This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R1908
Commission Regulation (EC) No 1908/94 of 27 July 1994 amending Regulation (EEC) No 2048/90 laying down detailed rules for the application of the system of aid in favour of small cotton producers
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KEE) Nru 1908/94 tas-27 ta' Lulju 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2048/90 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' għajnuna favur produtturi żgħar tal-qoton
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KEE) Nru 1908/94 tas-27 ta' Lulju 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2048/90 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' għajnuna favur produtturi żgħar tal-qoton
ĠU L 194, 29.7.1994, p. 32–32
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV)
In force
Official Journal L 194 , 29/07/1994 P. 0032 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0203
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0203
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KEE) Nru 1908/94 tas-27 ta' Lulju 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2048/90 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' għajnuna favur produtturi żgħar tal-qoton IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1152/90 tas-27 ta' April 1990 li jistitwixxi sistema ta' għajnuna favur produtturi żgħar tal-qoton ([1] ), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2054/92 ([2] ), u partikolarment bl-Artikolu 7(1) tiegħu, Billi l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2048/90 tat-18 ta' Lulju 1990 ([3] ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3023/93 ([4] ), li jistabbilixxi ċerti kundizzjonijiet għall-għoti ta' l-għajnuna biex jassigura li s-sistema taħdem tajjeb; billi qed jidher ċar li l-għan imfittex, li hu l-għoti ta' l-għajnuna lill-produtturi tal-qoton li jkabbru l-qoton f'zona ta' mhux iżjed minn 2,5 ettari, qed tkun ċikunċiża f'ċerti każi bit-tnaqqis b'qerq taz-zoni b'aċċess taż-żona massima sabiex tħalli applikazzjonijiet ta' l-għajnuna li jkunu ppreżentati minn produtturi żgħar li m'humiex awtentiċi f'isem produtturi ta' vera; billi, biex tiġi evitata din it-tendenza mhix xierqa, dispożizzjoni għandha ssir għall-għajnuna biex tingħata biss lill-produtturi żgħar li jipproduċu l-qoton minn rajhom; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2048/90 hu emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2(1), il-punt (c) li ġej huwa miżjud: `(c) ikunu ġew użati għal dak il-wiċċ mill-applikant minn rajh u meta l-operazzjonijiet referuti fi (a) ikunu ġew imwettqa minnu jew taħt ir-risponsabilità tiegħu.` 2. L-inċiż li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 3(4): - a declaration that the area has been cultivated by the declarer for his own account.' - dikjarazzjoni li z-zona kient ikkoltivata mid-dikjaratur minn rajh.' 3. Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 3: 5. fuq talba mill-Istat Membru, applikanti għandhom jipprovdu provi li jiċċertfikaw għas- sodisfazzjon ta` l-Istat Membru li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(c) huma milħuqa.' Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jkun japplika fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mis-sena ta' marketing 1994/95. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1994. Għall-Kummissjoni René STEICHEN Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 116, tat-8.5.1990, p. 1. [2] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 13. [3] ĠU L 187, tad-19.7.1990, p. 29. [4] ĠU L 270, tat-30.10.1993, p. 65.