Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 31995R0354

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 354/95 ta' l-20 ta' Frar 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

ĠU L 41, 23.2.1995, s. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 05 Volum 002 P. 243 - 243

⏵Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Právní stav dokumentu Již není platné, Datum konce platnosti: 19/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0128

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/354/oj

31995R0354



Official Journal L 041 , 23/02/1995 P. 0001 - 0001


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 354/95

ta' l-20 ta' Frar 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994, u b'mod partikolari l-Artikolu 169 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 337/75 [1] stabbilixxa Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali,

Billi l-kompożizzjoni tal-bord ta' tmexxija tal-fuq imsemmi Ċentru għandu jkun aġġustat sabiex jieħu kont tad-dħul ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 337/75 għandu jkun emendat kif ġej:

1. Fis-sentenza tal-bidu "39 membru" għandha tinbidel b' "48 membru".

2. F'(a), (b) u (ċ) "12-il membru" għandha tinbidel bi "15-il membru".

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Frar 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Alphandéry

[1] ĠU L 39, tat-13.2.1975, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 251/95 (ĠU L 30, tad-9.2.1995, p. 1).

--------------------------------------------------

Nahoru