EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R1756

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jiftaħ il-kwoti kwantitattivi ta' l-importazzjoni għal prodotti tat-tessuti fil-kategoriji 122, 123, 124, 125 B, 140 u 146 Ċ mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi

ĠU L 183, 19.7.1994, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2015: This act has been changed. Current consolidated version: 15/07/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/1756/oj

31994R1756



Official Journal L 183 , 19/07/1994 P. 0009 - 0010
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0099
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0099


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/94

tat-18 ta' Lulju 1994

li jiftaħ il-kwoti kwantitattivi ta' l-importazzjoni għal prodotti tat-tessuti fil-kategoriji 122, 123, 124, 125 B, 140 u 146 Ċ mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim, protokolli jew arranġamenti oħra bilaterali, jew b'regoli oħra speċifiċi tal-Komunità dwar l-importazzjoni [1] , u b'mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 3 (5) ta' dan b'rabta ma’ l-Artikolu 25(4) ta' dan,

Billi l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 jipprovdi li l-prodotti tat-tessuti mniżżla fl-Anness V li joriginaw fil-pajjiżi elenkati jistgħu jkunu impurtati biss jekk limitu kwantitattiv annwali jkun ġie ffissat skond il-proċedura xierqa kif provduta fl-Artikolu 25;

Billi saret talba lill-Kummissjoni minn sitt Stati Membri għall-introduzzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni li jkopru prodotti fil-kategoriji 122, 123, 124, 125 B, 140 u 146 Ċ mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex ilaħħqu ma’ ċerti domandi tas-suq; billi l-kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 25 qies, wara diskussjoni, li jkun xieraq fid-dawl ta' l-istat ta' l-industrija tal-Komunità li jiddeċiedi fuq 130, 5, 600, 8, 100 u 270 tunnellata rispettivament bħala l-limiti kwantitattivi annwali li għalihom importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti f'kategoriji 122, 123, 124, 125 B, 140 u 146 C li joriginaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jkunu soġġetti mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ; billi għalhekk huwa meħtieġ li jkunu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 u jkun stipulat, fl-interessi ta' sigurtà legali li l-kwota tkun amministrata skond il-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 17 ta' l-imsemmi Regolament tal-Kunsill;

Billi dawn il-miżuri huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tat-tessuti fil-kategoriji 122, 123, 124, 125 B, 140 u 146 Ċ mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom ikunu soġġetti għal limiti kwantitattivi annwali ta' 130, 5, 600, 8, 100 u 270 tunnellata rispettivament li jkunu amministrati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 17 ta' Regolament tal-Kunsill Nru 517/94.

Artikolu 2

L-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill Nru 517/94 għandhom ikunu emendati kif muri fl-Anness f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Lulju 1994.

Għall-Kummissjoni

Leon Brittan

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS IV

Limiti kwantittativi annwali tal-komunita msemmija fl-Artikolu 3 (1)

(Id-deskrizzjonijier tal-prodott tal-kategoriji elenkati f'dan I-Anness jinsabu f'Anness IA ta'dan ir-Regolament)

ĊINA

Kategorija | Unità | Kwantita |

ex 13 | 1000 bićća | 150 |

ex 18 | tunnellata | 98 |

ex 20 | tunnellata | 10 |

ex 24 | 1000 bićća | 120 |

ex 39 | tunnellata | 10 |

ex 78 | tunnellata | 3 |

115 | tunnellata | 450 |

117 | tunnellata | 450 |

118 | tunnellata | 950 |

120 | tunnellata | 63 |

122 | tunnellata | 130 |

123 | tunnellata | 5 |

124 | tunnellata | 600 |

125B | tunnellata | 8 |

ex 136 | tunnellata | 285 |

140 | tunnellata | 100 |

146C | tunnellata | 270 |

156 | tunnellata | 760 |

157 | tunnellata | 5400 |

159 | tunnellata | 3020 |

160 | tunnellata | 30 |

161 | tunnellata | 10777 |

--------------------------------------------------

Top