This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R3288
Council Regulation (EC) No 3288/94 of 22 December 1994 amending Regulation (EC) No 40/94 on the Community trade mark for the implementation of the agreements concluded in the framework of the Uruguay Round
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-ftehim milħuq fil-qafas ta’ l-Uruguay Round
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-ftehim milħuq fil-qafas ta’ l-Uruguay Round
ĠU L 349, 31.12.1994, p. 83–84
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 12/04/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0207
Official Journal L 349 , 31/12/1994 P. 0083 - 0084
Finnish special edition: Chapter 17 Volume 2 P. 0037
Swedish special edition: Chapter 17 Volume 2 P. 0037
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-ftehim milħuq fil-qafas ta’ l-Uruguay Round IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (minn hawn ’l isfel, il-Ftehim ta’ l-WTO’) ġie ffirmat għan-nom tal-Komunità; billi l-ftehim dwar Aspetti ta’ Drittijiet ta’ Propjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (minn hawn l isfel, ’il-Ftehim tat-TRIPs’), anness mal-Ftehim ta’ l-WTO, jinkludi fih dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ propjetà intellettwali li l-għan tagħhom huwa li jiġu stabbiliti dixxiplini internazzjonali f’dan il-qasam sabiex jiġi promoss il-kummerċ internazzjonali u jiġu evitati d-distorsjonijiet fil-kummerċ u problemi minħabba nuqqas ta’ protezzjoni adegwata u effettiva tal-propjetà intellettwali; Billi sabiex jiġi żgurat illi l-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-Komunità tkun f’konformità sħiħa mal-Ftehim tat-TRIPs, il-Komunità għandha tieħu ċerti miżuri fir-rigward ta’ l-atti kurrenti tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; billi dawn il-miżuri jinvolvu f’xi aspetti, li jiġu emendati jew immodifikati atti tal-Komunità; billi dawn il-miżuri jinvolvu wkoll li jiġu kkomplimentati l-atti kurrenti tal-Komunità; Billi r-Regolament (KE) Nru 40/94 joħloq it-trade mark [2] tal-Komunità; billi Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 jiddefinixxi l-"Persuni li jistgħu ikunu proprjetarji ta’ trade mark tal-Komunità" billi jirreferi b’mod partikolari għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-protezzjoni ta’ proprjetà ndustrijali u jesiġi trattament nazzjonali reċiproku minn pajjiżi li mhumiex partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi; billi Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, dwar id-dritt ta’ prijorità, wkoll jeħtieġ li jiġi emendat f’dan ir-rigward; billi sabiex jikkonformaw ma’ l-obbligu ta’ trattament nazzjonali f’Artikolu 3 tal-Ftehim tat-TRIPs, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu mmodifikati sabiex jiġi żgurat li ċittadini tal-Membri kollha ta’ l-WTO, anke jekk il-Membru in kwistjoni mhuwiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi, jirċievu trattament xejn anqas favorevoli minn dak akkordat lil ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità; Billi Artikolu 23(2) tal-Ftehim tat-TRIPs jipprovdi għar-rifjut jew invalidazzjoni ta’ trade marks li jkunu jinkludu jew jikkonsistu f’indikazzjonijiet ġeografiċi foloz għal inbejjed u spirti mingħajr il-kondizzjoni li jkunu ta’ natura tali li jqarrqu bil-pubbliku, għandu jiġi miżjud subparagrafu ġdid (j) ma’ Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 40/94 qiegħed jiġi emendat kif ġej: 1. Artikolu 5(1)(b) għandu jiġi sostitwit bis-segwenti: "(b) ċittadini ta’ Stati oħra li huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali, minn hawn ’l isfel issir riferenza għaliha bħala "l-Konvenzjoni ta’ Pariġi", jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;" 2. Artikolu 5(1)(d) għandu jiġi sostitwit bis-segwenti: "(d) ċittadini, barra dawk li ssir riferenza għalihom taħt is-subparagrafu (ċ), ta’ kull Stat li mhuwiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u li, skond ippubblikat, jagħti lill-ċittadini ta’ l-Istati Membri kollha l-istess protezzjoni għal trade marks bħal ma jagħti lil ċittadini tiegħu stess u, jekk ċittadini ta’ l-Istati Membri jkunu meħtieġa jagħtu prova tar-reġistrazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini, jirrikonoxxi r-reġistrazzjoni ta’ trade marks tal-Komunità bħala dik il-prova." 3. F’Artikolu 7(1) wara s-subparagrafu (i) għandu jiżdied is-segwenti: "(j) trade marks għal inbejjed li jkunu jinkludu jew jikkonsistu f’indikazzjoni ġeografika li tidentifika l-inbejjed jew għal spirti li jkunu jinkludu jew jikkonsistu f’indikazzjoni ġeografika li tidentifika spirti fir-rigward ta’ dawk l-inbejjed jew spirti li ma jkollhomx dak l-oriġini." 4. Artikolu 29(1) għandu jiġi sostitwit bis-segwenti: "1. Persuna li tkun imliet kif dovut applikazzjoni għal trade mark fi jew għal kull Stat parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jew is-suċċessuri tagħha fit-titlu, għandha tgawdi, għall-għanijiet tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal trade mark tal-Komunità fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi li jkunu identiċi għal jew li jkunu jinsabu ġewwa dawk li għalihom tkun saret l-applikazzjoni, dritt jew prijorità matul perjodu ta’ sitt xhur mid-data li tiġi ppreżentata l-ewwel applikazzjoni." 5. Artikolu 29(5) għandu jiġi sostitwit bis-segwenti: "5. Jekk l-ewwel preżentazzjoni tkun saret fi Stat li mhuwiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw biss sakemm dak l-Istat, skond tisjib ippubblikat, jagħti, skond il-bażi ta’ l-ewwel preżentazzjoni li tkun saret fl-Uffiċċju u bla ħsara għal kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, dritt ta’ prijorità li jkollu effett ekwivalenti." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995. Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1994. Għall-Kunsill Il-President H. Seehofer [1] Opinjoni mogħtija fl-14 Diċembru 1994 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU L 11, ta’ l-14.1.1994, p. 1. --------------------------------------------------