Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R2965

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/10/2003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2965/oj

    31994R2965



    Official Journal L 314 , 07/12/1994 P. 0001 - 0005
    Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0208
    Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0208


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94

    tat-28 ta' Novembru 1994

    li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi, segwentement għad-deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru 1993 meħud bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, jiltaqgħu fuq il-livell tal-Gvernijiet u l-Kapijiet ta' l-Istati, fuq il-lokazzjoni taċ-ċentri ta' ċerti entitajiet u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u ta' l-Europol [1], ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri adottaw bi ftehim komuni dikjarazzjoni fuq l-istabbiliment ta' ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni fid-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni lokalizzati fil-Lussemburgu biex jipprovdi għas-servizzi tat-traduzzjoni neċessarji għall-operazzjoni ta' l-entitajiet fejn iċ-ċentri tagħhom ġew determinati mid-deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru 1993, bl-eċċezzjoni ta' l-Istitut Monetarju Ewropew;

    Billi l-istabbiliment ta' ċentru uniku speċjalizzat jipprovdi soluzzjoni prattika għal problema tat-tlaħħiq tal-bżonnijiet tat-traduzzjoni ta' numru kbir ta' entitajiet f'postijiet differenti madwar l-Unjoni;

    Billi r-regoli li jigvernaw liċ-ċentru tat-Traduzzjoni għandhom jħalluh jipprovdi għas-servizzi lill-entitajiet li għandhom personalità legali, indipendenza amministrattiva u budget proprju, u fl-istess ħin iżomm għaqda operazzjonali mal-Kummissjoni;

    Billi t-Trattat ma jipprovdix għas-setgħet ta' l-azzjoni speċifiċi għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, barra dawk li jkunu jinsabu fl-Artikolu 235,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni (hawnhekk iżjed il quddiem imsejjaħ "iċ-ċentru") huwa hawnhekk stabbilit.

    Artikolu 2

    1. Iċ-ċentru għandu jipprovdi s-servizzi neċessarji tat-traduzzjoni għall-operazzjoni ta' l-entitajiet segwenti:

    - L-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent,

    - Il-Fondazzjoni Ewropea tat-Taħriġ,

    - Iċ-ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi,

    - L-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċi,

    - L-Aġenzija ghas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol,

    - L-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks, disinni u mudelli),

    - L-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Unità tad-Drogi tal-Europol.

    Iċ-ċentru u l-entitajiet l-oħra msemmija hawn fuq għandhom jagħmlu arranġamenti li jgħattu l-modi kif jikoperaw ma xulxin.

    2. Entitajiet imwaqqfa mill-Kunsill barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkollhom aċċess għas-servizzi taċ-Ċentru fuq il-bażi ta' l-arranġamenti mifthema maċ-ċentru.

    Artikolu 3

    1. Iċ-ċentru għandu jkollu personalità legali.

    2. Għall-għajnuna fil-prestazzjoni tal-kompiti assenjati, iċ-ċentru għandu, fl-Istati Membri kollha jkollu l-iktar kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali taħt il-liġijiet tagħhom.

    Artikolu 4

    1. Iċ-ċentru għandu jkollu Bord tal-Maniġment ikkostitwit minn:

    (a) rappreżentant minn kull entità elenkata fl-Artikolu 2(1); kull arranġament imsemmi fl-Artikolu 2(2), jista' jipprevedi rappreżentazzjoni ta' entità li tkun parti ta' dak l-arranġament;

    (b) rappreżentant minn kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea; u

    (ċ) żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni.

    2. Alternattivi għar-rappreżentanti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu maħtura biex jissostiwixxu r-rappreżentati fl-assenza tagħhom.

    3. Il-Bord tal-Maniġment għandu jkun ippresjedut minn wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    1. Membri tal-Bord tal-Maniġment għandhom jiġu maħtura għal tlett snin.

    2. Il-ħatra ta' membri tal-Bord tal-Maniġment għandhu jkun jista' jiġġedded.

    Artikolu 6

    1. Il-President għandu jsejjaħ laqgħa tal-Bord tal-Maniġment mill-inqas darbtejn fis-sena u jekk mhux inqas minn terz tal-membri msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) jitolbu għaliha huma stess.

    2. Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Maniġment għandhom jittieħdu minn maġġoranza ta' żewġ terzi.

    3. Kull membru tal-Bord tal-Maniġment għandu jkollu vot wieħed.

    4. Il-President m'għandux jivvota.

    Artikolu 7

    Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura proprji.

    Artikolu 8

    1. Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta il-program annwali ta' xogħol taċ-ċentru fuq il-bażi ta' l-abbozz preparat mid-Direttur.

    2. Il-programm jista' jiġi adattat matul is-sena bil-proċedura msemmija fil-paragrafu 1.

    3. Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta rapport fuq l-attivitajiet taċ-ċentru. Id-Direttur għandu jikkomunika dan lill-entitajiet kolla elenkati fl-Artikolu 2 u l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri.

    Artikolu 9

    1. Iċ-ċentru għandu jkun taħt l-awtorità ta' Direttur maħtur mill-Bord tal-Maniġment fuq proposta tal-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin; il-ħatra għandha tiġi mġedda.

    2. Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżentattiv taċ-ċentru. Hu jew hi jkunu responsabbli għal:

    - preparazzjoni u l-implimentazzjoni korretta tal-programm ta' xogħol u tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord tal-Maniġment,

    - l-amministrazzjoni ta' kuljum,

    - prestazzjoni tal-kompiti assenjati liċ-ċentru,

    - l-implimentazzjoni tal-budget,

    - kull kwistjoni tal-persunal, u

    - il-preparazzjoni tal-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment.

    3. Id-Direttur għandu jkun marbut li jagħti rendikont lill-Bord tal-Maniġment.

    Artikolu 10

    1. Stimi għandhom jiġu mfassla fuq l-introjtu u l-infiq taċ-ċentru għal kull sena finanzjarja, li għandha tikkorispondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu mdaħħla fil-budget taċ-ċentru.

    2. (a) L-introjtu u l-infiq li jintwera fil-budget taċ-ċentru għandu jkun bilanċjat.

    (b) Bla ħsara għad- dispożizzjonijiet imniżżla f'subparagrafu (ċ) l-introjtu għandu jiġi mill-pagamenti magħmulin mill-entitajiet li jkunu rċievu s-servizz mingħand iċ-ċentru bħala ħlas għax-xogħol tiegħu.

    (ċ) Fil-perjodu inizjali, li mgħandux jeċċedi tlett eserċizji tal-budget:

    - l-entitajiet li jkunu rċevew is-servizz mingħand iċ-ċentru għandhom jikkontribwixxu somma li tkun persentaġġ tal-budget tagħhom, ibbażat fuq l-itjeb informazzjoni possibli, u li għandu jkun aġġustat fid-dawl tax-xogħol realment magħmul,

    - kontribut jista' jiġi magħmul mill-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej liċ-ċentru biex jiġi assigurat l-operazzjoni tiegħu.

    3. L-infiq taċ-ċentru għandu jinkludi remunerazzjoni ta' l-istaff, spiżi amministrattivi u infrastrutturali u spiżi operazzjonali.

    Artikolu 11

    1. Qabel ir-reviżjoni prevista fl-Artikolu 19, kull entità msemmija fl-Artikolu 2(1) li qeda tesperjenza diffikultajiet partikolari in konnessjoni mal-proviżjoni ta' servizzi miċ-ċentru tista' tavviċina liċ-ċentru biex issib l-iktar soluzzjonijiet xierqa għal dawk id-diffikultajiet.

    2. Jekk ikun impossibbli li jintlaħqu dawn is-soluzzjonijiet fi żmien tlett xhur, l-entità in kwistjoni tista' tibgħat komunikazzjoni sostanzjata b'mod korrett lill-Kummissjoni, biex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu l-miżuri neċessarji u, jekk ikun xieraq, torganizza, taħt il-patroċinju taċ-ċentru u bl-assistenza tiegħu, rikors iktar sistematiku għal terzi għat-traduzzjoni tad-dokumenti.

    Artikolu 12

    Il-Kummissjoni għandha tipprovdi liċ-ċentru, fuq il-bażi ta' l-arranġamenti li jiġu konklużi maċ-ċentru, għar-rimborż ta' l-infiq, bl-assistenza segwenti:

    1. servizzi ta' sostenn: terminoloġija, databases, dokumentazzjoni, traduzzjoni mekkanizzata, taħriġ u reġistrazzjoni ta' tradutturi freelance kif ukoll is-sekondar ta' uffiċjali għal postijiet fiċ-ċentru;

    2. l-amministrazzjoni ta' servizzi amministrattivi bażiċi: ħlas ta' salarji, forniment ta' l-assigurazzjoni tas-saħħa, skemi tal-pensjoni, organizzazzjoni tas-servizzi soċjali.

    Artikolu 13

    1. Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, id-Direttur għandu joħloq abozz ta' kont li juri l-istimi ta' l-introjtu u l-infiq neċessarju għas-sena finanzjarja segwenti u għandu jgħaddihom lill-Bord tal-Maniġment, flimkien ma' pjan stabbilit.

    2. Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta l-kont ta' l-istimi flimkien mal-pjan stabbilit u għandu jgħaddihom immedjatament lill-Kummissjoni, li, fuq dik il-bażi, għandha tistabbilixxi l-istimi li jikkorrispondu għas-sussidji konċessi lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 2 fl-abbozz preliminari tal-budget li tpoġġi quddiem il-Kunsill skond l-Artikolu 203 tat-Trattat.

    3. Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta l-budget taċ-ċentru qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, u jbiddilha fejn ikun neċessarju għall-pagamenti magħmula mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2.

    Artikolu 14

    1. Id-Direttur għandu jimplimenta l-budget taċ-ċentru.

    2. Il-monitoraġġ tar-rabta u l-pagament ta' l-infiq kollu taċ-ċentru u ta' l-istabbiliment u l-irkupru ta' l-introjtu kollu taċ-ċentru għandu jkun eżerċitat mill-Kontrollur Finanzjarju tal-Kummissjoni.

    3. Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, id-Direttur għandu jibgħat lill-Kummissjoni, lill-Bord tal-Maniġment u lill-Qorti ta' l-Awdituri l-kontijiet ta' l-introjtu u l-infiq kollu taċ-ċentru dwar is-sena finanzjarja preċedenti. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha teżaminhom skond l-Artikolu 188ċ tat-Trattat.

    4. Il-Bord tal-Maniġment għandu jagħti discharge lid-Direttur taċ-ċentru dwar l-implimentazzjoni tal-budget.

    Artikolu 15

    Wara li jikkonsulta l-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri, il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta dispożizzjonijiet finanzjarji interni li jispeċifikaw, partikolarnent, il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-budget taċ-ċentru.

    Artikolu 16

    Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu jgħodd għaċ-ċentru.

    Artikolu 17

    1. L-istaff taċ-ċentru għandu jkun soġġett għar-regoli u regolamenti li japplikaw għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Dwar il-persunal tiegħu, iċ-ċentru għandu jeżerċita s-setgħet li ġew devoluti lill-awtorità li tappunta.

    3. Il-Bord tal-Maniġment, fi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta id-disposizzjoniijet ta' l-implimentazzjoni neċessarji biex jassigura, inter alia, il-konfidenzjalita' ta' ċertu xogħol.

    Artikolu 18

    1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali taċ-Ċentru għanda tkun regolata mill-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwestjoni.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-ġurisdizzjoni biex tagħti ġudizzji skond kull klawsola ta' l-arbitraġġ li tkun tinstab f'kuntratti konklużi miċ-Ċentru.

    2. F'każ ta responsabbiltà mhux kuntrattwali, iċ-Ċentru għandu, skond il-prinċipji ġenerali komuni għall-liġijiet ta' l-Istati Membri jgħamel tajjeb għad-danni kawżati mill-impjegati tiegħu fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha jkollha ġurisdizzjoni f'kull kwistjoni dwar ħlas għad-danni.

    3. Ir-responsabbiltà personali ta' l-impjegati taċ-Ċentru għandha tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għalihom.

    Artikolu 19

    Il-proċeduri ta' l-operazzjoni taċ-Ċentru kif definiti f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu reviżjonati mill-Kunsill fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni u wara Opinjoni tal-Parlament Ewropew ikun ġie mogħti, mhux iktar tard minn tlett snin wara t-tmiem tal-perjodu inizjali taċ-Ċentru, li mgħandiex teċċedi tlett snin ta' budget.

    Artikolu 20

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 28 Novembru 1994.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. Kinkel

    [1] ĠU C 323, tat-30.11.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top