Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1318

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1318/95 tad-9 ta’ Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2883/94 li jistabbilixxi bilanċ imbassar għall-provvista lill-Gżejjer Kanarji tal-prodotti agrikoli koperti bil-miżuri speċifiċi provvduti fl-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92

    ĠU L 127, 10.6.1995, p. 5–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1318/oj

    31995R1318



    Official Journal L 127 , 10/06/1995 P. 0005 - 0007


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1318/95

    tad-9 ta’ Ġunju 1995

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2883/94 li jistabbilixxi bilanċ imbassar għall-provvista lill-Gżejjer Kanarji tal-prodotti agrikoli koperti bil-miżuri speċifiċi provvduti fl-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 li jirrigwarda miżuri speċjali għall-Gżejjer Kanarji rigward ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u r-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/94 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2883/94 [4], jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ ċerti prodotti agrikoli lill-Gżejjer Kanarji;

    Billi r-Regolament (KE) Nru 2883/94, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1113/95 [5], li jistabbilixxi l-bilanċ tal-provvista għall-prodotti tal-ħalib lill-Gżejjer Kanarji; billi dan il-bilanċ jista’ jiġi rivedut fejn jinħtieġ, permezz ta’ aġġustament matul is-sena għall-kwantitajiet, ġewwa t-total stabbilit, fuq il-bażi tal-ħtiġijiet reġjonali; billi sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet tal-prodotti tal-ħalib tal-Gżejjer Kanarji, b’mod partikolari l-ġobon, il-laħam taċ-ċanga, il-laħam tal-vitella u l-laħam tal-majjal (majjal, perżut u bacon), il-kwantitajiet stabbiliti fil-bilanċi mbassra tal-provvista għal dawn il-prodotti iridu jiġu aġġustati; billi l-Annessi korrispondenti mar-Regolament (KE) Nru 2883/94 iridu għalhekk jiġu emendati;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjonijiet tal-Kumitat ta’ Ġestjoni interessat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I, II u IV mar-Regolament (KE) Nru 2883/94 huma hawnhekk mibdula bl-Anness li ġej.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Ġunju 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

    [2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

    [3] ĠU L 296, tas-17.11.1994, p. 23.

    [4] ĠU L 304, tad-29.11.1994, p. 18.

    [5] ĠU L 111, tat-18.5.1995, p. 13.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "IL-BILANĊI MBASSRA TAL-PROVVISTA

    IL-BILANĊ TAL-PROVVISTA GĦALL-GŻEJJER KANARJI GĦALL-PERJODU TAŻ-ŻMIEN MILL-1 TA' LULJU I994 [1] SAT-30 TA' ĠUNJU 1995

    L-ANNESS I

    Il-bhejjem ħajjin ta' l-ispeċi bovina u l-laħam taċ-ċanga

    Il-Kodiċi tan-NM | Id-Denominazzjoni ta' l-Oġġetti | In-Numru [4] jewil-kwantità (f'tunnellati metriċi) |

    01021000 | Bhejjem tal-fart tar-razza tat-tagħmir [2] | 4300 [4] |

    ex010290 | Bhejjem tal-fart għas-simna | 8000 [4] |

    0201 | Il-laħam ta' l-ifrat, frisk jew imkessaħ | 11500 |

    0202 | Il-laħam ta' l-ifrat, iffriżat | 29000 |

    160220 | Laħam ieħor imħejji jew ippriservat, il- ġewwieni jew id-demm tal-bhejjem ta' l- ifrat | 2500 |

    L-ANNESS II

    L-annimali ħajjin ta' l-ispeċi porċina u laħam tal-majjal

    Il-Kodiċi tan-NM | Id-Denominazzjoni ta' l-Oġġetti | In-Numru jew [4]il-kwantità metriċi) (f'tunnellati |

    01031000 | Ħnieżer tar-razza tat-tgħammir [2] | |

    | —bhejjem irġiel | 160 [4] |

    | —bhejjem nisa | 3000 [4] |

    ex0203 | Il-laħam ta' ħnieżer domestikati ,frisk jew imkessaħ | -- |

    ex0203 | Il-laħam ta' ħnieżer domestikati iffriżat, | 19000 [3] |

    160100 | Iz-zalzett u prodotti simili mill-laħam, il-ġewwieni jew id-demm; tħejjijiet imsejsa fuq dawn, prodotti | 12000 |

    16022090 | Laħam ieħor imħejji jew ippriservat tal-fwied ta' kull annimal ieħor għajr il-wiżż u l-papri | 600 |

    | Laħam ieħor imħejji jew ippriservat jew laħam tal-ġewwieni jew demm tal-ħnieżer domestiċi | |

    16024110 | Il-Perżut u qatgħat minnu | 4000 |

    16024210 | L-Ispalla u qatg]at minnha | 3000 |

    160249 | Oħrajn, inklużi t-taħlit | 4000 |

    L-ANNESS IV

    Il-Prodotti mill-Ħalib

    | | (F'tunnellati metriċi) |

    Il-Kodiċi tan-NM | Id-Denominazzjoni ta' l-Oġġeti | Il-Kwantità |

    0401 | Il-Ħalib u l-krema, la magħquda u lanqasma fihom zokkor miżjud jew marerjal ieħor li jagħti l-ħlewwa | 90000 [5] |

    0402 | Il-Ħalib u l-krema, magħquda jew fihom iz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħtil-ħlewwa | 25000 [6] |

    040500 | Il-Butir u xaħmijiet u żjut oħra dderivati mill-ħalib | 3500 |

    0405 | L-Iġbna | 13500 |

    040630 | |

    04069023 | |

    04069025 | |

    04069027 | |

    04069078 | |

    04069079 | |

    04069081 | |

    04069086 | |

    04069087 | | 1500 |

    04069088 | |

    19019099 | It-Tħejjijiet imsejsa fuq il-ħalib mingħajr xaħam | 7000 [7] |

    21069092 | It-Tħejjijiet imsejsa fuq il-ħalib għat-tfal li ma jkunx fihom grassijiet tal-ħalib | 200" |

    [1] Mill-1 ta' Novembru 1994 fil-każ tal-prodotti li jidħlu taħt l-intestatura tat-tariffa

    [2] "Id-dħul taħt din l-intestatura huwa bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti Komunitarji

    [3] "Li minnhom "5000" tunnellata metrika huma għas-settur tal-proċessar u/jew il-pakkjar

    [4] "Mill-1 ta’ Novembru 1994 fil-każ tal-prodotti li jidħlu taħt l-intestatura tat-tariffa

    --------------------------------------------------

    Top