Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1201

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1201/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU L 119, 30.5.1995, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1201/oj

    31995R1201



    Official Journal L 119 , 30/05/1995 P. 0009 - 0010


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1201/95

    tad-29 ta' Mejju 1995

    li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91

    dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1975 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2381/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93 tal-25 ta' Jannar 1993 li jfisser il-kontenut ta' l-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 fuq produzzjoni organika u indikazzjonijiet li jirreferu għal prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel u li jsemmi regoli dettaljati għall-implimetazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(4) għal dan [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Billi ċerti Stati Membri nnotifikaw lil Stati Membri oħra u l-Kummissjoni li awtorizzazjonijiet ġew mgħotija għall-użu ta' ċerti ingredjenti ta' oriġini agrikola mhux inkluża f'Sezzjoni Ċ ta' l-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91; billi għal ċerti minn dawn il-prodotti notifikati deher li produzzjoni biżżejjed ma kinitx qed issir fil-Komunità; billi għalhekk dawn il-prodotti għandhom jiġu introdotti f'Sezzjoni Ċ ta' l-Anness VI;

    Billi deher li hemm produzzjoni importanti fil-Komunità fil-kuntest tat-tkabbir organiku taċ-ċikwejra, ħall minn xorb varju ffermentat kif ukoll ta' numru kbir ta' ħwawar u ħxejjex; billi għalhekk iċ-ċikwejra, il-ħall, il-ħwawar u l-ħxejjex għandhom jitneħħew mis-Sezzjoni Ċ ta' l-Anness VI;

    Billi elenku pożittiv tal-ħwawar u ħxejjex prinċipali li m'humiex disponibbli minn produzzjoni organika fi kwantitajiet suffiċjenti fil-Komunità Ewropea għandu jkun żviluppat kemm jista’ jkun malajr; billi sakemm dan l-elenku jiġi adottat, il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 207/93 tista’ tiġi adottata taħt il-kundizzjonijiet maħsuba f'dak l-Artikolu;

    Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat li għalih saret referenza fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif definit fl-Anness għar-Regolament preżenti.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sebat ijiem wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Il-prodotti msemmija fl-ewwel u fir-raba’ inċiżi ta' l-Anness għal dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu użati taħt il-kundizzjonijiet applikabbli ta' qabel sa tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

    Il-prodotti rreferuti fit-tielet inċiż ta' l-Anness għal dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu użati taħt il-kundizzjonijiet applikabbli ta' qabel sa seba’ xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, pġ 1

    [2] ĠU L 255, ta' l-1.10.1994, pġ 84

    [3] ĠU L 25, tat-2.2.1993, pġ 5

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Sezzjoni Ċ ta' l-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 207/93 u emendat mill-Kummissjoni (KE) Nru 468/94 [1] huwa emendat kif ġej:

    - il-prodott li ġej huwa mneħħi mis-sottosezzjoni Ċ.1.1.:

    Iċ-ċikwejra

    ,

    - il-prodotti li ġejjin huma miżjuda fis-sottoezzjoni Ċ.1.1. wara

    "Aċerola"

    :

    trab tal-banana imnixxfa | (Musa L.) |

    gooseberries | (Ribes crispa L.) |

    trab tal-frawli mnixxef | (Fragaria L.) |

    lampun imnixxef | (Ribus idaeus L.) |

    passolin aħmar imnixxef | (Ribes rubrum L.), |

    - is-sottosezzjoni Ċ.1.2 intitolata

    "Ħwawar u ħxejjex ta' l-ikel"

    hija mibdula b'dan li ġej:

    "Ċ.1.2. | Il-ħwawar u l-ħxejjex ta' l-ikel |

    —", |

    - fis-sottosezzjoni C.2.3, il-prodott "Ħall barra minn ħall mill-inbid" tiġi mħassra.

    [1] Ġu nru. L 59, tat-3.3.1994, pl.

    --------------------------------------------------

    Top