Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 31994R3256

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3256/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1657/93 li temporanjament jissospendi dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni dwar ċerti prodotti industrijali maħsuba biex jarmaw ż-żoni ħielsa ta' l-Ażores u l-Madejra

    ĠU L 339, 29.12.1994г., стр. 1—7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
    Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 02 Volum 006 P. 222 - 228

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, RO)

    Правен статус на документа Вече не е в сила, Дата на изтичане на валидността: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3256/oj

    31994R3256



    Official Journal L 339 , 29/12/1994 P. 0001 - 0007
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 13 P. 0179
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 13 P. 0179


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3256/94

    tat-22 ta' Diċembru 1994

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1657/93 li temporanjament jissospendi dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni dwar ċerti prodotti industrijali maħsuba biex jarmaw ż-żoni ħielsa ta' l-Ażores u l-Madejra

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 1657/93 [2] jintroduċi sospensjoni temporarja tad-drittijiet awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali maħsuba li jfornu ż-żoni ħielsa ta' l-Ażores u l-Madejra;

    Billi l-awtoritajiet Portugiżi talbu għas-sospensjoni tad-drittijiet tat-Tariffa Doganali Komuni dwar l-oġġetti kapitali minbarra dawk koperti bir-Regolament (KEE) Nru 1657/93; billi r-raġunijiet għal din it-talba huma ż-żieda fin-numru ta' l-impriżi li joperaw fiż-żoni ħielsa tal-Madejra u d-diversifikazzjoni ta' l-attivitajiet ekonomiċi lokali;

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/315/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 li tistabbilixxi programm ta' għażliet speċifiċi lejn in-natura iżolata u insulari tal-Madejra u tal-Ażores (Poseima) [3] tirrikonoxxi r-rwol taż-żoni ħielsa fl-iżvilupp ekonomiku taż-żoni f'dan il-każ u tenfasiżża l-parir li jiġu adottati l-miżuri doganali speċifiċi biex jgħinu jagħtu spinta lil dawn iż-żoni ħielsa;

    Billi jirriżulta mill-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Portugiżi li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 1657/93, attivitajiet ekonomiċi ġodda qed jinbdew fiż-żoni ħielsa tal-Madejra; billi oġġetti kapitali huma meħtieġa biex jinżammu dawn l-attivitajiet; billi jidher għalhekk iġġustifikat li jiġu sospiżi d-drittijiet tat-Tariffa Doganali Komuni fuq dawn il-prodotti meta dawn ikunu importati ġewwa l-Madejra u l-Ażores għaż-żoni ħielsa ta' dawn ir-reġjuni; billi l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 1657/93 għandu jkun emendat kif xieraq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 1657/93 għandu jkun sostitwit bit-test ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1994.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Seehofer

    [1] L-Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Diċembru 1994 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej).

    [2] ĠU L 158, tat-30.6.1993, p. 1.

    [3] ĠU L 171, tad-29.6.1991, p. 10.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Nru ta' l-Ordni | Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

    18.0300 | 6804 | Ħaġar tal-mitħna, ħaġar tal-mola, roti ta' tisnin (moli) u oġġetti simili, mingħajr qafas, għat-tisnin, għas-sinnar, għall-lostru, trueing jew taqta', tissinna b'idejk jew tillostra l-ġebel, u partijiet minnhom, ta' ġebel newtrali, ta' aggromerati naturali jew artifiċjali ta-għork, jew ta' ċeramika, b'partijiet jew mingħajr partijiet ta' materjal ieħor |

    18.0302 | 7308 | Strutturi (esklużi bini prefabbrikat fl-intestatura Nru 9406) u partijiet minn strutturi (per eżempju, pontijiet u sezzjonijiet tal-briġġ, xatbiet tal-kanali jew tax-xmajjar, torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, qafas tas-soqfa, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u għetiebi ta' bibien, shutters, balavostri, pilastri u kolonni), jew ħadid jew azzar; platti, vireg, angli, forom, sezzjonijiet, tubi u oggetti simili, preparati għall-użu fi strutturi, tal-ħadid jew azzar |

    18.0304 | 730900 | Ġibjuni, tankijiet, btieti u kontenituri simili għal kull materjal (minbarra gass kompressat jew likwidu), tal-ħadid jew azzar, ta' kapaċità li ma teċċedix 300 litri, kemm jekk jew mhux lined jew protetti kontra s-sħana, iżda mhux mgħammar b'apparat mekkaniku jew termali |

    18.0306 | 7310 minbarra73102110 | Tankijiet, bramel, tnabar, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili, għal kull materjal (minbarra gass kompressat jew likwidu), tal-ħadid jew azzar, ta' kapaċità li ma teċċedix 300 litri, kemm jekk jew mhux lined jew protetti kontra s-sħana, iżda mhux mgħammra b'apparat mekkaniku jew termali, minbarra bottijiet ta' xorta użati għal ikel preservat jew xorb |

    18.0308 | 731100 | Kontenituri għal gass kompressat jew likwidu, tal-ħadid jew azzar |

    18.0310 | 7322 | Radjaturi għal central heating, mhux imsaħħna b'mod elettriku, u partijiet tagħhom, tal-ħadid jew azzar; heaters ta' l-ajru u distributuri ta' arja sħuna (inklużi distributors li jistgħu ukoll jiddistribwixxu arja friska jew ikkondizzjonata), mhux imsaħħan b'mod elettriku, li jinkorporaw fan jew minfaħ li jaħdem bil-mutur, u partijiet tagħhom, tal-ħadid jew azzar |

    18.0312 | 7610 | Strutturi tal-Aluminju (esklużi bini prefabbrikat fl-intestatura Nru 9406) u partijiet ta' strutturi (per eżempju, pontijiet u sezzjonijiet tal-briġġ, torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, qafas tas-saqaf, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u għetiebi għal bibien, balavostri, pilastri u kolonni); platti tal-aluminju, vireg, profili, tubi u affarijiet simili, preparati għall-użu fi strutturi |

    18.0314 | 76110000 | Ġibjuni tal-aluminju, tankijiet, btieti u kontenituri simili, għal kull materjal (minbarra gass kompressat jew likwidu), ta' kapaċità li ma teċċedix 300 litri, kemm jekk jew mhux lined jew insulat għas-sħana, iżda mhux mgħammra b'apparat mekkaniku jew termali |

    18.0316 | 7612 | Bramel tal-aluminju, tnabar, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili (inklużi kontenituri riġidi jew kontenituri forma ta' tubu li jistgħu jiġġarfu), għal kull materjal (minbarra gass kompressat jew likwidu), ta' kapaċità li ma teċċedix 300 litri, kemm jekk jew mhux protetti kontra s-sħana, iżda mhux mgħammra b'apparat mekkaniku jew termali |

    18.0318 | 76130000 | Kontenituri tal-aluminju għal gass kompresat jew likwidu |

    18.0320 | 8202 | Srieraq tal-idejn; xfafar għal srieraq ta' kull għamla (inklużi xfafar tas-srieraq għal taqta, xaqqaq jew bla snien) |

    18.0322 | 8203 | Limi, barraxi, tnalji (inklużi tnaliji li jaqtgħu), mqassijiet, pinzetti, ġliem tal-metall, għodda li taqta' l-pajpijiet, bolt croppers, puntelli perforati u għodda tal-idejn simili |

    18.0324 | 8204 | Spaner tal-idejn u renċi (inklużi reċijiet bil-metri tat-tork iżda li ma jinkludux renċijiet tat-tapp); sockets ta' l-ispaner li jistgħu jinbidlu, kemm bil-manku sew le |

    18.0326 | 8205 | Għodda ta' l-idejn (inklużi djamanti tal-vitrar), mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor; lampi għall-ħruq; morsa, davit u affarijiet simili, minbarra aċċessorji għal jew partijiet minn, għodda tal-magni; inkwini; forġi purtabbli; roti tas-sinnar tal-idejn jew operati bil-pedali bil-qafas |

    18.0328 | 8207 | Għodda li jistgħu jinbidlu għal għodda tal-idejn, kemm jekk jew mhux jintużaw bl-idejn, jew għal għodda tal-magni (per eżempju, għall-ippressar, stampar, titqib, ttappjar, ħjut, żgorbjar, tħaffir, taqqab, dħin, tidwir jew tornavit), inklużi dies biex jigi magħmul jew estratt metall, u żgorbjar tal-ġebel jew ġodda li jtaqbu l-art |

    18.0330 | 8208 minbarra82084000 | Skiekien u xfafar li jaqtgħu, għal magni jew għal applikazzjonijiet mekkaniċi minbarra magni agrarji, ortikulturali jew tal-foresti. |

    18.0332 | 820900 | Platti, stikek, ponot u affarijiet simili għal għodda, mhux armati, ta' karbur tal-metall (metal carbide) sinterizzat jew ċermeti |

    18.0334 | 821000 | Applikazzjonijet mekkaniċi li jinħadmu bl-idejn, li jiżnu 10 kg jew anqas, użati fil-preparazzjoni, jikkundizzjonaw jew biex jigi servut ikel jew xorb |

    18.0336 | 830300 | Sjuf armati jew rinforzati, kaxxi-msaħħin u bibien u lockers tas-sjuf tad-depożitu għal kmamar msaħħin, bottijiet jew kaxxita' saħħa u affarijiet simili, ta' bażi tal-metall |

    18.0338 | 83040000 | Kabinett għall-fajling, kabinetti għall-indiċi tal-karti, trejs tal-karti, serħan tal-karti, trejs tal-pinna, qagħad tat-timbru tal-uffiċċju u apparat tal-uffiċċju jew apparat għall-iskrivanija simili, ta' bażi tal-metall, minbarra għamara għall-uffiċċju tal-intestatura Nru 9403 |

    18.0340 | 8402 | Ġeneratur tal-fwar jew bojlers oħra li jiġġeneraw il-fwar (minbarra bojlers ta' ilma sħun għas-central heating li kapaċi wkoll li jipproduċu fwar ta' pressjoni baxxa); bojlers ta' l-ilma li jkunu jsaħħnu ħafna |

    18.0342 | 8403 | Bojlers għas-central heating minbarra dawk ta' l-intestatura Nru 8402 |

    18.0344 | 8404 | Pjanta oħra għall-użu ma' bojlers ta' l-intestatura Nru 8402 jew 8403 (per eżempju, ekonomizzaturi, heaters speċjali, magni li jneġġu l-faħam, li jirkupraw il-gass); kundizzjonaturi għall-fwar jew unitajiet tas-saħħiet tal-fwar oħrajn |

    18.0346 | 8405 | Gass ipproċessat jew ġeneraturi ta' gass ta' l-ilma, bi jew mingħajr il-purifikaturi tagħhom; ġeneraturi tal-gass ta' l-aċitalena u ġeneraturi tal-gass għall-ipproċessar ta' l-ilma simili, bi jew mingħajr il-purifikaturi tagħhom |

    18.0348 | 8406 | Turbini tal-fwar u turbini tal-gass oħrajn |

    18.0350 | 8407 | Li jinxtelu bi spark reċiproku jew magni bil-pistoni li jduru ġewwa u li joħolqu kombustjoni |

    18.0352 | 8408 | Magni bil-pistoni minn ġewwa li jaħdmu b'kompressur (magni diesel jew semi-diesel) |

    18.0354 | 8409 | Partijiet xierqa għall-użu biss jew prinċipalment mal-magni fl-intestatura Nru 8407 or 8408 |

    18.0356 | 8413 | Pompi għall-likwidi, kemm jekk jew mhux mgħammra b' mezzi ta' qisien; elevaturi likwidi |

    18.0358 | 8414 | Pompi ta' l-arja jew pompi tal-vacuum, kompressuri ta' l-arja jew kompressuri tal-gass oħrajn u fannijiet; jivventilaw jew kappun reċiklati li jkollhom fan, kemm jekk mgħammra bil-filtri sew jekk le |

    18.0360 | 8415 | Magni tal-arja ikkundizzjonata, li jkollhom fan li jahdem bil-mutur u elementi biex ibiddlu t-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tigi rregolata separatament |

    18.0362 | 8416 | Apparat li jagħti n-nar lil forn għal karburanti likwidu, għal karburanti solidu fi trab jew għal gass; najjara mekaniċi, inklużi l-gradilji mekkaniċi tagħhom, magni mekkaniċi li jagħrmu l-irmiet u magni simili |

    18.0364 | 8417 | Fran industrijali jew tal-laboratorju u fran, inklużi inċineraturi, mhux elettriċi |

    18.0366 | 8418 | Refriġeraturi, friżi u apparat ieħor li jkessaħ jew jiffriża, elettriku jew mod ieħor; pompi tas-sħana minbarra magni tal-arja kkundizzjonata fl-intestatura Nru 8415 |

    18.0368 | 8419 | Magni, pjanti jew apparat għall-laboratorju, kemm jekk ikun jew mhux imsaħħan b'mod elettrroniku, għat-trattament ta' materjal permezz ta' proċess li jinvolvi bidla fit-temperatura bħalma hu sħana, tisjir, furnar, distillazzjioni, irrektifika, steralizza, pastorizza, fwar, tnixxef, tevapora, vapora, tikkondensa jew tkessaħ minbarra makkinarju jew impjant ta' xorta użat għal finijiet domestiċi; instantaneous jew heaters li jżommu l-ilma, mhux ta' l-elettriku |

    18.0370 | 8420 | Magni ta' l-ikkalendar magni oħrajn ta' trembil, minbarra għal metall jew ħgieġ u ċilindri għalihom |

    18.0372 | 8421 | Ċentrifuġi, inklużi ċentrifuġi tat-tnixxif; ffiltrazzjoni jew magni tal-purifikazzjoni u apparat, għal likwidi jew gassijiet |

    18.0374 | 8422 | Magni għall-ħasil tal-platti; magni għal tnaddif jew tnixxif ta' fliexken jew kontenituri oħrajn; makkinarju għal mili, għeluq, issiġillar, kapsulazzjoni jew tikkettjar ta' fliexken, bottijiet, kaxxi, boroż jew kontenituri oħrajn; makkinarju oħrajn għal ippakkjar jew tgeżwir, makkinarju għal xorb serating |

    18.0376 | 8423 minbarra84231010 | Magni ta' l-użin (esklużi mwieżen ta' sensittivita ta' 5 cg jew aħjar), inklużi makkinarju għall-operazzjonijiet tal-għadd tal-użin jew ċekkjar; piż tal-magni tal-użin ta' kull xorta minbarra mwieżen tad-djar |

    18.0378 | 8423 minbarra84248110 | Oġġetti mekaniċi (kemm jekk imhaddma bl-idejn sew jekk le) għall-ipproġettar, tferrix jew likwidi sprejjati jew trab; oġġetti li jitfu n-nirien, kemm jekk jew mhux ċċarġjati; pistoli li jisprejjaw il-likwidi u affarijiet simili; fwar jew magni għas-sand blasting u magni li jipproġettu ġettijiet simili minbarra oġġetti li ssaqqi bihom |

    18.0380 | 8425 | Taljola u kejbil ta' l-irfigħ minbarra kejbils ta' l-irfigħ għall-qbiż; winches u argni; jacks |

    18.0382 | 8426 | Paranki tal-vapuri; krejnijiet, inklużi krejnijiet tal-kejbils; qoffa ta' l-irfigħ mobbli, jaqsmu għodda għal-ġarr u trakkijiet tax-xogħol mgħammra bi krejnijiet |

    18.0384 | 8427 | Trakkijiet fork-lifters; trakkijiet oħra tax-xogħol mgħammra b'apparat għall-irfigħ jew immaniġjar |

    18.0386 | 8428 | Makkinarju ieħor għall-irfigħ, maniġġjar, tgħabija jew tneħħija tat-tgħabija (per eżempju, irfigħ, escalators, ċintorini, teleferics) |

    18.0388 | 8437 | Magni għat-tindif, it-teħid/taqbil ta' kampjuni jew gradazzjoni taż-żerriegħa, żrieragħ jew ħxejjex legumini niexfa; makkinarju użat fl-industrija tal-imtieħen jew għal-ipproċessar ta' ċereali jew ħxejjex legumini niexfa, minbarra magni tat-tip li jkun hemm fir-razzett |

    18.0390 | 8438 | Makkinarju, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor f'dan il-kapitolu, għall-preparazzjoni industrijali jew manufattura tal-ikel jew xorb, minbarra makkinarju għall-estrazzjoni jew preparazzjoni ta' xahmijiet jew żjut tal-annimali jew ħxejjex ffissati |

    18.0392 | 8439 | Makkinarju li jagħmel polpa ta' materjal ċellulożi fibruż jew li jagħmel jew ilesti karta jew bordijiet tal-karta |

    18.0394 | 8440 | Magni li jagħqdu l-kotba, inklużi magni li jsewwu l-kotba |

    18.0396 | 8441 | Makkinarju ieħor li jagħmel polpa tal-karta, karta jew bordijiet tal-karta, inklużi magni li jaqtgħu bihom ta' kull xorta |

    18.0398 | 8443 | Magni li jistampaw; magni għal użi anċillari jew stampar |

    18.0400 | 844400 | Magni li joħorgu, jpinġu, texturing jew jaqtgħu materjali tat-tessuti magħmulin mill-bniedem |

    18.0402 | 8445 | Magni għal preparament ta' fibri tessuti; tidwir, irdubbjar jew magni tat-tagħwiġ u makkinarju ieħor li jipproduċi ħjut tessili; ħjut tat-tessuti jew dawran (inkluż l-insiġ weft-winding) u magni li jippreparaw ħjut tessili għall-użu fuq magni fl-intestatura Nru 8446 or 8447 |

    18.0404 | 8446 | Magni għall-insiġ |

    18.0406 | 8447 | Magni tal-ħjata, magni li jagħmlu l-punti magħqudin u magni li jagħmlu ħjut mibruma, tulle, bizzilla, rikamar, trimmings, tberqim bil-ganza jew net u magni għat-troffi |

    18.0408 | 8448 | Makkinarju awżiljari għall-użu ma' makini fl-intestatura Nru 8444, 8445, 8446 jew 8447 (per eżempju, dobbies, Jacquards, movimenti mwaqfa awtomatikament, mekkaniżmi tat-tibdil tal-imkiekek); partijiet u aċċessorji xierqa għall-użu biss jew prinċipalment mal-magni ta' din l-intestatura jew tal-intestatura Nru 8444, 8445, 8446 or 8447 (per eżempju, żrar ta' l-insiġ u fuljetti taż-żrar ta' l-insiġ, ilbies tal-card, moxtijiet, esklużi pajpijiet bil-kamin miż-żewġ naħat, imkiekek, newl jew frejmijiet tan-newl, labar tal-kalzetti) |

    18.0410 | 8450 | Magni tal-ħasil għad-dar jew tat-tip tal-ħasla, inklużi magni li jaħslu kif ukoll inixxfu |

    18.0412 | 8451 | Makkinarju (minbarra magni fl-intestatura Nru 8450) għal hasil, għat-tindif, tgħasir, tnixxif mogħdija, ppressar (inklużi ppressijiet mdewba), bliċjar, żebgħa, ilbies, tmiem, kisi jew mimlija bil-ħjut tessili, fibri jew artikli tessili magħmula u magni li japplikaw il-pasta għall-fibri bażi jew appogg ieħor użat fil-fabbrikazzjoni ta' mgħottija ta' l-art bħal linoleum; magni għall-irkiekel, tħoll mir-rukkell, titwi, tqatta' jew tpinġi roża il-fibri tessili |

    18.0414 | 8452 | Magni tal-ħjata, minbarra magni tal-ħjata tal-kotba fl-intestatura Nru 8440; għamara, bażijiet u kutri ddisinjati speċifikament għal magni tal-ħjata; labar tal-magni tal-ħjata |

    18.0416 | 8453 | Makkinarju li jipprepara, ikkunzar jew jaħdem ġlud ħoxnin, ġlud oħra jew ġilda jew biex isiru jew jigu msewwija affarijiet tas-saqajn jew affarijiet oħra tal-ġlud ħoxnin, ġlud oħra jew gilda, minbarra magni tal-ħjata |

    18.0418 | 8456 | Għodod tal-magni għal xogħol ta' kull materjal bit-tneħħija ta' materjal, permezz tal-laser jew dawl jew raġġ tal-photon ieħor, ultrasoniku, iżvujtjar elettriku, kimiċi elettriċi, raġġ eletroniċi, raġġ ijoniku jew proċessi taħt l-arka plasmika |

    18.0420 | 8457 | Ċentri tal-magni, unitajiet tal-kostruzzjoni tal-magni (bi stazzjon wieħed) u ħafna stazzjonijet għat-trasferiment tal-magni, biex jinħadem il-metall |

    18.0422 | 8458 | Tornijiet biex jitneħħa l-metall |

    18.0424 | 8459 | Għodod tal-magni (inklużi way-type unit head machines) għal tħaffir, titqib, tħin, ħjata jew taping bit-tneħħija tal-metall, minbarra tornijiet ta' l-intestatura Nru 8458 |

    18.0426 | 8460 | Makkinarji għat-trapani, għas-ssinnar, għat-tisnin, tal-mejlaq, tat-tkebbib, tal-lostru jew tlestija tal-metall mod ieħor, karburi tal-metalli sinteriti jew ċermiti permezz ta' ħaġar tal-mola, tat-tgħorik jew prodotti tal-lostru, minbarra tqattigħ ta' gerijiet, tħaffir ta' gerijiet jew magni li jtemmu l-gerijiet ta' l-intestatura Nru 8461 |

    18.0428 | 8461 | Għodod mekkaniċi għall-ippjanar, jingħataw il-forma, xaqqaq, taqqab, tqattigħ tal-gerijiet, titqib tal-gerijiet jew tmiem ta' gerijiet, sserraq, taqta' barra u għodda mekkaniċi oħrajn li jaħdmu bit-tneħħija tal-metall, karburi tal-metalli sinteriti jew ċermiti, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor |

    18.0430 | 8462 | Għodod mekkaniċi (inklużi presses) biex jinħadem metall permezz tal-forġa, tismir jew l-istampa tal-karti; għodda tal-magni (inklużi presses) biex jinħadem metall permezz ta' tgħawwiġ, liwi, drittar, ċċattjar, it-tneħħija tal-pil ta' l-annimali, titqib jew inċiżjoni; presses biex jinħadem metall jew karburi metalliċi, mhux speċifikati hawn fuq |

    18.0432 | 8463 | Għodod mekkaniċi oħrajn biex jinħadem metall, karburi metalliċi sinteriti jew ċermiti, mingħajr ma jitneħħa materjal |

    18.0434 | 8464 | Għodod mekkaniċi biex jinħadem ġebel, ċeramika, konkrit, konkrit-asbestos jew materjal minerali simili jew għall-ħidma ta' ħġieġ kiesaħ |

    18.0436 | 8465 | Għodod mekkaniċi (inklużi magni għalt-tismir, stapling, tweħiel jew tgħaqid b'mod ieħor) biex jinħadem injam, sufra, gomma iebsa, plastik iebes jew materjal iebes simili |

    8466 | Partijiet u aċċessorji xierqa għall-użu biss jew prinċipalment mal-makni fl-intestaturi Nri 8456 sa 8465 |

    18.0438 | 8467 | Għodda biex jinhadem bl-idejn, pnewmatiċi jew b'mutur mhux ta' l-ekettriku miżmum fih stess |

    18.0440 | 8468 | Makkinarju u apparat għall-istannjar, brejżjar jew weldjar, kemm jekk jew mhux kapaċi jaqta', minbarra dawk fl-intestatura No 8515; makkinarji u oġġetti li huma operati permezz tal-gass u għandhom il-wiċċ tagħhom ittemprat |

    18.0442 | 8469 | Typewriters u magni li jipproċessaw il-kelma |

    18.0444 | 8470 | Magni li jikkalkulaw; magni li jagħmlu l-kontijiet, magni li jimpustaw, magni li joħorġu l-biljetti u magni simili, li jkollhom oġġett li jagħmel il-kalkoli; il-magni li jirreġistraw id-dħul |

    18.0446 | 8471 | Magni li awtomatikament jipproċessaw l-informazzjoni u unitajiet tagħhom; magni li jaqraw il-manjetiżmu u l-ottiku, magni biex jittraskrivu data fuq data media f'forma kodifikata u magni li jipproċessaw dik id-data, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor |

    18.0448 | 8472 | Magni oħrajn ta' l-uffiċċju (per eżempju, ettograf jew magni li jirduppjaw l-i stencil, magni li jindirizzaw, magni li toħroġ il-karti tal-flus awtomatikament, magni li taqsam il-muniti, li tgħodd il-muniti jew magni li tiġbor, magni li jtenpru il-lapsijiet, perforsting jew magni li jistejpiljaw) |

    8474 | Magni għat-taqsim, eżamijiet, tifrid, ħasil, tifrik, tisnin, taħwid jew għaġen l-art, ġebel, metalli jew sustanzi oħrajn minerali, f'forma solida (inkluż trab jew pasta); makkinarju għal agglomeratijiet, ffurmar jew jifformaw il-minerali tal-karburanti mwebbsa, pasta taċ-ċermaika, siment mhux imwebbes, materjali tal-ġibs jew prodotti minerali oħra f'forma ta' trab jew pejst; magni li jagħmlu forom tar-ramel tal-fondrijiet |

    8475 | Magni għat-tagħqid elettroniku jew lampi eletroniċi, tubi jew valvijiet jew bozoz li jteptpu, f'enveloppi tal-ħġieġ; magni għall-fabbrikazzjoni jew ħġieġ li jinħadem sħun jew affarijiet tal-ħġieġ |

    18.0450 | 8477 | Makkinarju li jaħdem gomma jew plastik jew li jiffabbrika prodotti minn dawn il-materjali, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor f'dan il-kapitolu |

    18.0452 | 8478 | Makkinarju li jipprepara jew jagħmel tabakk, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor f'dan il-kapitolu |

    18.0454 | 8480 | Kaxxi li jagħtu l-għamla għal fondrijiet metalliċi; bażijiet li jagħtu l-forma; mudelli li jagħtu l-forma; forom għall-metall (minbarra forom ta' l-ingotti), karbiti mettaliċi, ħġieġ, materjali tal-minerali, gomma jew plastik |

    18.0456 | 8501 | Magni elettriċi u ġeneraturi (esklużi settijiet tal-ġenerazzjoni) |

    8503 | Partijiet xierqa għall-użu biss jew prinċipalment ma' magni fl-intestatura Nru 8501 jew 8502 |

    8504 | Trasformijiet elletriċi, konvertituri statiċi (per eżempju, rattifikaturi) u indutturi |

    18.0458 | 8508 minbarra85088080 | Għodod elettro-mekkaniċi li jaħdmu bl-idejn, li jkollhom magna elettrika li tkun qiegħda fiha nfisha minbarra li jittrimjaw l-isġajjar u li jaqtgħu it-tarf tal-lawn |

    18.0460 | 8514 | Industrijali jew apparat bl-elettriku għall-laboratorju (inkluż induzzjoni jew dielettriku) kmamar b'ħafna sħana u fran; industrijali jew induzzjonijet għall-laboratorju oħrajn jew apparat sħun dieletriku |

    18.0462 | 8515 | Elletriku (inkluż gass msaħħan bl-elettriku), laser jew dawl jew raġġ tal-photon ieħor, ultrasoniku, raġġ elettroniku, pulsazzjonijiet magnetiċi jew stannjar ta' l-arkijiet plasmiċi, brejżjar jew magni għall-iwweldjar u apparat, kemm jekk jew mhux kapaċi li jaqta'; magni elletriċi u apparat għall-isprejjar ta' likwidi sħan ta' metalli jew karbur ta' metall sinterizzat |

    18.0464 | 8526 | Apparat li jaħdem permezz tar-radju, apparat għall-għajnuna tan-navigazzjoni fir-radju u apparat li jikkontrolla t-tmexxija tar-radju |

    8543 | Magni eletriċi u apparat, li jkollu funzjonijiet individwali, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor f'dan il-Kapitolu |

    18.0466 | 9009 | Apparat li bih tagħmel fotokopja li jkollu sistema ottika jew tat-tip ta' kuntatt u apparat li jikkopja permezz tas-sħana |

    18.0468 | 9010 | Apparat u għarmar għall-fotografija (inkluż ċinematografija) laboratorji (inkluż apparat għall-proġettazzjoni ta' forom ta' ċirkuwiti fuq materjali li jgħaddu ftit elettriku u li huma senstiżjati), mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor f'dan il-Kapitolu; negatoscopes; skrinijiet għall-proġetazzjoni |

    18.0470 | 9017 | Tpinġija, timmarka strumenti li jagħmlu l-kalkoli tal-matematika (per eżempju, magni li jagħmlu abbozz, pantografu, grafometru, settijiet tat-tpinġija, rigi li jiżżersqu, diski li jikkalkulaw); strumenti li jkejlu t-tul, għall-użu bl-idejn (per eżempju, vireg tal-kejl u żigarelli, mikrometri, callipers) mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor f'dan il-kapitolu |

    18.0472 | 9024 | Magni u apparat li jittestjaw l-ebusija, saħħa, kompressibilità, elastiċità jew proprjetajiet mekkaniċi oħrajn ta' materjali (per eżempju, metalli, injam, drapp, karta, plastiks) |

    9025 | Idrometri u strumenti li ma jerqux simili, termometri, pirometri, barometri, hygrometers u psikometri, li jirrekordjaw jew le, u kull kumbinazzjoni ta' dawn l-istrumenti |

    18.0474 | 9026 | Strumenti u apparat li jkejlu jew jiċċekkjaw il-flow, livell, pressjoni jew varjazzjoni oħrajn ta' likwidi jew gassijiet (per eżempju, metri tal-tmexxija, livell tal-gejġijiet, manometri, metri tas-sħana), esklużi strumenti u apparat fl-intestaturi Nri 9014, 9015, 9028 jew 9032 |

    18.0476 | 9027 | Strumenti u apparat għal analiżi fiżika jew kimikali (per eżempju, polarimeters, refractometers, spectrometers, gass jew apparat li janalizza d-duħħan); strumenti u apparat li jkejjel jew jiċċekkja l-viscosità, il-porosità, espansjoni, tensjoni tal-wiċċ jew affarijiet simili; strumenti u apparat li jkejjel jew jiċċekkja l-kwantitajiet ta' sħana, ħoss jew dawl (inklużi metri ta' l-espożizzjoni); microtomes |

    18.0478 | 9028 | Gass, likwidi jew li jissupplixxi l-elettriku jew metri tal-produzzjoni, inklużi metri li jikkalibraw għalihom |

    9030 | Oxxilloskopju, li janalizzaw l-ispektru u strumenti oħra u apparat li jkejjel jew jiċċekkja kwantitajiet elettriċi, esklużi meters fl-intestatura Nru 9028; strumenti u apparat li jkejlu jew jindunaw b'alpha, beta, gamma, raġġi X, radjazzjonijiet kosmiċi jew ionizzati oħrajn |

    9031 | Strumenti li jkejlu u jiċċekkjaw, oġġetti u magni, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor f'dan il-Kapitolu; projetturi tal-profil |

    9032 | Jirregola awtomatikament jew strumenti li jikkontrollaw u apparat |

    9033 | Partijiet u aċċessorji (mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor f'dan il-Kapitolu) għal magni, oġġetti, strumenti jew apparat tal-Kapitolu 90 |

    18.0480 | 9406 | Bini li ġie ffabbrikat minn qabel |

    --------------------------------------------------

    Нагоре