Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3259

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3259/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2930/86 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd

    ĠU L 339, 29.12.1994, p. 11–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1130

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3259/oj

    31994R3259

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3259/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2930/86 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd

    Official Journal L 339 , 29/12/1994 P. 0011 - 0013
    Finnish special edition: Chapter 4 Volume 7 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 4 Volume 7 P. 0003
    CS.ES Chapter 04 Volume 02 P. 191 - 193
    ET.ES Chapter 04 Volume 02 P. 191 - 193
    HU.ES Chapter 04 Volume 02 P. 191 - 193
    LT.ES Chapter 04 Volume 02 P. 191 - 193
    LV.ES Chapter 04 Volume 02 P. 191 - 193
    MT.ES Chapter 04 Volume 02 P. 191 - 193
    PL.ES Chapter 04 Volume 02 P. 191 - 193
    SK.ES Chapter 04 Volume 02 P. 191 - 193
    SL.ES Chapter 04 Volume 02 P. 191 - 193


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3259/94

    tat-22 ta' Diċembru 1994

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2930/86 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolar l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni mill-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi issir referenza għall-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd fil-politika komuni tas-sajd, li teħtieġ definizzjonijiet uniformi tal-karatteristiċi tal-bastimenti; billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta' Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd [3] ġie addottat għal dan il-għan;

    Billi l-azzjoni Komunitarja f'dan il-qasam għandha tkun imsejsa fejn hu possibli fuq ir-rakkommandazzjonijiet diġà addottati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati;

    Billi ġiet magħrufa l-ħtieġa ta' sistema internazzjonali komuni dwar il-kejl tat-tunellaġġ tal-bastimenti minħabba d-diverġenzi kbar fit-tunellaġġ ta' bastimenti individwali ta' l-istess tul; billi, fid-dawl ta' dan, ġiet iffirmata l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ tal-Bastimenti f'Londra fit-23 ta' Ġunju 1969 (ICTM 1969) taħt il-patroċinju ta' l-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO);

    Billi l-Konvenzjoni tiddefinixxi t-tunellaġġ gross bħala funzjoni tal-volum totali ta' l-ispazji kollha magħluqa ta' bastiment; billi l-metodoloġija għall-kejl tat-tunellaġġ gross hija pprovduta fl-Anness I tal-Konvenzjoni;

    Billi l-Konvenzjoni msemmija tapplika mit-18 ta' Lulju 1994 għall-bastimenti kollha li mhumiex eżentati, inklużi l-bastimenti tas-sajd ta' 24 metru u iktar fit-tul li jidħlu għal vjaġġi internazzjonali; billi l-bastimenti ta' inqas minn 24 metru tul huma, fost ħwejjeġ oħra, eżentati mill-Konvenzjoni;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2930/86 estenda d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I mal-Konvenzjoni msemmija għall-bastimenti tas-sajd kollha tal-Komunità;

    Billi l-Istati Membri għaddew mill-esperjenza ta' ċerti diffikultajiet huma u jimplimentaw fis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2930/86, b'mod partikolari fejn għandhom x'jaqsmu bastimenti iżgħar tas-sajd; billi, għall-dawn il-bastimenti iżgħar, il-metodoloġija stabilita fl-Anness I tal-Konvenzjoni msemmija mhix addattata f'ċerti każi;

    Billi għandu jkun hemm dispożizzjonijiet flessibli għall-bastimenti eżistenti, u b'mod partikolari għal dawk li huma inqas minn 15-il metru fit-tul, sabiex tkun tista' ssir stima dwar it-tunellaġġ tagħhom;

    Billi għall-bastimenti ta' inqas minn 15-il metru tul hija mixtieqa definizzjoni iktar sempliċi tat-tunellaġġ gross;

    Billi l-bastimenti tad-daqs ta'15-il metru tul jew ikbar għandhom jiġu mkejla skond il-Konvenzjoni msemmija minħabbain l-importanza ikbar tal-volum tas-superstruttura ta' dawn il-bastimenti;

    Billi huwa meħtieġ il-posponiment tat-temma taż-żmien tat-18 ta' Lulju 1994 għall-kejl mill-ġdid tal-bastimenti eżistenti li huma tat-tul ta' 15-il metru u inqas minn 24 metru minħabba d-domandi tekniċi involuti fil-kejl tal-bastimenti skond il-metodoloġija tal-Konvenzjoni ta' l-1969.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86 hu hawnhekk emendat kif ġej:

    1. l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "Il-wisa' tal-bastiment għandu jkun il-wisa' massimu kif iddefinit fl-Anness I tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ tal-Bastimenti, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Konvenzjoni ta' l-1969";.";

    2. L-Artikolu 4(1)għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "1. (a) It-tunellaġġ ta' bastiment tas-sajd għandu jkun it-tunellaġġ gross kif speċifikat fl-Anness I tal-Konvenzjoni ta' l-1969.

    (b) It-tunellaġġ gross tal-bastimenti tas-sajd il-ġodda b'tul globali egwali għal 15-il metru jew iktar u li bdew jinħadmu fit-18 ta' Lulju 1994 jew wara għandu jitkejjel kif speċifikat fl-Anness I tal-Konvenzjoni ta' l-1969.

    (ċ) It-tunellaġġ gross tal-bastimenti tas-sajd il-ġodda u dawk eżistenti b'tul globali ta' iktar minn 15-il metru għandu jiġi mkejjel skond il-formola pprovduta fl-Anness I ma' dan ir-Regolament.

    (d) It-tunellaġġ gross tal-bastimenti eżistenti kollha li huma egwali għal tul ta' 24 metru jew iktar bejn il-perpendikularijiet għandu jerġa' jiġi mkejjel skond l-Anness I mal-Konvenzjoni ta' l-1969 qabel it-18 ta' Lulju 1994.

    Fil-każ tal-bastimenti f'din il-kategorija li ma jidħlux għal vjaġġi internazzjonali skond it-tifsira tal-Konvenzjoni ta' l-1969 u li b'konsegwenza ta' dan huma eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, it-temma taż-żmien għandha tkun posposta għall-31 ta' Diċembru 1994.

    (e) Bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3, it-tunellaġġ gross tal-bastimenti eżistenti b'tul globali egwali għal 15-il metru jew iktar u inqas minn 24 metru bejn il-perpendikularijiet jistgħu jiġu stmati skond il-metodoloġija mfassla fl-Anness ma' dan ir-Regolament fiċ-ċirkostanzi fejn il-Kummissjoni tikkunsidra dawn il-valuri huma eżatti biżżejjed.

    L-Istati Membri għandhom, madankollu, ikejlu t-tunellaġġ tal-bastimenti f'din il-kategorija skond l-Anness I mal-Konvenzjoni ta' l-1969 fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

    - fuq it-talba tas-sid tal-bastiment,

    - fuq applikazzjoni mis-sid tal-bastiment, għall-bastiment tiegħu, għalbiex jipparteċipa f'kull skema fejn titħallas il-għajnuna finanzjarja tal-Komunità, fejn din il-għajnuna tiddependi mit-tunellaġġ tal-bastiment. Il-għajnuna Komunitarja konċessa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3699/93 tal-21 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-kriterji u l-arranġamenti li jirrigwardaw l-assistenza strutturali għas-settur tas-sajd u l-akwakultura għall-ipproċessar u l-bejgħ tal-prodotti tiegħu [4] għandha, madankollu, tiġi implimentati skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Sa l-1 ta' Jannar 2004, tista' tinżamm ir-referenza għal kejl b'tunellaġġ espress bħala GRT sabiex jiġu implimentati l-iskemi ta' l-għajnuna li jirrigwardaw l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 3699/93, sakemm l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' din l-unità ta' kejl tkun ġiet innotifikati lill-Kummissjoni sat-18 ta' Lulju 1994 skond il-proċeduri koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/94 tad-19 ta' Jannar 1994 li jirrigwarda r-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità [5];

    - fejn it-tibdiliet u l-modifikazzjonijiet tal-karatteristiċi tal-bastiment jiġu meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membru li huma varjazzjoni sostanzjali tat-tunellaġġ eżistenti.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-bastimenti kollha li jibqgħu f'din il-kategorija jiġu mkejla mill-ġdid qabel l-1 ta' Jannar 2004 skond l-Anness I mal-Konvenzjoni ta' l-1969.";

    3. Għandu jiġi miżjud l-Anness li jidher fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 1995, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punt 2 ta' l-Artikolu 1 li jirrigwardaw l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2930/86 u li għandu japplika mit-18 ta' Lulju 1994.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1994.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Seehofer

    [1] ĠU C 323, tal-21.11.1994.

    [2] L-Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Settembru 1994 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej).

    [3] ĠU L 274, tal-25.9.1986, p. 1.

    [4] ĠU L 346, tal-31.12.1993, p. 1.

    [5] ĠU L 19, tat-22.1.1994, p. 5.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS

    Bastimenti ġodda < 15 -il metru fit-tul globali

    It-tunellaġġ gross tal-bastimenti l-ġodda tas-sajd b'tul globali ta' inqas minn 15-il metru huwa definit bħala:

    GT = K

    · V

    fejn: K1 = 0,2 + 0,02 log10 V

    u V huwa l-volum, mogħti bi:

    V = a

    1Loa · B1 · T1

    fejn:

    Loa = it-tul globali (l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2930/86)

    B1 = il-wisa' f'metri skond il-Konvenzjoni ta' l-1969

    T1 = il-fond f'metri skond il-Konvenzjoni ta' l-1969

    al = il-funzjoni tal-Loa

    Bastimenti eżistenti < 15-il metru tul globali

    It-tunellaġġ gross tal-bastimenti tas-sajd eżistenti b'tul globali ta' inqas minn 15-il metru huwa definut bħala:

    GT = K

    · V

    fejn V huwa l-volum, mogħti bi:

    V = a

    2Loa · B1 · T1

    fejn:

    B1 = il-wisa' f'metri

    T1 = il-fond f'metri

    a2 = il-funzjoni tal-Loa

    Bastimenti ta' 15-il metru tul globali - 24 metru tul bejn il-perpendikularijiet

    It-tunellaġġ gross tal-bastimenti ta' 15-il metru tul u iktar u ta' tul bejn il-perpendikularijiet ta' inqas minn 24 metru huwa definit bħala:

    GT = K

    · V

    fejn V huwa l-volum totali magħluq kif definit fil-Konvenzjoni ta' l-1969.

    Għall-bastimenti eżistenti, il-V jista' jiġi stmat proviżorjament bil-formola:

    V = a

    2Loa · B1 · T1

    fejn:

    a3 = il-funzjoni tal-Loa, il-B1, it-T1 u s-sena tal-kostruzzjoni.

    Il-funzjonijiet a1, a2, u a3 għandhom ikunu fissati fuq il-bażi ta' l-analiżijiet statistiċi tal-kampjuni rappreżentattivi magħquda flimkien mill-flotot ta' l-Istati Membri. Dawn għandhom jiġu speċifikati flimkien mad-definizzjonijiet tad-dimensjonijiet B1 u T1 u mar-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-formoli f'Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    "

    --------------------------------------------------

    Top