This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995D0380
95/380/EC: Commission Decision of 18 September 1995 amending Commission Decisions 94/432/EC, 94/433/EC and 94/434/EC laying down detailed rules for the application of Council Directives 93/23/EEC on the statistical surveys to be carried out on pig production, 93/24/EEC on the statistical surveys to be carried out on bovine animal production and 93/25/EEC on the statistical surveys to be carried out on sheep and goat stocks
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 1995 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/432/KE, 94/433/KE u 94/434/KE li jniżżlu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE fuq l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-produzzjoni tal-majjali, 93/24/KEE dwar l-istħarriġ statistiku li għand jitwettaq fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini u 93/25/KEE l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-ħażniet tan-nagħaġ u tal-mogħoż (Test b’rilevanza għall- Ftehim EE)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 1995 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/432/KE, 94/433/KE u 94/434/KE li jniżżlu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE fuq l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-produzzjoni tal-majjali, 93/24/KEE dwar l-istħarriġ statistiku li għand jitwettaq fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini u 93/25/KEE l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-ħażniet tan-nagħaġ u tal-mogħoż (Test b’rilevanza għall- Ftehim EE)
ĠU L 228, 23.9.1995, p. 25–26
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force
Official Journal L 228 , 23/09/1995 P. 0025 - 0026
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 1995 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/432/KE, 94/433/KE u 94/434/KE li jniżżlu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE fuq l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-produzzjoni tal-majjali, 93/24/KEE dwar l-istħarriġ statistiku li għand jitwettaq fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini u 93/25/KEE l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-ħażniet tan-nagħaġ u tal-mogħoż (Test b’rilevanza għall- Ftehim EE) (95/380/KE) IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-produzzjoni tal-majjali [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 1(3) u 6 (3) tagħha, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE tal-1 ta’ Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini, [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 1(3) u 6 (3) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE tal-1 ta’ Ġunju 1993, dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fuq il-ħażniet tan-nagħaġ u tal-mogħoż, [3] u b’mod partikolari l-Artikoli 1(4) u 7 (2) tagħha, Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/432/KE tat-30 ta’ Mejju 1994 li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE fuq imsemmija [4] fir-rigward ta’ l-istħarriġ statistiku fuq il-popolazzjoni u l-produzzjoni tal-majjali, Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/433/KE tat-30 ta’ Mejju 1994 li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE fuq imsemmija [5] fir-rigward ta’ l-istħarriġ statistiku fuq il-popolazzjoni u l-produzzjoni tal-bhejjem, u li temenda l-imsemmija Direttiva, Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/434/KE tat-30 ta’ Mejju 1994 li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE fuq imsemmija [6] fir-rigward ta’ l-istħarriġ statistiku fuq il-popolazzjoni u l-produzzjoni tan-nagħaġ u tal-mogħoż, Billi minħabba l-adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja huwa meħtieġ li jsiru ċerti adattamenti tekniċi lid-Deċiżjonijiet fuq imsemmija u li jiġu estiżi ċerti derogi lill-Istati Membri l-ġodda; Billi id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet fuq imsemmija jipprovdu għall-possibbiltà, illi fil-każ illi l-popolazzjoni tal-ħnieżer, ta’ l-annimali bovini u tal-mogħoż ta’ xi Stati Membri tikkostitwixxi biss perċentwal żgħir tal-popolazzjonijiet totali tal-Komunità, li jingħataw derogi immirati sabiex inaqqsu n-numru ta’ stħarriġ annwali li għandu jitwettaq; Billi l-miżuri previsti huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE [7], ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI: L-Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 94/432/KE li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/23/KEE għandha tkun emendata kif ġej: 1. L-Anness I għandu jkun supplementat bit-test li ġej: "l-Awstrija: | Bundeslaender | il-Finlandja: | Etelae-Suomi | Sisae-Suomi | Pohjanmaa | Pohjois-Suomi | l- Isvezja: | 8 Riksomraaden" | 2. L-Anness II, it-test tan-noti fl-aħħar tal-paġna (a) u (b) għandhom jkun emendat sabiex jaqra: "a) Rendikont mhux obbligatorju għal NL, DK, S. b) Rendikont mhux obbligatorju għal P, L, GR, S." 3. L-Anness IV (b) għandu jkun supplementat bit-test li ġej: "il-Finlandja l-Isvezja.". 4. L-Anness IV (e) għandu jkun supplementat bit-test li ġej taħt l-intestatura ‘x-xahar partikolari tas-sena’: "l-Isvezja, Ġunju". L-Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 94/433/KE li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/24/KEE għandha tkun emendata kif ġej: 1. L-Anness II għandu jkun supplementat kif ġej: "l-Awstrija: | Bundeslaender | il-Finlandja: | Etelae-Suomi | Sisae-Suomi | Pohjanmaa | Pohjois-Suomi | l-Isvezja: | 8 Riksomraaden" | 2. L-Anness III, it-test tan-noti fl-aħħar tal-paġna (a), (b) u (ċ) għandu jkun emendat sabiex jaqra: "a) Rendikont mhux obbligatorju għal NL, DK, S. b) Rendikont mhux obbligatorju għal P, L, GR, S. c) Rendikont mhux obbligatorju għal P, L, GR, F, S." 3. L-Anness V, it-test tan-nota fl-aħħar tal-paġna (d) għandu jkun supplimentat bit-test li ġej: "L-Isvezja". 4. L-Anness V, it-test tan-nota fl-aħħar tal-paġna (e) għandu jkun supplementat bit-test li ġej taħt l-intestatura ‘Mejju/Ġunju’: "L-Isvezja". L-Artikolu 3 Id-Deċiżjoni 94/434/KE li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/25/KEE għandha tkun emendata kif ġej: 1. L-Anness II għandu jkun supplementat kif ġej: "l-Awstrija: | Bundeslaender | il-Finlandja: | Etelae-Suomi | Sisae-Suomi | Pohjanmaa | Pohjois-Suomi | l-Isvezja: | —għan-nagħaġ: 8 Riksomraaden | —għall-mogħoż: -" | 2. L-Anness III, it-Tabella 1, it-test tan-noti fl-aħħar tal-paġna (a), (b) u (ċ) għandu jkun emendat sabiex jaqra: "a) Rendikont mhux obbligatorju għal L, B, DK, S. b) Mhux obbligatorju D, NL, S. c) Mhux obbligatorju għal B, D, IRL, NL, A, FIN, S, UK." 3. L-Anness III, it-Tabella 2, it-test tan-noti fl-aħħar tal-paġna (a) u (ċ) għandu jkun emendat sabiex jaqra: "a) D, L, B, UK, IRL, S. c) D, NL, S." L-Artikolu 4 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fit-18 ta’ Settembru 1995. Għall-Kummissjoni Yves-Thibault De Silguy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1. [2] ĠU L 149, 21.6.1993, p. 5. [3] ĠU L 149, 21.6.1993, p. 10. [4] ĠU L 179, 13.7.1994, p. 22. [5] ĠU L 179, 13.7.1994, p. 27. [6] ĠU L 179, 13.7.1994, p. 33. [7] ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1. --------------------------------------------------