This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R2980
Commission Regulation (EC) No 2980/94 of 7 December 1994 opening quantitative import quotas for textile products in categories 146A and 146B from the People's Republic of China and amending Annexes IV and V to Council Regulation (EC) No 517/94 on common rules for imports of textile products from certain third countries
Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 2980/94 tas-7 ta' Diċembru 1994 li jiftaħ kwoti ta' l-importazzjoni kwantitattivi għall-prodotti tat-tessuti f'kategoriji 146A u146B mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi
Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 2980/94 tas-7 ta' Diċembru 1994 li jiftaħ kwoti ta' l-importazzjoni kwantitattivi għall-prodotti tat-tessuti f'kategoriji 146A u146B mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi
ĠU L 315, 8.12.1994, p. 2–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2015: This act has been changed. Current consolidated version: 15/07/2015
Official Journal L 315 , 08/12/1994 P. 0002 - 0003
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 33 P. 0095
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 33 P. 0095
Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 2980/94 tas-7 ta' Diċembru 1994 li jiftaħ kwoti ta' l-importazzjoni kwantitattivi għall-prodotti tat-tessuti f'kategoriji 146A u146B mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi li m'għandhomx trattat bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew permezz ta' regoli tal-Komunità dwar importazzjoni speċifika [1], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KE) Nru 2798/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) u (5) tiegħu flimkien ma' l-Artikolu 25(4) tiegħu, Billi l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 jipprovdi li prodotti tat-tessuti msemmija fl-Anness V li joriġinaw mill-pajjiżi elenkati jistgħu jkunu importati biss jekk ikun stabbilit limitu kwantitattiv annwali skond il-proċeduri relatati li jinsabu fl-Artikolu 25; Billi saret talba lill-Kummissjoni minn żewġ Stati Membri għall-introduzzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni li jkopru prodotti f'kategoriji 146A u 146B mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sabiex ilaħħqu ma' ċerti bżonnijiet tas-suq; billi l-kumitat imwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 25, wara diskussjoni, ħaseb li jkun xieraq fid-dawl ta' l-istat tal-industrija tal-Komunità li jiddieċiedi dwar 15 u 110 tunellati rispettivament bħala l-limiti kwantitattivi annwali li għalihom l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti f'kategoriji 146A u 146B li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom ikunu soġġetti mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ; billi għalhekk jeħtieġ li jkunu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 517/94 u sabiex ikun stipulat, fl-interess tas-sigurtà legali li l-kwota tkun amministrata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 ta' l-imsemmi Regolament; Billi dawn il-miżuri huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 517/94, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tat-tessuti f'kategoriji 146A u 146B mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina hi soġġetta għal limiti kwantitattivi annwali ta' 15 u 110 tunellati rispettivament li jkunu amministrati skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 517/94. Artikolu 2 L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għandhom jkunu emendati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara il-pubblikazzjoni fil-Ġunral Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot għal kollox u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Diċembru 1994. Għall-Kummissjoni Leon Brittan Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 67, ta' l-10.3.1994, p. 1. [2] ĠU C 297, tat-18.11.1994, p. 6. -------------------------------------------------- L-ANNESS " L-ANNESS IV Limiti kwantitattivi Annwali tal-Komunità imsemmija fl-Artiklu 3 (1) (Il-deskrizzjonijiet tal-prodott tal-kategoriji mniżżla f'dan l-Anness jinsabu fl-Anness I A ta' dan ir-Regolament) ĊINA Kategorija | Unit | Kwantità | ex 13 | 1000 biċċa | 150 | ex 18 | tunnellati | 98 | ex 20 | tunnellati | 10 | ex 24 | 1000 biċċa | 120 | ex 39 | tunnellati | 10 | ex 78 | tunnellati | 3 | 115 | tunnellati | 450 | 117 | tunnellati | 450 | 118 | tunnellati | 950 | 120 | tunnellati | 63 | 122 | tunnellati | 130 | 123 | tunnellati | 5 | 124 | tunnellati | 600 | 125 B | tunnellati | 8 | 127 B | tunnellati | 5 | ex 136 | tunnellati | 285 | 140 | tunnellati | 100 | 145 | tunnellati | 7 | 146 A | tunnellati | 15 | 146 B | tunnellati | 110 | 146 C | tunnellati | 270 | 156 | tunnellati | 760 | 157 | tunnellati | 5400 | 159 | tunnellati | 3020 | 160 | tunnellati | 30 | 161 | tunnellati | 10777 | --------------------------------------------------