Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3098

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3098/94 tad-19 ta' Diċembru 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2825/93 li jippreskrivi ċerti regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-iffissar u l-għoti ta' rifużjonijiet aġġustati fuq ċereali esportati fl-għamla ta' ċerti spirti tax-xorb

    ĠU L 328, 20.12.1994, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2006; Imħassar b' 32006R1670

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3098/oj

    31994R3098



    Official Journal L 328 , 20/12/1994 P. 0012 - 0012
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0061
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0061


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3098/94

    tad-19 ta' Diċembru 1994

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2825/93 li jippreskrivi ċerti regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-iffissar u l-għoti ta' rifużjonijiet aġġustati fuq ċereali esportati fl-għamla ta' ċerti spirti tax-xorb

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1866/94 [2], u partikolarment Artikolu 13(5) tiegħu,

    Billi għandu jkun hemm dispożizzjoni għal proċedura li tippermetti l-aġġustament, fiż-żmien meta tibdil għall-eliġibilta għal ċerti swieq jieħu effett, tal-koeffiċjent imsemmi f'Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2825/93 [3], fejn ir-rifużjonijiet jitneħħew jew ikunu ntrodotti mill-ġdid għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi bħala riżultat tas-sitwazzjoni f'dawk is-swieq jew skond il-ftehim ma’ dawk il-pajjiżi; billi Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament jiddisponi għal proċedura bħal din, u l-aġġustament isir, madankollu, mis-sena ta' wara dik li fiha jsiru t-tibdiliet; billi, għalhekk, id-dispożizzjonijiet konċernati u xi dispożizzjonijiet oħra dwar il-proċeduri li magħhom għandhom jimxu l-korpi kompetenti tal-Istati Membri u l-komunikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri għandhom ikunu emendati;

    Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2825/93 huwa b'dan emendat kif ġej:

    1. Artikolu 7(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "2. Jekk ir-rifużjoni titneħħa skond il-paragrafu 1, jew jekk tkun introdotta mill-ġdid, u jekk ċerti swieq ma jibqgħux eliġibbli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond l-Att ta’Adeżjoni jew il-ftehim ma’ terzi pajjiżi, il-koeffiċjent imsemmi f'Artikolu 4(1) għandu jkun aġġustat. Dak l-aġġustament ikun jinvolvi skond kif japplika, l-esklużjoni jew l-inklużjoni, fil-kwantitajiet totali esportati użati biex ikun ikkalkolat dak il-koeffiċjent, tal-kwantitajiet esportati lejn dawk is-swieq li għalihom ir-rifużjoni kienet tneħħiet jew kienet introdotta mill-ġdid. Il-koeffiċjent aġġustat għandu jgħodd mill-ewwel ġurnata fiskali tal-perjodu tad-distillazzjoni li tiġi wara l-bidla fl-eliġibbilt_ tas-swieq konċernati."

    2. Il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 12:

    "4. Meta l-koeffiċjent huwa aġġustat skond Artikolu 7(2), ir-rifużjonijiet li tħallsu ħażin mid-data tal-applikazzjoni tal-koeffiċjent aġġustat għandhom jitħallsu lura mill-benefiċjarji."

    3. Il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 18:

    "4. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri konċernati għandhom ukoll jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jaġġustaw il-koeffiċjent imsemmi f'Artikolu 7(2)."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1994.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, tal-1.7.1992, p. 21.

    [2] ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 1.

    [3] ĠU L 258, tas-16.10.1993, p. 6.

    --------------------------------------------------

    Top