Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3317

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3317/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali rigward l-awtorizzazzjoni tas-sajd fl-ilmijiet ta' kull pajjiz terz taħt kull ftehim tas-sajd

    ĠU L 350, 31.12.1994, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/11/2008; Imħassar b' 32008R1006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3317/oj

    31994R3317



    Official Journal L 350 , 31/12/1994 P. 0013 - 0014
    Finnish special edition: Chapter 4 Volume 7 P. 0042
    Swedish special edition: Chapter 4 Volume 7 P. 0042


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3317/94

    tat-22 ta' Diċembru 1994

    li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali rigward l-awtorizzazzjoni tas-sajd fl-ilmijiet ta' kull pajjiz terz taħt kull ftehim tas-sajd

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 dwar dan,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi, taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali rigward permessi speċjali tas-sajd [4], il-Kunsill ikun meħtieġ li jieħu deċiżjoni fuq id-dispożizzjonijiet ġenerali rigward permessi applikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jitħadmu fl-ilmijiet ta' pajjiz terz taħt kull patt ta' ftehim tas-sajd bejn il-Komunità u dak il-pajjiz;

    Billi, sabiex jiżgura l-immaniġġjar effettiva u trasparenti tal-attivitajiet tas-sajd magħmula minn bastimenti tal-Komunità taħt patti ta' ftehim tas-sajd bejn il-Komunità u pajjizi terzi, huwa meħtieġ li kull Stat Membru għandu jaġixxi sabiex jawtoriżża dawk il-bastimenti tas-sajd tiegħu li kisbu liċenzja tas-sajd minn pajjiz terz sabiex jagħmlu dik il-ħidma u billi s-sajd f'ilmijiet ta' pajjizi terzi mingħajr dik il-liċenzja jkun pprojbit sabiex l-impenji tal-Komunità ma pajjizi terzi jistgħu jiġu onorati;

    Billi huwa meħtieġ li jitqegħdu proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-bandiera sabiex dawn l-attivitajiet ikunu jistgħu jiġu maniġġjati, u jiġu mfassla r-regoli għall-implimentazzjoni ta' l-imsemmija proċeduri,

    ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali rigward sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità fl-ilmijiet ta' pajjiz terz taħt il-patt tal-ftehim tas-sajd bejn il-Komunità u dak il-pajjiz, fejn dawk il-ħidmiet huma magħmula bla ħsara għal bżonn ta' liċenzja tas-sajd minn dak il-pajjiz terz.

    2. Huma biss bastimenti tas-sajd tal-Komunità b'kull permess tas-sajd tal-patt tal-ftehim tas-sajd validu li jistgħu jkompli bil-ħidmiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet ta' kull pajjiz terz taħt il-patt tal-ftehim bejn il-Komunità u dak il-pajjiz.

    L-Artikolu 2

    Għal l-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

    (a) "liċenzja tas-sajd ta' pajjiz terz" għandu jfisser kull permess, fi kwalunkwe format, mill-pajjiz terz sabiex ikun jista' jwettaq ħidmiet tas-sajd fl-ilmijiet taż-żoni tas-sajd tagħha;

    (b) "permess tas-sajd fuq patt ta' ftehim tas-sajd" għandu jfisser awtoriżżazzjoni tas-sajd, fi kwalunkwe format, mgħotija lil kull bastiment tas-sajd tal-Komunità mill-bandiera tal-Istat Membru, taħt kull patt ta' ftehim tas-sajd bejn il-Komunità u kull pajjiz terz, sabiex jissuplimenta l-liċenzja tas-sajd li għaliha saret referenza fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 3690/93 [5], li tagħmilha possibli li dak il-bastiment li jwettaq il-ħidmiet tas-sajd li għalihom saret referenza f'(a).

    L-Artikolu 3

    L-Istat Membru bandiera għandu jagħti u jimaniġġja l-permessi tas-sajd tal-patt tal-ftehim fuq is-sajd għall-bastimenti tas-sajd li jxejjer l-bandiera tiegħu b'mod konformi mal-kundizzjonijiet imqegħda f'dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 4

    1. L-Istat Membru bandiera m'għandux jagħti permess tas-sajd tal-patt tal-ftehim tas-sajd kemm il-darba l-bastiment tas-sajd konċernat m'għandux liċenzja tas-sajd b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 3690/93 jew jekk dik il-liċenzja ġiet temporanjament jew definittivament irtirata b'mod konformi ma' l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. Il-permessi tas-sajd tal-patt tal-ftehim tas-sajd diġà mgħotija jsiru nulli u mħassra fejn il-liċenzja tas-sajd maħruġa għal kull bastiment tas-sajd konċernat ġie rtirat definitivament; għandha tiġi sospiża meta l-liċenzja ġiet irtirata temporanjament.

    2. L-Istat Membru bandiera għandu minnufiħ jagħti liċenzja tas-sajd tal-patt tal-ftehim tas-sajd meta l-bastiment tas-sajd konċernat kiseb liċenzja tas-sajd minn kull pajjiz terz.

    L-Artikolu 5

    1. L-Istat Membru bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni kull applikazzjoni għall-ħruġ lil bastimenti li jxejru l-bandiera tiegħu tal-liċenzji tas-sajd tal-pajjiz terz sabiex ikompli iwettaq il-ħidmiet tas-sajd taħt il-possibiltajiet mgħotija lill-Komunità skond il-ftehim tas-sajd ma' kull pajjiz terz. Għandu jiżgura li l-applikazzjonijiet ikunu konformi mal-kondizzjonijiet tal-ftehim u mar-regoli tal-Komunità.

    2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet minn kull Stat Membru fid-dawl tal-possibiltajiet tas-sajd allokati lilha skond id-dispożizzjonijiet tal-Komunità u kull kondizzjoni stabbiltà fil-patt tal-ftehim tas-sajd applikabbli għall-bastimenti tal-Komunità. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn 10 t'ijiem ta' xogħol, mid-data li fiha l-applikazzjoni tal-Istat Membru ġiet irċevuta, jew fiż-żmiem tal-limitu ta' ħin stabbilit mill-patt ta' ftehim tas-sajd, tibgħat lill-pajjiz terz konċernat l-applikazzjonijiet għall-ħruġ għal kull liċenzja tas-sajd ta' pajjiz terz lil bastimenti tal-Komunità sabiex ikomplu jwettqu l-ħidmiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tagħha. Kemm-il darba minn kull eżami ta' applikazzjoni mill-Kummissjoni jidher li ma tilħaqx il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha minnufiħ tinforma l-Istat Membru konċernat li ma tistax tittrasmetti kull jew parti mill-imsemmija applikazzjoni lill-pajjiz terz konċernat, bir-raġunijiet tagħha jiġu mogħtija.

    3. Il-Kummissjoni għandha minnufiħ tinforma l-Istat Membru bandiera tal-fatt li l-pajjiz terz konċernat ta' kull liċenzja tas-sajd sabiex ikompli jwettaq ħidmiet tas-sajd jew tad-deċiżjoni tal-pajjiz terz li ma joħrogx dik il-liċenzja. Fil-kaz ta' l-aħħar, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-iċċekjar rilevanti f'konsultazzjoni mal-Istat Membru bandiera u l-pajjiz terz konċernat.

    L-Artikolu 6

    1. Meta l-pajjiz terz jinnotifika l-Kummissjoni li ddeċieda li jissospendi jew jirtira liċenzja tas-sajd fir-rigward ta' bastiment tas-sajd li jxejjer bandiera ta' kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha minnufiħ tinforma l-Istat Membru bandiera dwar dan. Il-Kummissjoni għandha twettaq l-iċċekjar rilevanti, b'mod konformi mal-proċeduri stabbilti fil-patt ta' ftehim tas-sajd fejn ikun xieraq, b'konsultazzjoni ma' l-Istat Membru bandiera u l-pajjiz terz konċernat u jinforma l-Istat Membru bandiera u, fejn xieraq, il-pajjiz terz fuq ir-riżultat.

    2. Is-sospensjoni ta' kull liċenzja tas-sajd ta' kull pajjiz terz li hu jkun ħareġ lill-bastiment konċernat tfisser is-sospensjoni tal-permess tas-sajd tal-patt tal-ftehim tas-sajd mill-Istat Membru bandiera għall-perjodu kollu tas-sospensjoni tal-liċenzja.

    3. Meta l-liċenzja tas-sajd hija definittivament irtirata mill-pajjiz terz, l-Istat Membru bandiera għandu minnufiħ jirtira l-permess tas-sajd tal-patt tal-ftehim tas-sajd mogħti lill-bastiment konċernat.

    L-Artikolu 7

    L-Istat Membru bandiera għandu jlesti r-rekord(s) li għalih saret referenza fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 3690/93 u jdaħħal hemm kull informazzjoni fattwali (data) relatata mal-permessi tas-sajd tal-patt ta' ftehim tas-sajd li hu jkun ħareġ, kemm-il darba l-informazzjoni fattwali (data) ma nġabritx diġà taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/94 tad-19 ta' Jannar 1994 rigward ir-reġistru tal-bastiment tas-sajd tal-Komunità [6].

    L-Artikolu 8

    Stati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti għal għoti tal-permessi tas-sajd tal-patt tal-ftehim tas-sajd u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li s-sistema hija effettiva. Għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni l-isem u l-indirizz ta' dawn l-awtoritajiet. Għandhom jinfurmaw lil Kummissjoni tal-miżuri meħuda mhux aktar tard minn sitt xhur wara li dan ir-Regolament ikun ġie fis-seħħ u, jekk bidla iseħħ, kemm jista' jkun malajr.

    L-Artikolu 9

    Regoli ddetaljati għat-twettieq ta' l-Artikoli 5 u 6 għandhom jiġu addottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 tal-20 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi sistema tal-Komunità fuq sajd u akwakultura [7].

    L-Artikolu 10

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1994.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Seehofer

    [1] ĠU C 310, tas-16.11.1993, p. 13.

    [2] ĠU C 20, ta' l-24.1.1994, p. 54.

    [3] ĠU C 34, tat-2.2.1994, p. 73.

    [4] ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 7.

    [5] ĠU L 341, tal-31.12.1993, p. 93.

    [6] ĠU L 19, tat-22.1.1994, p. 5.

    [7] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top