispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 5

1. Meta, għal prodott wieħed jew aktar, jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76, il-miżuri li ġejjin jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni:

(a) applikazzjoni ta’ taxxa fuq l-esportazzjoni. Din it-taxxa għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni darba fil-ġimgħa. Tista’ tinbidel skond id-destinazzjoni;

(b) sospensjoni totali jew parzjali tal-ħruġ ta’ liċenzji fuq l-esportazzjoni;

(ċ) ċaħda totali jew parzjali ta’ applikazzjonijiet pendenti għal liċenzja ta’ l-esportazzjoni.

2. It-taxxa fuq l-esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a) għandha tkun dik applikabbli fil-jum meta jitlestew il-formalitajiet doganali.

Madanakollu, fuq talba ta’ l-applikant, preżentata fl-istess ħin ma’ l-applikazzjoni għall-liċenzja, it-taxxa fuq l-esportazzjoni applikabbli fil-jum tal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għall-liċenzja għandha tapplika għall-operazzjoni ta’ l-esportazzjoni mwettqa fiż-żmien tal-validitá tal-liċenzja.

3. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar id-deċiżjoni tagħha u għandha tippubblikaha.

Artikolu 6

Il-metodi użati għall-evalwazzjoni tal-kontenut ta’ l-irmied, il-kontenut tax-xaħam, il-kontenut tal-lamtu, il-proċess ta’ żnaturazzjoni, u kull metodu ieħor ta’ analiżi għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-sistema ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni, iridu jiġu stabbilti, jekk meħtieġ, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u l-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76.

Artikolu 7

Fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1162/95, il-kodiċi NM 11042299 għandha tiddaħħal wara l-kodiċi NM11042150.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KEE) Nru 1620/93 huwa mħassar mill-1 ta’ Lulju 1995. Madanakollu, għandu jibqa’applikkabbli għall-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 1995.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitàjiet Ewropej.

Għandu japplika għall-liċenzji maħruġa mill-1 ta’ Lulju 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Ġunju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU No L 181, ta’ l-1.7.1992, p.21.

[2] ĠU No L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[3] ĠU No L 166, tal-25.6.1976, p.1.

[4] ĠU No L 155, tas-26.6.1993, p. 29.

[5] ĠU No L 117, ta’ l-24.5.1995, p.2.

[6] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p.1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

NM/kodiċi Kodiċi tal-prodott | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Prodott bażiku | Koeffiċjent |

1 | 2 | 3 | 4 |

1102 | Dqiq taċ-ċereali minbarra tal-qamħ jew tal-meżlin: | | |

1102 20 10200 | Dqiq tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' mhux aktar minn 1,3 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,8 % skond il-piż | Qamħirrum | 1,40 |

1102 20 10400 | Dqiq tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 1,3 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż | Qamħirrum | 1,20 |

1102 20 90200 | Dqiq tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 1,5 % imam mhux aktar minn 1,7 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż | Qamħirrum | 1,20 |

1102 90 10100 | Oħrajn, dqiq tal-barli, b'kontenut ta' rmied, imsejjaħ materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż | Barli | 1,50 |

1102 90 10900 | Oħrajn, dqiq tal-barli, oħrajn | Barli | 1,2 |

1102 90 30100 | Oħrajn, dqiq tal-ħafur, b'kontenut ta' rmied, imsejjaħ materja niexfa, ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż, b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1,8 % skond il-piż, b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 11 % u li l-peroxidase tiegħu huwa kważi għal kollox diżattivat | Ħafur | 1,80 |

1103 | Barli u xgħir mitħun oħxon u pritkuni | | |

1103 12 00100 | Barli u xgħir mitħun oħxon, tal-ħafur, b'kontenut ta' rmied, imsejjaħ materja niexfa, ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż, b'kontenut ta' tegument ta' mhux aktar minn 0,1 %, b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 11 % u li li l-peroxidase tiegħu huwa kważi għal kollox diżattivat | Ħafur | 1,80 |

1103 13 10100 | Barli u xgħir mitħun oħxon, tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 0,9 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,6 % skond il-piż | Qamħirrum | 1,80 |

1103 13 10300 | Barli u xgħir mitħun oħxon, tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 0,9 % imma mhux aktar minn 1,3 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,8 % skond il-piż | Qamħirrum | 1,40 |

1103 13 10500 | Barli u xgħir mitħun oħxon, tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 1,3 % imma mhux aktar minn 1,5 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż | Qamħirrum | 1,20 |

1103 13 90100 | Barli u xgħir mitħun oħxon, tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 1,5 % imma mhux aktar minn 1,7 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż | Qamħirrum | 1,20 |

1103 19 10000 | Barli u xgħir mitħun oħxon, tas-segala | Segala | 1,00 |

1103 19 30100 | Barli u xgħir mitħun oħxon, tal-barli, b'kontenut ta' rimed, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux proċessata, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż | Barli | 1,55 |

1103 21 00000 | Pritkuni, tal-qamħ | Qamħ | 1,02 |

1103 29 20000 | Pritkuni, tal-barli | Barli | 1,02 |

1104 | Il-frott taċ-ċereali maħdum mod ieħor (per eżempju mfesdaq, imrebbel, imfarrak, imfarrak f'biċċiet kbar tondi, imqat ta' jew mitħun bċejjeċ bċejjeċ ħoxnin), minbarra ross ta' l-intestatura Nru 1006; raħs taċ-ċereali, sħaħ, irrumblati, imfarrkin jew mitħunin: | | |

1104 11 90100 | Frott taċ-ċereali rrumblati jew imfarrkin, tal-barli, imfarrkin, b'kontenut ta' rmied, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % | Barli | 1,50 |

1104 12 90100 | Frott taċ-ċereali irrumblati jew imfarrka, tal-ħafur, imfarrka, b'kontenut ta' rmied, imsejħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż, b'kontenut ta' tegument ta' mhux aktar minn 0,1 %, b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 12 % u li l-peroxidase tiegħu huwa kważi għal kollox diżattivat | Ħafur | 2,00 |

1104 12 90300 | Frott taċ-ċereali irrumblati jew imfarrka, tal-ħafur, imfarrka, b'kontenut ta' rmied, imsejħa materja niexfa ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż, b'kontenut ta' tegument ta' aktar minn 0,1 % imma mhux aktar minn 1,5 % b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 12 % u li l-peroxidase tiegħu huwa kważi għal kollox diżattivat | Ħafur | 1,60 |

1104 19 10000 | Frott taċ-ċereali irrumblati jew imfarrka, tal-qamħ | Qamħ | 1,02 |

1104 19 50110 | Frott taċ-ċereali irrumblati jew imfarrka, tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam, imsejjħa materja niexfa ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,8 % skond il-piż | Qamħirrum | 1,60 |

1104 19 50130 | Frott taċ-ċereali irrumblati jew imfarrka, tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam, imsejjħa materja niexfa ta' aktar minn 0,9 % imam mhux aktar minn 1,3 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,8 % skond il-piż | Qamħirrum | 1,30 |

1104 21 10100 | Frott taċ-ċereali, tal-barli, imfesdaq jew imqaxxar, b'kontenut ta' rmied, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż | Barli | 1,50 |

1104 21 30100 | Frott taċ-ċereali, tal-barli, imfesdaq u mqat ta' jew mitħun bċejjeċ bċejjeċ ħoxnin (Grütze jew grutten), b'kontenut ta' rmied, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż | Barli | 1,50 |

1104 21 50100 | Frott taċ-ċereali, tal-barli, imfarrak f'biċċiet tondi, b'kontenut ta' rmied, imsejjħa l-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż (mingħajr terra) — l-ewwel kategorija | Barli | 2,00 |

1104 21 50300 | f'biċċiet tondi, b'kontenut ta' rmied, imsejjħa l-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż (mingħajr terra) — it-tieni kategorija | Barli | 1,60 |

1104 22 10100 | Frott taċ-ċereali, tal-ħafur, imfesdaq jew imqaxxar, b'kontenut ta' rmied, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż, b'kontenut ta' tegument ta' mhux aktar minn 0,5 %, b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 11 % u li l-peroxidase tiegħu huma kważi għal kollox diżattivat | Ħafur | 1,60 |

1104 22 30100 | Frott taċ-ċereali, tal-ħafur, imfesdaq u mqat ta' jew mitħun bċejjeċ bċejjeċ ħoxnin (Grütze jew grutten), b'kontenut ta' rmied, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż, b'kontenut ta' tegument ta' mhux aktar minn 0,1 %, b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 11 % u li l-peroxidase tiegħu huma kważi għal kollox diżattivat | Ħafur | 1,70 |

1104 22 99100 | Ħafur imqassqas | Ħafur | 1,02 |

1104 23 10100 | Frott taċ-ċereali, tal-qamħirrum, imfesdaq jew imqaxxar, kemm jekk imqat ta' jew mitħun bċejjeċ bċejjeċ ħoxnin u kemm jekk le, b'kontenut ta' xaħam, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż, b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,6 % skond il-piż (Grütze jew grutten) | Qamħirrum | 1,50 |

1104 23 10300 | Frott taċ-ċereali, tal-qamħirrum, imfesdaq jew imqaxxar, kemm jekk imqat ta' jew mitħun bċejjeċ bċejjeċ ħoxnin u kemm jekk le, b'kontenut ta' xaħam, imsejjħa materja niexfa, ta' aktar minn 0,9 % imam mhux aktar minn 1,3 % skond il-piż, b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, imsejjħa materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,8 % skond il-piż (Grütze jew grutten) | Qamħirrum | 1,15 |

1104 29 11000 | Frott taċ-ċereali, tal-qamħ, imfesdaq jew imqaxxar, mhux imqat ta' jew mitħun bċejjeċ bċejjeċ ħoxnin | Qamħ | 1,02 |

1104 29 51000 | Frott taċ-ċereali, tal-qamħ, imfesdaq jew imqaxxar, imqat ta' jew mitħun bċejjeċ bċejjeċ ħoxnin biss u mhux proċessati b'ebda mod ieħor | Qamħ | 1,00 |

1104 29 55000 | Frott taċ-ċereali, tas-segala, imfesdaq jew imqaxxar, imqat'ta jew mitħun bċejjeċ bċejjeċ ħoxnin biss u mhux proċessati b'ebda mod ieħor | Qamħ | 1,00 |

1104 30 10000 | Raħs, tal-qamħ, sħaħ, irrumblati, imfarrkin jew mitħuna | Qamħ | 0,25 |

1104 30 90000 | Raħs, taċ-ċereali, oħrajn, sħaħ, irrumblati, imfarrkin jew mitħuna | Qamħirrum | 0,25 |

1107 | Xgħir, kemm jekk mixwi u kemm jekk le: | | |

1107 10 11000 | Mhux mixwi, tal-qamħ, fil-forma ta' dqiq | Qamħ | 1,78 |

1107 10 91000 | Mhux mixwi, oħrajn, fil-forma ta' dqiq | Barli | 1,78 |

1108 | Lamtu; inulina | | |

1108 11 00200 | Lamtu tal-qamħ, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 % | Qamħ | 2,00 |

1108 11 00300 | Lamtu tal-qamħ, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 84 % iżda inqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 % | Qamħ | 2,00 |

1108 12 00200 | Lamtu tal-qamħirrum, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 % | Qamħirrum | 1,60 |

1108 12 00300 | Lamtu tal-qamħirrum, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 84 % iżda inqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 % | Qamħirrum | 1,60 |

1108 13 00200 | Lamtu tal-patata, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 80 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 % | Qamħirrum | 1,60 |

1108 13 00300 | Lamtu tal-patata, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 77 % iżda inqas minn 80 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 % | Qamħirrum | 1,60 |

1108 19 10200 | Lamtu tar-ross, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 % | Ross | 1,52 |

1108 19 10300 | Lamtu tar-ross, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 84 % iżda inqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 % | Ross | 1,52 |

1702 | Zokkor ieħor, inklużi l-lattożju, il-maltożju, il-glukożju u l-fruttożju, f'forma solida u kemikament puri; ġuleppi taz-zokkor mingħajr ż-żjieda ta' xi essenza jew sustanza li tagħti lewn; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma' l-għasel naturali u kemm jekk le; karamella | | |

1702 30 51000 | Glukożju u ġulepp tal-glukożju, mingħajr fruttożju jew li fih fl-istat xott inqas minn 20 % fruttożju skond il-piż, li fih fl-istat xott 99 % jew aktar glukożju skond il-piż, fil-forma ta' trab abjad kristallin, kemm jekk ikun agglomerat u kemm jekk le | Qamħirrum | 2,09 |

1702 30 59000 | Glukożju u ġulepp tal-glukożju, mingħajr fruttożju jew li fih fl-istat xott inqas minn 20 % fruttożju skond il-piż, li fih fl-istat xott 99 % jew aktar glukożju jew oħrajn skond il-piż | Qamħirrum | 1,60 |

1702 30 91000 | Glukożju u ġulepp tal-glukożju, mingħajr fruttożju jew li fih fl-istat xott inqas minn 20 % fruttożju jew oħrajn skond il-piż, li fih fl-istat xott 99 % jew aktar glukożju skond il-piż | Qamħirrum | 2,09 |

1702 30 99000 | Glukożju u ġulepp tal-glukożju, mingħajr fruttożju jew li fih fl-istat xott inqas minn 20 % fruttożju jew oħrajn skond il-piż | Qamħirrum | 1,60 |

1702 40 90000 | Glukożju u ġulepp tal-glukożju, li fih fl-istat xott ta' mill-inqas minn 20 % iżda mhux aktar minn 50 % fruttożju jew oħrajn skond il-piż | Qamħirrum | 1,60 |

1702 90 50100 | Maltodestrina, fil-forma ta' trab abjad kristallin, kemm jekk agglomerat u kemm jekk le | Qamħirrum | 2,09 |

1702 90 50900 | Maltodestrina u ġulepp tal-maltodestrina, oħrajn | Qamħirrum | 1,60 |

1702 90 75000 | Karamella, fil-forma ta' trab, kemm jekk agglomerat u kemm jekk le | Qamħirrum | 2,19 |

1702 90 79000 | Karamella, oħrajn | Qamħirrum | 1,52 |

2106 90 55000 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor, ġuleppi taz-zokkor bl-essenza jew bil-kulur, ġulepp tal-glukożju u ġulepp tal-maltodestrina | Qamħirrum | 1,60 |

--------------------------------------------------

Top