This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995D0322
95/322/EC: Commission Decision of 25 July 1995 amending Council Decision 79/542/EEC and Commission Decisions 92/260/EEC, 93/195/EEC, 93/196/EEC and 93/197/EEC with regard to the animal health conditions and veterinary certification for the temporary admission and re-entry of registered horses and imports into the Community of equidae for slaughter, registered equidae and equidae for breeding and production from Morocco
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 1995 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/196/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertfikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju u għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' l-ekwidi għall-qatla, l-ekwidi rreġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni mill-MarokkTest b'relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 1995 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/196/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertfikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju u għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' l-ekwidi għall-qatla, l-ekwidi rreġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni mill-MarokkTest b'relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 190, 11.8.1995, p. 9–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659
Official Journal L 190 , 11/08/1995 P. 0009 - 0010
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 1995 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/196/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertfikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju u għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' l-ekwidi għall-qatla, l-ekwidi rreġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni mill-Marokk (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (95/322/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet ta' l-ekwidi minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, b'mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 14, 15, 16,18 u 19 tagħha, Billi, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE [2], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, ġiet stabbilita lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-bhejjem ta' l-ifrat, il-ħnieżer, l-ekwidi, in-ngħaġ u l-mogħoż, il-laħam frisk u l-prodotti mil-laħam; Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju taż-żwiemel irreġistrati, għall-importazzjoni ta' l-ekwidi għall-qatla u għall-importazzjonijiet ta' l-ekwidi rreġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni huma stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE [3],93/196/KEE [4] u 93/197/KEE [5], kollha kif l-aħħar emendati bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati wara l-esportazzjoni temporanja fid-Deċiżjoni 93/195/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/99/KE [7]; Billi wara missjoni ta' spezzjon veterinarju Komunitarju għall-Marokk u wara li ġie rċevut rapport komprensiv dwar il-miżuri tal-kontroll meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk, is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-ekwini tidher li hija taħt il-kontroll sodisfaċenti tas-servizzi veterinarji strutturati u organizzati tajjeb; Billi l-Marokk ilu issa ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel għal aktar minn sentejn u t-tilqim kontra din il-marda ma' twettaqx matul l-aħħar tnax-il xahar; Billi l-awtoritajiet veterinarji tal-Marokk iggarantew illi jinnotifikaw fi żmien 24 siegħa bit-telefax, bit-telegramm jew bit-telex lill-Kummissjoni u lill-Istati membri l-konferma ta' kull marda ta' infezzjoni jew li tittieħed fl-ekwidi msemmija fl-Anness A mad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE u kull bidla fit-tilqim jew fil-politika ta' l-importazzjoni rigward l-ekwidi; Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja jridu jiġu adottati skond is-sitwazzjoni tal-pajjiż terz interessat; billi l-każ preżenti għandu x'jaqsam biss maż-żwiemel irreġistrati; Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE jridu jiġu emendati kif jixraq; Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fil-Parti 1 ta' l-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE l-vers li jirreferi għall-Marokk huwa hawnhekk emendat kif ġej: Ir-referenza għan-nota fil-qiegħ tal-paġna '(6)' tiġi mħassra fis-sub-intestatura "il-bhejjem ħajjin" fil-kolona "Rimarki Speċjali". Artikolu 2 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej: 1. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku fil-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' l-Anness I. 2. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II (E). Artikolu 3 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej: 1. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' l-Anness I. 2. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarat fl-Anness II. Artikolu 4 "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fin-nota fil-qiegħ tal-paġna (3), fil-Grupp E ta' l-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE. Artikolu 5 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej: 1. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' Anness I. 2. "Il-Marokk" jiġi miżjud skond l-ordni alfabetiku mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-tieni parti tas-sentenza tat-titolu li għandu x'jaqsam ma' l-ekwidi rreġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni taċ-ċertifikat tas-saħħa ddikjarati fl-Anness II E. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 224, tat-18. 8. 1990, pġ. 42. [2] ĠU Nru L 146, ta’ l-14. 6. 1979, pġ. 15. [3] ĠU Nru L 130, tal-15. 5. 1992, pġ. 67. [4] ĠU Nru L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 7. [5] ĠU Nru L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 16. [6] ĠU Nru L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 1. [7] ĠU Nru L 76, tal-5. 4. 1995, pġ. 16. --------------------------------------------------