EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0059

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta' Novembru 1995 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat

ĠU L 291, 6.12.1995, p. 40–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Imħassar b' 32011L0064

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/59/oj

31995L0059



Official Journal L 291 , 06/12/1995 P. 0040 - 0045


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE

tas-27 ta' Novembru 1995

dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [2],

(1) Filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 72/464/KEE tad-19 ta' Diċembru 1972 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-bejgh li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat [3] u t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 79/32/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat [4] ġew emendati sostanzjalment f'numru ta' okkażjonijiet; filwaqt li għal raġunitjiet ta' razzjonalità u klarifikazzjoni d-Direttivi msemmija għandhom ikunu konsolidati f'test wiehed;

(2) Filwaqt li l-għan tat-Trattat huwa li jistabbilixxi unjoni ekonomika fejn hemm kompetizzjoni attiva u li l-karatteristiċi tagħha huma simili ta' dawk ta' suq domestiku; u, fejn jidħol tabakk manifatturat, l-intenzjoni wara dan il-għan huwa biex l-applikazzjoni fl-Istati Membri tat-taxxi li jaffettwaw il-konsum ta' prodotti f'dan is-settur ma toħloqx distorsjoni fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u ma tfixkilx il-moviment liberu fi ħdan il-Komunità;

(3) Filwaqt li, safejn taxxi tas-sisa huma ikkonċernati,l-armoniżżazzjoni ta' l-istrutturi għandha, b'mod partikolari, tirriżulta f'kompetizzjoni f'kategoriji differenti ta' tabakk manifatturat taħt l-istess grupp u ma tinħoloqx distorsjoni bl-effetti ta' l-ispiża tat-taxxa u, konsegwentament, fil-ftuħ tas-swieq nazzjonali ta' l-Istati Membri;

(4) Filwaqt li l-istruttura tat-taxxa tas-sisa fuq is-sigaretti ghandha tinkludi, flimkien ma' komponent kalkolat fuq kull unit tal-prodott, komponent proporzjonali ibbażat fuq il-prezz ta' bejgħ bl-imnut, li jinkludi it-taxxi kollha; filwaqt li t-taxxa fuq il-bejgħ tas-sigaretti għandha l-istess effett ta' sisa proporzjonali u dan il-fatt għandu jiġi kkunsidrat meta r-rata bejn komponenti speċifiċi tat-taxxa tas-sisa u t-taxxa tiġi stabbilita;

(5) Filwaqt li, safejn jidħlu s-sigaretti, l-għan imsemmi hawn fuq jintlaħaq l-aħjar b'sistema li tipprovdi għal tnaqqis fl-inċidenza tat-taxxa u filwaqt li għal dan il-għan, it-taxxa imposta fuq dawn il-prodotti għandha tikkonsisti f'taxxa tas-sisa proporzjonali flimkien ma' taxxa tas-sisa speċifika, liema ammont ikun iffissat minn kull Stat Membru skond il-kriterja tal-Komunità;

(6) Filwaqt li l-istrutturi għat-taxxi tas-sisa fuq tabakk manifatturat għandu jkunu armonizzati fi stadji;

(7) Filwaqt li l-bżonnijiet imperattivi ta' kompetizzjoni jimplikaw sistema ta' prezzijiet iffurmati liberament għall-gruppijiet kollha ta' tabakk manifatturat;

(8) Filwaqt li hemm diversi tipi ta' tabakk manifatturat, distinti bil-karatteristiċi tagħhom u mill-mod kif jiġu wżati;

(9) Filwaqt li dawn it-tipi differenti ta' tabakk manifatturat ghandu jkunu definiti;

(10) Filwaqt li, għal raġunijiet ekonomiċi, derogazzjonijiet temporanji għandhom jiġu pprovduti għal ċerti Stati Membri;

(11) Filwaqt li hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn tabakk imqatta' fin biex jiġu rrumblati s-sigaretti u tip ieħor ta' tabakk li jiġi wżat għat-tipjip;

(12) Filwaqt li manifattur għandu bżonn jigi definit bħala persuna naturali jew legali li fil-fatt jipprepara il-prodotti tat-tabakk u jista'bbilixx il-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għall-kull Stat Membru għall-min il-prodotti involuti ser ikunu ċessati għall-konsumazzjoni;

(13) Filwaqt li l-maġġoranza ta' l-Istati Membri jipprovdu eżenzjonijiet mit-taxxi tas-sisa jew iroddu lura sisa fir-rispett ta' ċertu tipi ta' tabakk manifatturat jiddependi mill-użu li jsir minnhom u filwaqt li l-eżenzjonijiet u r-radd lura ta' flus għall-użu partikolari għandhom bżonn jiġu speċifikati f'din id-Direttiva;

(14) Filwaqt li rollijiet ta' tabakk li jistgħu jitpejpu kif inhuma wara sempliċiment immaniġġar għandhom ikunu meqjusa bħala sigaretti għall-iskop ta' taxxa uniformi ta' dawn il-prodotti;

(15) Filwaqt li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun awtorizzata tintaxxa rollijiet għall-anqas bir-rata jew ammont applikkabli għat-tabakk imqatta' fin għar-romblar tas-sigaretti mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1998:

(16) Filwaqt li din id-Direttiva m'għandiex taffettwa l-obbligazzjonijiet ta' l-Isatai Membri li jikkonċernaw it-termini stipulati għall-implementazzjoni tad-Direttivi skond l-Anness I, Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

Prinċipji Ġenerali

Artikolu 1

1. L-istruttura tat-taxxa tas-sisa li l-Istati Membri jorbtu t-tabakk manifatturat għandha tkun armonizzata f'stadji differenti

2. Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipji ġenerali għal din l-armonizzazzjoni, kif ukoll il-kriterji speċjali applikabbli waqt l-istadji ta' armonizzazzjoni.

3. It-transazzjoni minn stadju wieħed ta' armonizzazzjoni għall-ieħor għandha tkun deċiza mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li jikkunsidra l-effetti li joħorġu waqt l-istadju li jkun għaddej bil-miżuri introdotti mill-Istati Membri fis-sistema tagħhom tat-taxxi tas-sisa sabiex iħarsu d-dispożizzjonijiet applikabbli waqt dak l-istadju. It-transazzjoni minn stadju għall-ieħor tista' tiġi mtawla speċjalment jekk x'aktarx tinvolvi telf ta' dħul disproporzjonali għall-Istati Membri.

Artikolu 2

1. Is-sostanzi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala tabakk manifatturat:

(a )sigaretti;

(b) sigarri u sigarillos;

(ċ) tabakk għat-tipjip

- tabakk mqatta' għall-irrumblar tas-sigaretti,

- tabakk ieħor għat-tipjip;

kif inhu definit fl-Artikoli 3 sa 7.

2. Il-Kunsill irid, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-mod kif it-tabakk manifatturat għandu jkun definit u kklassifikat fi gruppi.

3. Minkejja dispożizzjonijiet eżistenti tal-Komunità, id-definizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-għażla tas-sistema u l-livell ta' tassazzjoni li għandhom japplikaw għall-gruppi differenti ta' prodotti msemmija f'dawn l-Artikoli.

Artikolu 3

Is-sostanzi li ġejjin għandhom ikunu meqjusa bħala sigarri jew cigarillos, jekk jistgħu jintużaw għat-tipjip kif inhuma;

1. rollijiet ta' tabakk magħmula kollha minn tabakk naturali;

2. rollijiet ta' tabakk b'karta ta' tgeżwir magħmula minn tabakk naturali;

3. rollijiet ta' tabakk b'karta ta' tgeżwir ta' kulur normali ta' sigarru, u bajnder, ta' tabakk rikkostitwit, billi ta' l-anqas 60 % bl-użin ta' biċċiet żgħar ta' tabakk huma kemm usa' u itwal minn 1,75 mm u billi l-karta ta' tgeżwir hija mdaħħla f'forma ta' spiral b'angolu mislut ta' lanqasand billi the wrapper is fitted in spiral form with an acute angle of at least 30o tal-fus lonġitudinali tas-sigarru;

4. rollijiet ta' tabakk b'karta ta' tgeżwir tal-kulur normali tas-sigarru, ta' tabakk rikostitwit, billi l-miżura tal-qies, mingħajr ma tinkludi filter jew biċċa tal-ħalq, mhumiex anqas minn 2,3 g u ta' l-anqas 60 % bl-użin ta' biċċiet żgħar ta' tabakk huma kemm usa' u itwal minn 1,75 mm u ilċ-ċirkomferenza ‘l fuq minn ta' l-anqas terz tat-tul mhumiex anqas minn 34 mm.

Artikolu 4

1. Is-sostanzi li ġejjin għandhom jiġu meqjusa bħala sigaretti;

(a) rollijiet ta' tabakk li jistgħu jitpejpu kif inhuma u li mhumiex sigarri jew sigarillos fit-tifsira ta' l-Artikolu 3;

(b) rollijiet ta' tabakk li, b'sempliċi maniġġjar mhux industrijali, huma mdaħħla f'tubu tal-karti;

(ċ) rollijiet ta' tabakk li, b'sempliċi maniġġjar mhux industrijali, huma mgeżwra f'karti tas-sigaretti.

Sal-31 ta' Diċembru 1998, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun awtorizzata tintaxxa r-rollijiet tat-tabakk msemmija f'(b) ta' l-anqas bir-rata jew ammont applikabbli għal tabakk imqatta' fin għat-tgeżwir tas-sigaretti.

2. Roll ta' tabakk msemmi fil-paragrafu 1 għandu, għall-iskop tat-taxxa tas-sisa, jiġu kkunsidrati bħala żewġ sigaretti billi, meta teskludi filter jew il-biċċa tal-ħalq, huma itwal minn 9 cm iżda mhux itwal minn 18 cm, bħala tliet sigaretti billi, meta teskludi l-filter jew il-biċċa tal-ħalq, huwa itwal minn 18 cm iżda mhux itwal minn 27 cm, u hekk sat-tmiem.

Artikolu 5

Is-sostanzi li ġejjin għandhom jiġu meqjusa bħala tabakk għat-tipjip:

1. tabakk li gie mqatta' jew maqsum, mdawwar jew pressat f'forma ta' kaxxi u jistgħu jintużaw għat-tipjip mingħar proċess industrijali aktar ‘il quddiem;

2. fdal tat-tabakk għall-bejgħ bl-imnut li ma jaqawx taħt l-Artikoli 3 u 4 u li ma jistgħux jintużaw għat-tipjip.

Artikolu 6

Tabakk għat-tipjip kif inhu definit fl-Artikolu 5 fejn aktar minn 25 % tal-piż tal-biċċiet żgħar tat-tabakk għandhom wisgħa maqsum ta' anqas minn millimetru għandu jiġi meqjus bħala tabakk mqatta' fin għall-irrumblar tas-sigaretti. L-Istati Membri li ma japplikawx dan il-wisgħa maqsum ta' millimetru fl-1 ta' Jannar 1993 ser ikollhom sal-31 ta' Diċembru 1997 biex iħarsu din id- dispożizzjoni.

Stati Membri jistgħu iqisu bħala tabakk għat-tipjip fejn aktar minn 25 % tal-piż ta' partiċelli ta' tabakk li għandhom wisgħa maqsum ta' aktar minn millimetru u li kien mibjugħ jew intenzjonat biex jinbiegħ għall-irrumblar tas-sigaretti biex ikun tabakk imqatta' fin għall-irrumblar tas-sigaretti.

Artikolu 7

1. Prodotti li partijiet minnhom jikkonsistu f'sostanzi li mhux tabakk, iżda li xorta jaqgħu taħt il-kriterja stipulati fl-Artikolu 3 għandhom ikunu meqjusa bħala sigarri jew sigarillos ġaladarba jkollhom rispettivament:

- karta tat-tgeżwir ta' tabakk naturali,

- karta tat-tgeżwir jew bajnder tat-tabakk, it-tnejn ta' tabakk rikostitwit,

- karta tat-tgeżwir ta' tabakk rikostitwit.

2. Prodotti magħmula kolla kemm huma jew in parti minn sostanzi li mhux tabakk iżda li xorta jaqgħu taħt il-kriterja stipulati fl-Artikoli 4 jew 5 għandhom ikunu meqjusa bħala sigaretti jew tabakk għat-tipjip.

Minkejja l-ewwel paragrafu, prodotti li m'għandhomx tabakk u li huma wżati esklussivament għall-użu mediku m'għandhomx jiġu meqjusa bħala tabakk manifatturat.

Artikolu 8

1. Sigaretti manifatturati fil-Komunità u dawk impurtati minn pajjiżi li mhumiex membri għandhom ikunu soġġetti għal taxxa tas-sisa proporzjonali kalkolata fuq il-prezz massimu ta' bejgħ bl-imnut, inkluż id-dazju u anke għal taxxa tas-sisa speċifika kalkolata fuq kull unit tal-prodott.

2. Ir-rata tat-taxxa tas-sisa proporzjonali u l-ammont tat-taxxa tas-sisa speċifika għandha tkun l-istess għas-sigaretti kollha.

3. Fl-istat finali ta' l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi, l-istess rata għandha tiġi stabbilita għas-sigaretti f'kull Stat Membru bejn it-taxxa tas-sisa speċifika u s-somma tat-taxxa tas-sisa proporzjonali u it-taxxa fuq il-bejgħ, b'tali mod li d-differenza fil-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tirrifletti d-differenza tat-tqassim tal-prezzijiet tal-manifattur.

4. Fejn meħtieġ, it-taxxa tas-sisa fuq is-sigaretti tista' tinkludi komponent tat-taxxa minimu, bil-limitu massimu jkun determinat għall-kull stadju mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni.

Artikolu 9

1. Persuna naturali jew legali stabblita fil-Komunità li tikkonverti it-tabakk f'prodotti manifatturati lesti għall-bejgħ bl-imnut għandu jiġi meqjus bħala manifattur.

Manifatturi,jew, fejn xieraq, ir-rappreżentanti jew aġenti awtorizzati tagħhom fil-Komunità u importaturi tat-tabakk minn pajjiżi li mhumiex membri għandhom ikunu liberi li jistabbilixxu l-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għal kull prodott tagħhom għal kull Stat Membru fejn dawn il-prodotti jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum.

It-tieni paragrafu ma jistax, madankollu,ifixkel l-implementazzjoni tas-sistemi ta' leġislazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-livell tal-prezzijiet jew l-osservanza ta' prezzijiet imposti, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità.

2. Biex jiffaċilitaw l-ħlas tat-taxxa tas-sisa, l-Istati Membri jistgħu, għal kull grupp ta' tabakk manifatturat, jistabbilixxu skala ta' prezzijiet ta' bejgħ bl-imnut bil-kondizzjoni li kull skala għandha skop suffiċjenti u varjetà biex tikkorrispondi mal-varjetà ta' prodotti tal-Komunità. Kull skala għandha tkun valida għall-prodotti kollha li jappartjenu lill-grupp ta' tabakk manifatturat li jikkonċernaw, mingħajr distinzjoni ghab-bażi ta' kwalità, preżentazzjoni, l-oriġini tal-prodott jew tal-materjal użati, il-karatteristiċi ta' l-intrapriżi jew ta' kwalunkwe kriterja oħra.

Artikolu 10

1. L-aktar tard fl-istadju finali r-regoli biex tinġabar it-taxxa tas-sisa għandha tkun armonizzata. Waqt l-istadji preċedenti t-taxxa tas-sisa għandha, fil-prinċipju, tinġabar permezz ta' bolol ta' taxxa. Jekk jiġbru it-taxxa tas-sisa permezz ta' bolol ta' taxxa, l-Istati Membri jkunu obbligati li jagħmlu dawn il-bolol disponibbli lill-manifatturi u negozjanti fi Stati Membri oħra. Jekk jiġbru it-taxxa tas-sisa b'mezzi oħra, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ebda ostaklu, la amministrattiv u lanqas tekniku, ma jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fuq dawk il-merti.

2. Impurtaturi u manifatturi nazzjonali ta' tabakk manifatturat ikunu soġġetti għas-sistema stipulata fil-paragrafu 1 fir-rigward ir-regoli dettaljati biex tiġi stabbilita u titħallas it-taxxa tas-sisa.

Artikolu 11

Is-sostanzi li ġejjin jistgħu jiġu eżentati mit-taxxa tas-sisa jew taxxa tas-sisa diġa mħallsa fuqhom tista' tingħata lura:

(a) tabakk denaturat manifatturat użat għal skopijiet industrijali u ħortikulturali;

(b) tabakk manifatturat li huwa distrutt taħt sorvelja amministrattiva;

(ċ) tabakk manifatturat li huwa unikament intenzjonat għal testijiet xjentifiċi konnessi mal-kwalità tal-prodott;

(d) tabakk manifatturat li reġa' inħadem mill-produttur.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu il-kondizzjonijiet u l-formalitajiet li għalihom huma soġġetti l-eżenzjonijiet u r-radd ta' flus lura msemmija fuq.

TITOLU II

Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli waqt l-ewwel stadju ta' armonizzazzjoni

Artikolu 12

1. Soġġett għall-Artikolu 1(3), l-ewwel stadju ta' armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxa tas-sisa fuq tabakk manifatturat għandu jkopri perjodu ta' sittin xahar mill-1 ta' Lulju 1973.

2. Waqt l-ewwel stadju t' armonizzazzjoni l-Artikoli 13 u 14 għandhom jiġu applikati.

Artikolu 13

1. L-ammont tat-taxxa tas-sisa speċifika imposta fuq is-sigaretti għandu jiġi stabbilit għall-ewwel darba b'referenza għas-sigaretti bl-aktar kategorija ta' prezz popolari skond l-informazzjoni disponibbli fl-1 ta' Jannar 1973.

2. Mingħajr preġudizzju għas-soluzzjoni biex tkun finalment adottata fir-rigward tar-rata bejn il-komponent speċifiku u l-komponent proporzjonali, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ma jistax ikun anqas minn 5 % jew aktar minn 75 % ta' l-ammont komprensiv tat-taxxa tas-sisa proporzjonali u t-taxxa tas-sisa speċifika imposta fuq dawn is-sigaretti.

3. Jekk it-taxxa tas-sisa fuq il-kategorija ta'prezzijiet msemmija fil-paragrafu 1 tkun emendata wara l-1 ta' Jannar 1973, l-ammont ta' taxxa tas-sisa speċifika għandu jiġi stabbilit b'referenza għall-piż ġdid ta' taxxa fuq is-sigaretti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Minkejja l-Artikolu 8(1), kull Stat Membru jista' jeskludi dazji mill-kalkolazzjonijiet tat-taxxa tas-sisa proporzjonali fuq is-sigaretti.

TITOLU III

Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli waqt it-tieni fażi t'armonizzazzjoni

Artikolu 15

1. It-tieni stadju t'armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxa tas-sisa fuq tabakk manifatturat għandu jibda mill-1 ta' Lulju 1978.

2. Waqt it-tieni stadju t'armonizzazzjoni għandu jiġi applikat l-Artikolu 16.

Artikolu 16

1. L-ammont ta' taxxa tas-sisa speċifika fuq is-sigaretti għandu jiġi stabbilit b'referenza għas-sigaretti fl-aktar kategorija tal-prezzijiet popolari skond l-informazzjoni disponibbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, b'effett minn l-1 ta' Jannar 1978.

2. Il-komponent ta' taxxa tas-sisa speċifika ma jistax ikun anqas minn 5 % jew aktar minn 55 % ta' l-ammont globali tal-piż ta' taxxa,li jirriżulta mill-aggregazzjoni tat-taxxa tas-sisa proporzjonali, it-taxxa tas-sisa speċifika u t-taxxa fuq il-bejgħ imposta fuq dawn is-sigaretti.

3. Jekk it-taxxa tas-sisa jew it-taxxa fuq il-bejgħ imposta fuq il-kategorija ta' prezzijiet msemmija fil-paragrafu 1 tkun emendata wara l-1 ta' Jannar 1978, l-ammont ta' taxxa tas-sisa speċifika għandu jiġi stabbilit b'referenza għall-piż globali ġdid ta' taxxa fuq is-sigaretti msemmi fil-paragrafu 1.

4. Minkejja l-Artikolu 8(1), kull Stat Membru jista' jeskludi d-dazju mill-kalkolazzjonijiet tat-taxxa tas-sisa proporzjonali fuq is-sigaretti.

5. L-Istati Membri jistgħu jintaxxaw taxxa tas-sisa minima fuq sigaretti u fuq tabakk imqatta' fin għall-irrumblar tas-sigaretti, sakemm din ma jkollhiex effett li tgħolli it-total ta' taxxa ‘il fuq minn 90 % tat-total ta' taxxa fuq il-kategorija ta' prezzijiet l-aktar popolari ta' sigaretti jew tat-tabakk imqatta' fin għall-irrumblar tas-sigarertti rispettivament.

TITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 17

Fejn meħtieġ, il-Kunsill għandu, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 18

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 19

1. Id-Direttivi imniżżla fl-Anness 1, Parti A għandhom jiġi mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri fejn jikkonċerna il-limitu ta' żmien għall-implementazzjoni ddikjarata fl-Anness I, Parti B.

2. Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni ddikjarata fl-Anness II.

Artikolu 20

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 21

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes Mira

[1] ĠU Nru C 56, 6.3.1995, p. 164.

[2] ĠU Nru C 133, 31.5.1995, p. 1.

[3] ĠU Nru 303, 31.12.1972, p. 1. Direttiva l-aħħar amendata b'Direttiva 92/78/KEE (GU Nru L 316, 31.10.1972, p. 5).

[4] ĠU Nru L 10, 16.1.1979, p. 8. Direttiva l-aħħar amendata b'Direttiva 92/78/KEE.

--------------------------------------------------

ANNESS I

PARTI A

DIRETTIVI MĦASSRA

(msemmija fl-Artikolu 19)

1. Direttiva 72/464/KEE

2. Direttiva 79/32/KEE

u l-emendi suċċessivi tagħhom:

- Direttiva 74/318/KEE

- Direttiva 75/786/KEE

- Direttiva 76/911/KEE

- Direttiva 77/805/KEE

- Direttiva 80/369/KEE

- Direttiva 80/1275/KEE

- Direttiva 81/463/KEE

- Direttiva 82/2/KEE

- Direttiva 82/877/KEE

- Direttiva 84/217/KEE

- Direttiva 86/246/KEE

- Direttiva 92/78/KEE.

PARTI B

Direttiva | Limitu ta żmien limitu għat-trasposizzjoni |

- 72/464/KEE | ta' l-1.7.1973 [1] |

- 79/32/KEE | ta' l-1.1.1980 |

-74/318/KEE | |

- 75/786/KEE | |

-76/911/KEE | |

-77/805/KEE | |

- 80/369/KEE | |

- 80/1275/KEE | |

- 81/463/KEE | |

- 82/2/KEE | |

- 82/877/KEE | |

- 84/217/KEE | |

- 86/246/KEE | ta' l-1.1.1986 |

- 92/78/KEE | tal-31.12.1992 |

[1] Ir-Renju Unit u l-Irlanda kellhom il-permess biex jipposponu il-limitu ta żmien sal-31 ta' Diċembru 1977.

--------------------------------------------------

ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva | Direttiva 72/464/KEE | Direttiva 79/32/KEE |

It-Titolu I | It-Titolu I | |

L-Artikolu 1, (1) u (2) | L-Artikolu 1, (1) u (2) | |

L-Artikolu 1, (3) | L-Artikolu 1, (4) | |

L-Artikolu 2, (1) u (2) | L-Artikolu 3, (1) u (2) | L-Artikolu 1, (1) |

L-Artikolu 2, (3) | | L-Artikolu 1, (2) |

Artikolu 3 | | Artikolu 2 |

Artikolu 4 | | Artikolu 3 |

Artikolu 5 | | Artikolu 4 |

Artikolu 6 | | Artikolu 4a |

Artikolu 7 | | Artikolu 7 |

Artikolu 8 | Artikolu 4 | |

Artikolu 9 | Artikolu 5 | |

Artikolu 10 | Artikolu 6 | |

Artikolu 11 | Artikolu 6a | |

It-Titolu II | It-Titolu II | |

Artikolu 12 | Artikolu 7 | |

Artikolu 13 | Artikolu 8 | |

Artikolu 14 | Artikolu 9 | |

It-Titolu III | It-Titolu IIa | |

Artikolu 15 | Artikolu 10a | |

Artikolu 16 | Artikolu 10b | |

It-Titolu IV | It-Titolu III | |

Artikolu 17 | Artikolu 11 | |

Artikolu 18 | L-Artikolu 12, (2) | |

Artikolu 19 | - | - |

Artikolu 20 | - | - |

Artikolu 21 | Artikolu 13 | Artikolu 10 |

--------------------------------------------------

Top