Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R2019

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/94 tat-2 ta' Awissu 1994 dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

    ĠU L 203, 6.8.1994, p. 5–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2007; Imħassar b' 32007R1375

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2019/oj

    31994R2019



    Official Journal L 203 , 06/08/1994 P. 0005 - 0009
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 60 P. 0097
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 60 P. 0097


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/94

    tat-2 ta' Awissu 1994

    dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1866/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 (2) tiegħu,

    Billi, fil-qafas tal-GATT, il-Komunità Ewropea u l-USA ftiehmu li jiċċaraw id-definizzjoni tat-tariffa dwar ir-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum; billi l-importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunita huma suġġetti għall-analiżi tal-laboratorju sabiex tkun ivverifikata l-konformità tagħhom mad-definizzjoni tat-tariffa; billi is-Servizz Federali ta' l-Ispezzjon tal-Qamħ (FGIS / SFSQ) tad-Dipartiment tal-Agrikoltura ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-industrija tat-tħin bit-tixrib ta' l-USA, taħt reviżjoni regolari mill-awtoritajiet ta' l-USA, għandhom jiċċertifikaw li l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-USA lejn il-à huma konformi mad-definizzjoni miftiehma;

    Billi fuq il-bażi tal-istabbeliment ta' sistema li takkumpanja ċ-ċertfikati għall-verifikar mal-konformità tal-importazzjoni mill-USA huwa xieraq li l-miżuri tas-soltu tal-verifika għandhom jissoktaw li jkunu applikati għall-importazzjoni mill-USA akkumpanjati b'dawn iċ-ċertifikati u għall-importazzjoni l-oħra kollha ta' residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum;

    Billi komunikazzjoni regolari mill-Istati Membri lejn il-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet u l-valur tal-prodotti permezz tal-kopertura ta' dawn iċ-ċertifikati hija waħda mil-elementi miftiehma mal-USA sabiex tgħin il-monitoraġġ aktar effettiv tal-implimentazzjoni tal-ftehim ta' hawn fuq;

    Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Ir-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum importat fil-Komunità mill-USA permezz tal-kodiċi tan-NM 23031019 għandhom ikunu soġġett għal verifika tal-konformità tagħhom ma' din il-kodiċi permezz ta' analiżi tal-laboratorju tat-tagħbijiet kollha bil-baħar mhux akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mis-SFSQ u ċertifikat maħruġ mill-industrija tat-tħin bit-tixrib kif iddikjarat fl-Anness ta' hawn.

    2. It-tagħbijiet bil-baħar mill-USA li jkunu akkumpanjati b'dawn iż-żewġ ċertifikati u t-tagħbijiet bil-baħar mill-pajjizi terzi l-oħra kollha huma soġġetti għall-miżuri doganali tas-soltu dwar il-verifika ta' l-importazzjoni.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni qabel l-aħħar ta' kull xahar il-kwantitajiet u l-valur tal-prodotti importati permezz tal-kodiċi tan-N 23031019 matul ix-xahar ta' qabel u akkumpanjati biċ-ċertifikat ta' konformità speċifikat fl-Artikolu 1 (1).

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta' Settembru 1994.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fi-2 ta' Awissu 1994.

    Għall-Kummissjoni

    Hans Van Den Broek

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, ta'l-1.7.1992, p. 21.

    [2] ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANEXOBILAGANHANGΠΑΡΑΡΤΗΜΑANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXO

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top