This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995D0145
95/145/EC, ECSC: Decision of the Council and the Commission of 10 April 1995 concerning the conclusion of the Agreement between the European Communities and the Government of the United States of America regarding the application of their competition laws
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni ta' l-10 ta' April 1995 li tikkoncerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom dwar il-kompetizzjoni
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni ta' l-10 ta' April 1995 li tikkoncerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom dwar il-kompetizzjoni
ĠU L 95, 27.4.1995, pp. 45–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/145/oj
Official Journal L 095 , 27/04/1995 P. 0045 - 0046
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni ta' l-10 ta' April 1995 li tikkoncerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom dwar il-kompetizzjoni (95/145/KE, KEFA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 87 u 235, flimkien ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) ta' dan, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, partikolarment l-Artikoli 65 u 66 ta' dan, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Artikolu 235 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea għandu jiġi nvokat mħabba li l-inklużjoni fit-test tal-Ftehim ta' għaqdiet u akkwisti li huma koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi [2], li huwa essenzalment ibbażat fuq l-Artikolu 235; Billi, ikkunsidrata ż-żieda li tidher ħafna fid-dimensjoni internazzjonali għall-problemi ta' kompetizzjoni, il-kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam għandha tiġi msaħħa; Billi, għal dan il-għan, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Gvern ta' l-Istati Uniti tal-Amerika fuq l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej u ta' l-Istati Uniti tal-Amerika; Billi l-Ftehim, inkluż l-iskambju ta' ittri li jinterpretaw, għandhom jiġu approvati, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom dwar il-kompetizzjoni, inkluż l-iskambju ta' ittri li jinterpretaw, huma b'dan approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. It-testi tal-Ftehim u l-iskambju ta' ittri li jinterpetaw, mfassla fil-lingwa Ngliża huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Ftehim għandu japplika mit-23 ta' Settembru 1991. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna(persuni) mogħtija is-setgħa biex jinnotifikaw il-Gvern ta' l-Istati Uniti tal-Amerika bl-approvazzjoni tal-Ftehim, f'isem il-Komunità Ewropea, u biex jiffirma l-iskambju ta' l-ittri li jinterpretaw. Il-Kummissjoni għandha tinnomina l-persuna(persuni) mogħtija s-setgħa li jinnotifikaw il-Gvern ta' l-Istati Uniti tal-Amerika bl-approvazzjoni tal-Ftehim, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u biex jiffirma l-iskambju ta' ittri li jinterpretaw. Magħmul fil-Lussemburgu, fl-10 ta' April 1995. F'isem il-Kunsill Il-President J. Puech Għall-Kummissjoni J. Santer Il-President [1] L-Opinjoni mogħtija fl-20 ta' Jannar 1995 (ĠU C 43, ta' l-20.2.1995) u s-17 ta' Marzu 1995 (ĠU C 89, ta' l-10.4.1995). [2] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 1 (verżjoni kkoreġuta:ĠU L 257, tal-21.9.1990, p. 13). --------------------------------------------------