Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R1638

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1638/94 tal-5 ta' Lulju 1994 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 172, 7.7.1994, pp. 5–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/1638/oj

31994R1638



Official Journal L 172 , 07/07/1994 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 12 P. 0104
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 12 P. 0104


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1638/94

tal-5 ta' Lulju 1994

li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 882/94 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika tal-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti iridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi hija l-aċċettazzjoni illi t-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifika tal-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw jiġu invokati, skond id-dispożizzjonijiet f'Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunita [3], għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur;

Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

It-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jiġu invokati skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2912/02 għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Lulju 1994.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tal-10.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 103, tat-22.4.1994, p. 5.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Id-Deskrizzjoni tal-oġġetti | Il-Kodiċi tal-Klassifika tan-NM | Ir-Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.L-elementi ta' adapter huma: bords għad-dħul u l-ħruġ, bordijiet oħra għall-memorja u l-interface, bord għall-kontroll, (b'komponenti passivi u attivi u circuits monolitiċi) u bord għall-enerġijaL-adapter jipprovdi għat-trażmissjoni diġitali bejn magni diġitali u oħrajn b'netwerk ta' 10 Mbps (megabits għa kull sekonda) | 85178290 | Klasifikácia je určená ustanoveniami všeobecných pravidiel 1 a 6 pre interpretáciu kombinovanej nomenklatúry, poznámka 5 ku kapitole 84, a znením číselných znakov (KN) 8517, 851782 a 85178290. |

2.Adapter li jgħaqqad fis-sistemazzjoni tiegħu nnifsu, li jikkonsisti minn żewġ adapters, magħquda bil-fil u kkontrollati b'unità ta' mikro-proċessur.L-elementi pinċipali taż-żewġ adapters huma: blokki għad-dħul u l-ħruġ, blokka b’ interface u blokka tal-memorja, blokk tal-kontroll (b'komponenti attivi u passivi u ċirkwiti monolitiċi integrati) u blokka tal-provvista tal-enerġija L-apparat jgħaqqad diġitalment żewġ networks li għandhom karatteristiċi differenti u b'hekk jipprovdi għat-trasmissjoni tal-informazzjoni. | 85178290 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nota 5 mal-Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8517, 851782 u 85178290. |

3.Transceiver fis-sistemazzjoni tiegħu nnifsu, li l-elemeni prinċipali tiegħu huma blokka tad-dħul u l-ħruġ, blokka tal-kontroll (b'komponenti attivi u passivi u ċirkwiti monolitiċi integrati) u provvista tal-enerġija inkluża fihL-apparat jagħmilha possibbli li jitwaħħlu sa erba' adapters ma' network ta' 50-Mbps (Megabites kull sekonda) għat-trasmissjoni diġitali tal-informazzjoni. | 85178290 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nota 5 mal-Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8517, 851782 u 85178290. |

4.Montatura elettronika magħrufa bħala riċevitur Pinfer li tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin: Dijodu PIN li jikxef bil-fotografija, microwave, transisturi FET tal-amplifikazzjoni fil-għamla ta' chip, chips transisturi bipolari semi-kondutturi, reżisturi stampati fuq tertuqa ħoxna u chips kapaċitaturi.Id-dijodi PIN li jikxef bil-fotografija huwa mmuntat fuq substrat li hu mmuntat fuq substrat ieħor flimkien ma' komponenti oħra, u kollox huwa magħluq f'casing u kkonnettjat ma’ tul ta' fil tal-fibra ottika (konnessjoni malju tax-xagħar) | 85179092 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nota 5 (B) (b) mal-Kapitolu 85 tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8517, 851790 u 85179092. |

5.Partijiet tat-telefonijiet mobbli:(a)unità ta' filtru tal-wiċċ bil-mewġa akustika bi frekwenza fiċ-ċentru ta' 45,5 MHz (± 50 kHz) u wisa’ tal-band ta' 39 kHz fi 3 dB (950 kHz f'20 dB) kontenut f'sistemazzjoni li d-daqsijiet tagħha minn barra ma jaqbżux il-5 × 13 × 21 mm, b'mhux iktar minn 6 konnessjonijiet.Il-filtru huwa mibni fil-għamla ta' filtru li jgħaddi l-band.Ineħħi s-sinjali u l-ħoss mhux mixtieqa mill-kanali fil-qrib. | 85299098 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8529, 852990 u 85299098. |

(b)oxxillatur ikkontrollat mill-voltaġġ bi frekwenza tal-oxxillazzjoni ta' 915 MHz jew iktar f’ 4,5 V, u li ma jaqbiżx it-89 ċ MHz f'1 V, kontenut f'sistemazzjoni li d-daqsijiet tagħha fuq barra ma jaqbżux il-5 × 10 × 15 mm, b'mhux iktar minn 4 konnessjonijiet.L-oxxillatur jiġġenera sinjali lokali li meta mħallta mas-sinjali ta' frekwenza għolja li jkunu qegħdin jiġu rċevuti jistgħu jiġu ppoċessati u d-demodulati f'sinjali finali tad-diskors. | 85299098 |

6.Tubi endotrakeali prinċipalment użati ma’ l-apparat anestetiku. | 90189060 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nota 2 b mal-Kapitolu 90 tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 9018, 901890 u 90189060. |

7.Apparat elettroniku li jittestja l-komponenti li jikkonsisti f'kabinett li jkun fih kalkolatur, ras tat-test inklużi panewwa tal-kontroll, tastiera u monitor.Il-blokki taċ-ċirkwiti li jkun fihom il-komponenti li jridu jiġu ttestjati jitqiegħdu fuq panewwa tal-kuntatt fejn jiġu ċċekkjati. Il-kuntatti fuq il-panewwa jibagħtu impuls elettriku lil kull komponent fuq il-blokka taċ-ċirkwit. L-apparat li jittestja jistabbilixxi jekk ir-riżultati miksuba minn komponent mogħti jkunux iktar għolja jew iktar baxxi minn valur ta' referenza (is-soltu voltaġġ jew frekwenza), maħżun fil-memorja tiegħu qabel jibdew it-testijiet, għalbiex jikxfu kull difett. | 90308190 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nota 3 mal-Kapitolu 90 tan-nomenklatura magħquda, u bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 9030, 903081 u 90308190. Ara wkoll in-noti ta' spjega man-nomnklatura magħquda li jirrigwardaw is-subintestatura 90308190 |

8.Apparat li jittestja l-blokki taċ-ċirkwitu elettroniċi li jikkonsisti f'kabinett li jkun fih kalkolatur, ras tat-test inklużi l-konnetturi jew panewwa tal-kontroll, printer, tastiera u monitor.L-apparat tat-testijiet jiċċekkja t-twettiq tax-xogħol globali tal-blokka taċ-ċirkwit. Il-blokka taċ-ċirkwit hija mwaħħla mal-konnetturi jew imqiegħda fuq il-panewwa tal-kuntatt. L-apparat tat-testijiet jibgħat impulsi elettriċi minn ġewwa l-blokka u jistabbilixxi jekk ir-riżultati miksuba għall-blokka jkunux ogħla jew iktar baxxi minn valur ta' referenza maħżun fil-memorja tiegħu qabel ma jibdew it-testijiet. | 90308190 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nota 3 mal-Kapitolu 90 tan-nomenklatura magħquda, u bil-mod tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9030, 903081 u 90308190. Ara wkoll in-noti ta' spjega man-nomnklatura magħquda li jirrigwardaw is-subintestatura 90308190 |

--------------------------------------------------

Top