Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3115

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3115/94 ta' l-20 ta' Dicembru 1994 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 345, 31.12.1994, p. 1–894 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3115/oj

31994R3115



Official Journal L 345 , 31/12/1994 P. 0001 - 0894


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3115/94

ta' l-20 ta' Dicembru 1994

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it- Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u partikolarment l-Artikoli 9 u 12 tiegħu [1],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura ta' oġġetti, hawn imsejħa ’in-nomenklatura magħquda, biex taqdi, fl-istess ħin, il-ħtiġijiet kemm tat-Tariffa Doganali Komuni u kemm ta' l-istatistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità;

Billi hemm il-ħtieġa li tiġi emendata n-nomenklatura magħquda biex tipprovdi għal:

- tibdil fil-ħtiġijiet li joħorġu mill-politika dwar l-istatistika jew kummerċ, partikolarment bħala riżultat tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li ġġib fis-seħħ flimkien l-atti li jimplimentaw ir-riżultati tal-Uruguay Round ta' negozjati kummerċjali [2] multilaterali u r-Regolament tal-Kunsill dwar xi miżuri li jirriżultaw mill-konklużjoni ta' negozjati skond l-Artikolu XXIV:6 u miżuri oħra li jkunu meħtieġa għal simplifikazzjoni akbar [3],

- il-ħtieġa biex testi jiġu allineati jew iċċarati;

Billi l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jirrikjedi li l-Kummissjoni kull sena, trid tadotta permezz ta' regolament, li japplika mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara, verżjoni sħiħa tan-nomenklatura magħquda flimkien ma’ l-iskala awtonoma u konvenzjonali dwar dazji tat-Tariffa Doganali Komuni, kif jirriżulta mill-miżuri adottati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni [4]

Billi jinħtieġ li tiġi aġġornata l-lista fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar miżuri speċifiċi tal-Komunità kif imsemmijin fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament biex jiġi kunsidrat l-iżvilupp tal-miżuri tal-Komunità li jistgħu jaffettwaw it-Taric;

Billi l-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-għan tat-Taqsima dwar in-Nomenklatura tat- Tariffi u Statistika tal-Kumitat Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

l-Annessi I u II tar- Regolament (KEE) Nru 2658/87 qed jiġu b'dan sostitwiti bl-Annessi ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-iskali awtonomi u konvenzjonali ta' dazji elenkati fl-Anness I, Parti 3, Taqsima I, l-Anness II, għandhom jissostitwixxu l-iskali korrispondenti ta' dazji elenkati fl-Anness I, Parti 2 (l-iskeda ta' dazji tad-dwana), mid-data deċiża mill-Kunsill fil-qafas li jimplimenta kull ftehim li ntlaħaq fl-Uruguay Round ta' negozjati ta' kummerċ multilaterali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1995

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-20 ta' Diċembru, 1994

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] Deciżjoni li għad mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali

[3] Regolament li għad mhux publikat fil-Ġurnal Uffiċjali

[4] Inkorporati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament hemm l-emendi li joħorġu mill-adozzjoni ta' dawn il-miżuri:

- IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2593/93 tal-21 ta' Settembru 1993 (ĠU L 238, tat-23.9.1993, p. 18),

- IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2976/93 tas-27 ta' Ottubru 1993 (ĠU L 268, tad-29.10.1993, p. 21),

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 177/94 tat-28 ta' Jannar 1994 (ĠU L 24, tad-29.1.1994, p. 33),

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/94 tad-9 ta' Marzu 1994 (ĠU L 68, tal-11.3.1994, p. 15),

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 882/94 tal- 20 ta' April 1994 (ĠU L 103, tat-22.4.1994, p. 5),

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1641/94 tas-6 ta' Lulju 1994 (ĠU L 172, tas-7.7.1994, p.12),

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1706/94 tal- 1 ta' Lulju 1994 (ĠU L 180, ta' l-14.7.1994, p.17),

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/94 tal-5 ta' Lulju 1994 (ĠU L 182, tas-16.7.1994, p. 9),

- id-Deciżjoni tal-Kunsill 94/…/KE ta'…,Diċembru 1994 (ĠU L…,…, p.…),

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru…/94 ta'… Diċembru 1994 (ĠU L…, p.…).

--------------------------------------------------

Top