This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R1467
Council Regulation (EC) No 1467/94 of 20 June 1994 on the conservation, characterization, collection and utilization of genetic resources in agriculture
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/94 tal-20 ta' Ġunju 1994 fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/94 tal-20 ta' Ġunju 1994 fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura
ĠU L 159, 28.6.1994, p. 1–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 06/05/2004; Imħassar b' 32004R0870
Official Journal L 159 , 28/06/1994 P. 0001 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0156
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0156
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/94 tal-20 ta' Ġunju 1994 fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3], Billi, bl-iskop tal-preservazzjoni tad-diversità bioloġika u ġenetika fl-agrikultura fil-Komunità, li tikkostitwixxi fond irripjazzabbli ta' riżorsi bioloġiċi u ġenetiċi, għandhom ikunu preservati r-riżorsi ġenetiċi; billi għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex ikunu konservati, karatterizzati, miġbura u utilizzati dawk ir-riżorsi biex ikunu promossi l-miri tal-politika agrikola komuni u titħares id-diversità bioloġika skond il-Konvenzjoni ta' Diversità bioloġika ratifikata mill-Komunità fl-1993; billi għandhom jgħoddu soluzzjonijiet kollha li jħarsu 'il quddiem li jistgħu jinħtieġu; Billi f' dan ir-Regolament agrikultura għandha tittieħed fis-sens wiesgħa tal-kelma u għalhekk ir-riżorsi ġenetiċi għandhom jinkludu riżorsi ġenetiċi fis-selvikultura; Billi riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura jinkludu kemm riżorsi ġenetiċi tal-pjanti u l-annimali fit-tifsira ta' dan ir-Regolament; Billi l-mira tal-iżvilupp u l-koordinament effettiv tal-konservazzjoni, karatterizzazzjoni, ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandha tkun li jkun organizzat, għall-ġid komuni, xogħol magħmul fl-Istati Membri, biex jintużaw ir-riżultati ta' dak ix-xogħol effettivament, biex ikun dirett dak ix-xogħol għall-finijiet kompattibbli mal-politika komuni agrikola u skond il-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bioloġika, u biex jinġabru r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet li jirrispondu għall-bżonnijiet tal-Komunità wara li jitqiesu, fejn xieraq, dawk l-azzjonijiet meħuda fl-istess qasam minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala kompetenti u minn pajjiżi Ewropej barra l-Unjoni; Billi, biex jintlaħaq dak l-oġġettiv, għandhom ikunu stabbiliti l-bidla permanenti tal-informazzjoni u, partikolarment, konsultazzjonijiet reċiproċi fuq programmi fi Stati Membri, eżistenti jew ippjanati għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsa ġenetika fl-agrikultura; Billi l-koordinazzjoni fil-livell Komunitarju, ta' xogħol li qed isir diġa fil-livell nazzjonali tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandha tħalli dak ix-xogħol isir aktar effettiv; Billi x-xogħol li sar jidher li mhux biżżejjed jew minħabba n-natura tax-xogħol innifsu jew minħabba l-mezzi disponibbli għall-Istati Membri ma jħalluhomx iżidu l-isforzi tagħhom fil-qasam tal-konservazzjoni, karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura; billi skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Komunità Ewropea għandha għandha tkun tista' tappoġġa u tissupplimenta l-isforzi magħmula fl-Istati Membri f'dawn il-każijiet, u għalhekk ikunu jistgħu jitħarsu l-obbligi li jaqgħu fuq il-Komunità biex tħares l-ambjent u l-kampanja u biex ikunu żviluppati u implimentati pjanijiet għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diverrsità bioloġika; billi l-problema tal-konservazzjoni ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandha dimensjoni transnazzjonali u tikkonċerna l-Istati Membri kollha imma s'issa ma kien hemm l-ebda programm ta' azzjoni f'dan il-qasam fil-livell Komunitarju; billi l-aħjar soluzzjoni hija billi jiżdied il-valur bit-twaħħid ta' azzjonijiet eżistenti u bl-appoġġ ta' azzjonijiet ġodda ta' prijorità għolja; billi n-nuqqas ta' azzjoni twassal għall-ineffiċjenza u telf ta' riżorsi ġenetiċi; Billi xogħol li sar fil-qasam tal-konservazzjoni, karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandu jżid id-diversifikazzjoni fl-agrikultura, jgħin biex tinżamm id-diversità bioloġika, itejjeb il-kwalità ta' prodotti agrikoli u jnaqqas ħlasijiet u spejjeż tal-produzzjoni agrikola billi titħeġġeġ partikolarment, il-firxa tal-produzzjoni agrikola; Billi, minħabba l-koordinazzjoni tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura hija marbuta direttament mal-politika agrikola komuni, il-miżuri adottati għal dak l-iskop għandhom ikunu applikati kemm jista' jkun malajr; Billi, għall-finijiet tal-koordinazzjoni minħabba l-firxa ġeografika tal-għana ġenetiku tal-agrikultura tal-Komunità u minħabba l-bżonn biex ikunu implimentati l-miżuri rilevanti, għandha tkun stabbilita kooperazzjoni mill-qrib u permanenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura; Billi l-koordinazzjoni tax-xogħol fil-livell nazzjonali jeħtieġ għarfien wiesgħa u dettaljat tas-sitwazzjni dwar il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura f'kull Stat Membru; billi l-informazzjoni rilevanti għandha tinġabar u jkunu preskritti l-proċeduri għall-aċċess tagħhom; Billi xogħol magħmul fil-livell Komunitarju għandu jkun dirett partikolarment, għat-titjib tal-kwalità ta' prodotti agrikoli u s-sejbien ta' użi ġodda għall-prodotti agrikoli tradizzjonali jew ġodda biex jiżdied il-valur miżjud tagħhom; Billi programm tal-Komunità ta' miżuri għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandha tgħin biex tkun preservata d-diversità fil-Komunità, tiżdied il-kompettitività fl-agrikultura u tittejjeb il-ġestjoni tar-riżorsi agrikoli; Billi programm tal-Komunità tali ta' miżuri fit-tul jistgħu jwasslu għall-forom ġodda ta' produzzjoni, u għalhekk tibbenefika l-agrikultura, l-ambjent u l-kampanja; Billi huwa importanti li jkun żgurat li r-riżultati tax-xogħol fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura li għalihom tagħmel kontribut il-Komunità isiru disponibbli għall-Komunità; Billi fil-qafas tal-politika ġenerali fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura żviluppata mill-Komunità bl-għajnuna ta' korpi konsultattivi rilevanti, it-twaqqif ta' kumitat kompost minn rappreżentanti ta' Stati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni huwa l-aktar mezz xieraq għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni, dan il-kumitat ikun jista' jipprovdi l-għajnuna u pariri xierqa lill-Kummissjoni fit-twettieq ta' dawk l-impenji mogħtija lilha fil-koordinazzjoni tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura; Billi, biex ikun permess l-użu ta' riżultati miksuba, it-tqassim tagħhom u l-għoti ta' pariri għandhom jitħeġġu; billi biex jintlaħaq l-użu l-aktar xieraq u wiesgħa tal-programm ta' azzjoni kemm jista' jkun għandu jkun supplimentat bil-pubblikazzjonijiet li jkopru r-riżultati u l-attivitajiet konsultattivi, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Bl-iskop li jintlaħqu l-miri tal-politika agrikola komuni, xogħol fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura magħmul fl-Istati Membri għandu jkun koordinat u mħeġġeġ fil-livell Komunitarju taħt il-kondizzjonijiet preskritti f'dan ir-Regolament. 2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament: (a) riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandhom jinkludu riżorsi ġenetiċi kemm ta' pjanti u ta' annimali; (b) - riżorsi ġenetiċital-pjanti għandhom ifissru partikolarment dawk l-uċuħ agrikoli, inkluż dwieli, għalf, uċuħ ortikulturali, inkluż uċuħ tal-ġnien u ornamentali, uċuħ ta' pjanti mediċinali u aromatiċi, uċuħ tal-frott, siġar tal-foresta, fungi, mikro-organiżmi u flora selvaġġa li huma jew jistgħu jintużaw fil-qasma tal-agrikultura. - riżorsi ġenetiċi tal-annimali għandhom ifissru, partikolarment, dawk l-annimali tar-razzett (vertebrati u ċerti invertebrati), mikro-organiżmi u fawna selvaġġa li huma jew jistgħu jintużaw fil-qasam tal-agrikultura. 3. Il-koordinazzjoni u l-promozzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skond il-politika ġenerali fuq ir-riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura preskritta mill-Komunità. IT-TITOLU I Informazzjoni u konsultazzzjoni Artikolu 2 Għandhom ikunu stabbiliti arranġamenti għall-bdil ta' informazzjoni u konsultazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni taħt il-kondizzjonijiet msemmija f'Artikoli 3 and 4. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi regolari, u tal-inqas darba fis-sena, b'informazzjoni teknika, ekonomika u finanzjarja fuq miżuri speċifiċi għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura mwettqa jew pjanati taħt l-awtorità tagħhom. Għandhom jipprovaw li jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi regolari b'informazzjoni simili fuq il-miżuri ta' konservazzjoni, karatterizzazzjoni, il-ġabra u użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura mwettqa u ippjanati minn korpi mhux taħt l-awtorità tagħhom. 2. Il-Kummissjoni għandha żżomm inventarju permanenti tal-miżuri msemmija fil-paragrfu 1 u, permezz ta' miżuri xierqa, tinkuraġġixxi bdil ta' informazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri partikolarment bdil fuq l-oriġinijiet u l-karatteristiċi tar-riżorsi ġenetiċi disponibbli.. Dan il-bdil ta' informazzjoni jista' jseħħ fil-kuntest ta' miżuri finanzjati mill-programm msemmi f'Artikolu 7. 3. Wara li tinkiseb l-fehma tal-Kumitat msemmi f'Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-proċeduri biex isiru disponibbli lil dawk kollha konċernati l-informazzjoni kollha miġbura. Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel studju permanenti tal-politika fuq is-sitwazzjoni ta', u x-xejriet fil-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fl-Istati Membri, wara li jitqiesu r-riżultati ta' studji rilevanti oħra fil-qasam ta' riżorsi ġenetiċi inkluż dawk disponibbli fuq sfruttament ġenetiku u l-erożjoni. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-Istati Membri ġewwa l-Kumitat msemmi f'Artikolu 13. 2. Il-Kummissjoni għandha torganizza bdil ta' informazzjoni u espanzjoni u titjib tal-miżuri għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura partikolarment permezz ta' seminars, korsijiet ta' taħriġ, bdil ta' esperti, żjajjar ta' studju u rapporti xjentifiċi u tekniċi. IT-TITOLU II Miżuri speċifiċi Artikolu 5 1. Mingħajr preġudizzju għal kull rakkommandazzjoni li l-Kummissjoni tista' tagħmel lill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għal; (a) assistenza għall-koordinazzjoni fil-livell Komunitarju, ta' ċerti miżuri nazzjonali għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura biex tippermetti l-organizzazzjoni razzjonali tal-mezzi impjegati ġewwa l-Komunità u l-użu effiċjenti tar-riżultati u biex jintlaħaq approċċ skond il-miri tal-politika agrikola komuni; (b) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' miżuri għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fil-livell Komunitarju biex jappoġġaw u jissuplimentaw l-azzjoni meħuda fl-Istati Membri, 2. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 14. Artikolu 6 1. Skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li kull riżultat li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni ta' miżuri adottati bis-saħħa ta' Artikolu 5(1) ikun disponibbli għall-Komunità bl-aktar mezzi xierqa. 2. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa skond il-miri tal-politika agrikola komuni, biex tħeġġeġ id-disseminazzjoni u l-isfruttament ta' kull riżultat tax-xogħol fil-kamp tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura li jikkontribbwixxu biex jintlaħqu dawk il-miri. IT-TITOLU III Programm ta' azzjoni dwar ir-riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura Artikolu 7 L-ewwel programm għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura kif muri fl-Anness I, minn hawn 'il quddiem msejjaħ 'il-programm, huwa b'dan adottat għall-perjodu ta' ħames snin. Artikolu 8 Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-programm, inkluż il-livell ta' appoġġ finanzjarju mill-Komunità, huma kif murija f'Anness I. Artikolu 9 Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-programm wara li tinkiseb il-fehma tal-Kumitat msemmi f'Artikolu 13. Din il-konsultazzjoni għandha tirrigwarda partikolarment: - l-abbozzar u l-aġġornament ta' programm ta' xogħol - il-kontenut tas-sejħiet pubbliċi għall-proposti ta' azzjoni, - l-istima ta' azzjonijiet għalenija u l-proġetti provduti fl-ANNESS I, - l-iżvilupp u l-isfruttament tal-inventarju msemmi f'Artikolu 3(2). Artikolu 10 1. Il-programm tax-xogħol msemmi fl-ewwel inċiż ta' Artikolu 9 għandu jippreskrivi l-oġġettivi dettaljati, it-tip ta' azzjonijiet li għandhom ikunu applikati u d-dispożizzjonijiet rilevanti finanjarji li għandhom ikunu adottati. Il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħiet pubbliċi għall-proposti ta' azzjoni fuq il-bażi ta' programm ta' xogħol. 2. Kuntratti magħmula mill-Kummissjoni għall-implimentazjoni ta' diversi miżuri għandhom jippreskrivu regoli dettaljati għad-disseminazzjoni, il-protezzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-azzjonijiet meħuda bħala parti mill-programm. Artikolu 11 1. Matul it-tielet sena ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-programm u tagħmel analiżi tas-sitwazzjoni, partikolarment, il-pożizzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq ir-riżultati tar-riviżjoni. 2. Fit-tmiem tal-programm, il-Kummissjoni għandha taħtar grupp ta' esperti indipendenti biex jistmaw ir-riżultati. Ir-rapport tal-grupp, flimkien mal-kummenti tal-Kummissjoni, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. Artikolu 12 1. Il-fondi stmati bħala meħtieġa għall-esekuzzjoni ta' dan il-programm, inkluż l-ispiża tal-persunal u l-amministrazzjoni jammontaw għal ECU 20 miljun. 2. Allokazzjoni indikattiva tal-fondi tingħata f'Anness II. IT-TITOLU IV Dispożizzjonijiet Ġenerali Artikolu 13 1. Kumitat fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura, minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala "il-Kumitat", għandu jkun stabbilit kompost mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Il-Kumitat għandu jadotta regoli tal-proċedura skond ir-regoli adottati fl-1965 għall-Kumitati ta' Ġestjoni stabbiliti għall-amministrazzjoni tal-organizzazzonijiet tas-swieq. 3. Kwistjonijiet għandhom ikunu riferiti lill-Kumitat għal opinjoni skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 14. Artikolu 14 1. Meta l-proċedura preskritta f'dan Artikolu għandha tkun segwita, il-president għandu jirriferi l-kwistjoni lill-Kumitat jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru. 2. Ir-rappresentant tal-Kumissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'limitu taż-żmien illi l-President tiegħu jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata skond il-maġġoranza stipulata f'Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jitwieżnu b'mod preskritt f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw minnufih. Iżda, jekk dawn il-miżuri mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom ikunu ikkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ il-Kummissjoni tista' tippostponi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet għall-perjodu ta' mhux aktar minn xahar mid-data ta' din il-komunikazzjoni. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħdu deċiżjoni differenti fit-terminu msemmi fil-paragrafu 5 ta' qabel. Artikolu 15 Il-Kumitat jista' jikkonsidra kull kwistjoni rilevanti oħra mibgħut lilu mill-president jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru. Artikolu 16 Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq il-miżuri għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura msemmija f'Artikolu 5. Partikolarment, ir-rapport għandu jinkludi: - stħarriġ tal-iżvilupp ta' azzjonijiet fir-rigward tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fl-Istati Membri. - deskrizzjoni tal-iżvilupp tal-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fil-Komunità, - il-pożizzjoni fir-rigward tal-miżuri applikati f'dan ir-Regolament, - studju esploratorju ta' żviluppi mixtieqa fil-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fl-Istati Membri u l-koordinazzjoni tax-xogħol f'dik l-isfera fil-livell Komunitarju fid-dawl tal-miri tal-politika agrikola komuni u tar-riżultati diġa milħuqa taħt dan il-programm. L-istudju għandu jinkludi, fejn xieraq, referenzi għax-xogħol magħmul f'dan il-qasam b'organizzazzjonijiet internazzjonali ta' kompetenza rikonoxxuta. Artikolu 17 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dik tal-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fl-20 ta' Ġunju 1994. Għall-Kunsill Il-President G. Moraitis [1] ĠU Ċ 266, tal- 1.10.1993, p. 2. [2] ĠU Ċ 128, tad- 9.5.1994. [3] ĠU Ċ 52, tad- 19.2.1994, p. 20. -------------------------------------------------- ANNESS I REGOLI DETTALJATI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' PROGRAMM TA' AZZJONI I. OĠĠETTIVI L-oġġettivi għandhom jgħinu jiżguraw u jtejbu l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi ta' pjanti u annimali potenzjalment ta' valur fil-Komunità. Biex jintlaħqu l-oġġettivi, azzjonijiet eżistenti fl-Istati Membri għandhom ikunu koordinati, kumplimentati u estiżi Fl-azzjonijiet kollha l-prinċipju ta' sussidjarjetà għandu jkun applikat. Fejn xieraq, l-azzjonijiet meħuda f'dan il-programm għandhom ikunu segwiti flimkien ma' l-azzjonijiet fl-istess qasam meħuda minn organizzazzjonijiet internazzjonali ta' kompetenza rikonoxxuta. II. DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI 1. Il-programm għandu jkun implimentat mill-Kummissjoni. 2. Il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-programm msemmija f'Artikolu 8 għandhom jinkludu inventarju permanenti ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura fil-Komunità, azzjonijiet għalenija, proġetti bi spejjeż mqassma għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' dawk ir-riżorsi ġenetiċi u miżuri li jakkumpanjawhom. - Inventarju permanenti L-inventarju permanenti għandu jikkonsisti prinċipalment fit-twaqqif, aġġornament regolari u pubblikazzjoni regolari tal-istat u n-natura tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura miġbura fil-Komunità u l-elenkar tax-xogħol kurrenti fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' dawk ir-riżorsi ġenetiċi. Spiża fuq it-twaqqif tal-inventarju u l-pubblikazzjoni regolari tiegħu għandha tkun koperta mill-voti kollha mogħtija għall-implimentazzjoni tal-programm. - Azzjonijiet għalenija Azzjonijiet għalenija għandhom jikkonsistu f'xogħol magħmul mill-Komunità biex tikkoordina azzjonijiet individwali għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura magħmula fl-Istati Membri. Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja sa 100 % tal-ispiża ta' konċentrazzjoni. - Proġetti bl-ispejjeż mqassma għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura. Għandhom ikunu konklużi kuntratti bi spejjeż mqassma għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura. Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ta' mhux aktar minn 50 % tal-ispiża totali tal-proġetti għall-implimentazzjoni tagħhom. Proġetti bi spejjeż mqassma għandhom, bħala regola ġenerali, jitwettqu mill-parteċipanti stabbiliti fil-Komunità. Għandha tingħata prijorità lill-proġetti li jipprovdu għall-parteċipazzjoni ta' tnejn jew iżjed parteċipanti mhux konnessi stabbiliti fi Stati Membri differenti. Kuntratti għall-proġetti bi spejjeż mqassma għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu konklużi wara proċedura ta' għażla ibbażata fuq sejħiet għall-proposti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. F'każijiet urġenti, il-proċedura ristretta tista' tintuża. - Miżuri li jakkumpanjaw Miżuri li jakkumpanjaw għandhom jikkonsistu minn: - l-organizzazzjoni ta' seminars, konferenzi tekniċi u workshops, - miżuri interni ta' koordinazzjoni permezz ta' gruppi tekniċi speċjalizzati, - skemi ta' taħriġ u mobilità għall-persunal speċjalista, - il-promozzjoni tal-użu tar-riżultati. Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja sa 100 % tal-ispiża totali ta' dawn il-miżuri. 3. Kull persuna naturali jew legali li hija ċittadina ta' Stat Membru u stabbilita fil-Komunità tista' tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-miżuri provduti fil-programm.. Il-parteċipazzjoni ta' ċittadini ta' terzi pajjiżi u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità dwar din il-parteċipazzjoni għandhom ikunu eżaminati fuq bażi ta' każ b'każ. 4. Neqfa fuq id-disseminazzjoni tar-riżultati u t-tagħrif miksub matul l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-proġetti għandhom isiru mill-estimi tal-programm. 5. Il-proposti kollha għall-miżuri għandhom jinkludu dikjarazzjoni fuq l-impatt fuq l-ambjent. Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi impenn għall-ħarsien tar-regoli tas-sigurtà rilevanti. III. PROĊEDURI TEKNIĊI 1. Skop (a) Attivitajiet eliġibbli Dan il-programm jirrigwarda l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi, tal-pjanti u l-annimali, li bħalissa jseħħu ġewwa t-territorju tal-Komunità u li x'aktarx jintilfu jekk ma jittieħdux miżuri speċjali. Organiżmi eliġibbli huma pjanti (żerriegħa u ċerti pjanti li jkollhom l-ispori), annimali (vertebrati u ċerti invertebrati) u mikro-organiżmi. It-tipi kollha ta' materjal eliġibbli inkluż cultivars u razzez domestiċi, razzez lokali, materjal ta' min irabbi, ġabriet ta' tip ġenetiku u speċi slavaġġ. Il-programm ikopri materjal li qed jikber attivament u materjal li huwa inattiv (żerriegħa, embrijuni, sperma u pollinu) Ġabriet kemm ex-situ u in-situ huma koperti. Għandha tingħata prijorità lill-speċi li huma, jew li raġonevolment huwa mistenni li jsiru, ekonomikament sinnifikanti fl-agrikultura, ortikultura jew selvikultura fil-Komunità. Tingħata preferenza partikolari għall-użu ta' riżorsi ġenetiċi għal: - diversifikazzjoni tal-produzzjoni fl-agrikultura, - kwalità tal-prodott imtejjeb, - kura aħjar tal-ambjent. "Dokumentazjoni", "passaport", "karatterizzazzjoni" u "valutazjoni" huma definiti f'dan il-programm kif ġej: - "dokumentazzjoni" tirriferi għall-ġabra u l-irrikordjar tat-tipi kollha tad-data, - data"passport" huma irrikordjati fis-sit tal-ġabra, - "karatterizzazzjoni" tirriferi għad-deskritturi tassonomiċi primarji irrikordjati sussegwentement, - "valutazzjoni" tirriferi għall-istima ta' karatteristiċi oħra bħal mard jew resistenza għall-istress, Meta ġabriet huma reġistrati u jsir ġbir ġdid, għandhom jittieħdu passi fil-programm biex jiżguraw li huma inklużi wkoll l-esperjenza reġjonali tradizzjonali u l-għarfien tal-utenti (bdiewa, ortokulturisti) fuq metodi ta' koltivazzjoni, użi speċifiċi, proċessar, togħma eċċ. (b) Esklużi L-azzjonijiet li ġejjin huma speċifikatament mhux eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju taħt dan il-programm: studji teoretiċi, studji biex jippruvaw l-ipoteżijiet, studju biex jittejbu għodod jew tekniċi, xogħol li jinvolvi tekniċi mhux pruvati jew sistemi "mudell" u attivitajiet ta' riċerka oħrajn kollha. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkunu eliġibbli għall-konsiderazzjoni taħt programmi tal-Komunità ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku, Azzjonijiet li huma diġa għaddejja fl-Istati Membri għandhom jikkwalifikaw biss biex isiru azzjonijiet għalenija. Azzjonijiet fuq annimali primittivi, pjanti u mikro-organiżmi mhumiex eliġibbli, ħlief għal dawk li huma mrobbija jew koltivati l-art jew fl-ilma frisk jew dawk l-organiżmi li huma tajba għall-użu bħala aġenti bioloġiċi fl-agrikultura. Għandhom isiru eċċezzjonijiet fil-każ speċifiku ta' relazzjonijiet definiti ġene għal ġene bejn parassita jew simbjont u l-ospiti, u fejn iż-żewġ organiżmi għandhom ikunu konservati. Il-ġabra u l-kisba ta' materjal huma soġġetti għall-prijoritajiet stipulati hawn fuq. 2. Azzjonijiet Għandhom jitħeġġu l-azzjonijiet li ġejjin: (a) Inventarju Għandu jsir inventarju permanenti tax-xogħol magħmul fil-Komunità fuq il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikultura u fuq programmi in situ u ġabriet ex situ, aġġornati perjodikament u pubblikati regolarment. L-inventarju għandu jipprovdi gwida għall-ġabriet ta' riżorsi ġenetiċi konservati u attivitajiet assoċjati fil-Komunità. Il-miri tal-inventarju huma li jappoġġaw l-attivitajiet tal-programm u jħeġġu l-għarfien l-aktar wiesgħa possibbli u l-użu tal-materjal preservat. L-inventarju għandu jkollu d-dettalji sħaħ ta' kull database u ta' kull ġabra appoġġata partikolarment bil-programm, flimkien ma' dettalji l-oħra xierqa. (b) Konservazzjoni, dokumentazjoni u bdil ta' informazzjoni L-oġġettiv huwa li jissaħħu l-isforzi tal-Komunità fil-konservazzjoni u d-dokumentazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi agrikoli, ta' annimali u tal-pjanti, inkluż siġar tal-foresta, billi jkun armonizzat ix-xogħol li qed isir diġa u tkun eliminata d-duplikazzjoni tal-isforz. Ix-xogħol għandu jipproċedi f'serje ta' passi loġiċi. Xogħol li jirrigwarda pass aktar tard m'għandux ikun eliġibbli għal fondi tal-Komunità sakemm ma jkunx hemm prova li l-passi preċedenti ikunu konklużi kemm jekk f'dan il-programm jew qabel. Eventwalment, jekk jintwera li teżisti l-ħtieġa, jistgħu jkunu appoġati azzjonijiet ġodda (pass 6). Biex ikunu armonizzati l-isforzi, id-databases użati fl-azzjonijiet appoġġati mill-programm għandhom ikunu kompatibbli. F'kull pass fil-proċess, għandha tkun pubblikata l-informazzjoni u materjal maħżun għandu, kemm jista' jkun possibbli, ikun disponibbli għad-distribuzzjoni. Għal kull speċi l-passi huma li ġejjin: - Pass 1: Stabbilixxi pjan tax-xogħol Issir lista minima ta' deskritturi primarji, iddisinja u ipprova database komuni u format komuni għal bdil tad-data. Id-database komuni għandha tkun disinjata biex tirrispondi għall-bżonnijiet tal-utenti u għandha tuża l-lingwa standard tad-database. Id-deskritturi magħżula għandhom ikunu ereditabbli ħafna. Għandhom ikunu mfissra fl-ambjenti kollha u jkun irħisa għall-valutazzjoni. - Pass 2: Karatterizza il-ġabriet Oħloq id-database. Iġbor data tal-passaport, immoltiplika jew irriġenera materjal u ikkaratterizza d-deskritturi primarji. - Pass 3: Valutazzjoni (karatterizzazzjoni sekondarja) Fejn rilevanti, żid data minn testijiet oħra ta' screening (ara "valutazzjoni u utilizazzjoni"). - Pass 4 Issortja l-ġabriet Bl-użu tad-database komuni, identifika d-duplikati u nuqqasijiet fil-ġabriet eżistenti. Fejn xieraq, għażel frazzjoni mit-total bħala qalba tal-ġabra. - Pass 5 Irrazzjonalizza l-ġabriet Fejn hemm duplikazzjoni bejn il-ġabriet, irrazzjonalizza u armonizza l-azjendi. Xi sovraponiment tal-azjendi hu meħtieġ biex iħares kontra telf aċċidentali. Il-kriterju minimu hu li duplikati tal-qalbiet tal-ġabriet għandhom isiru mill-anqas f'żewġ siti magħżula. Il-ġabra fil-kumpless tagħha tista' titferrex fuq diversi siti magħżula. - Pass 6: Ikseb (iġbor) riżorsi ġenetiċi Jista' jsir il-ġbir: (i) Meta hemm nuqqasijiet fil-ġabriet, li fid-deher jillimitaw l-utilità tagħhom; jew (ii) meta hemm materjal mhux miġbur li huwa raġonevolment suspettat li huwa uniku u li, jekk mhux miġbur, jintilef. Prattiċi tajba u ta' ħażna għandhom ikun segwiti u l-materjal miġbur għandu jkun dokumentat u mdaħħal fid-database (passi 1 sa 5). Għall-annimali, "ġabra" tista' tinkludi l-ġabra u l-preservazzjoni ta' sperma, bajd u embrijuni ta' razzez mhedda jew uniċi. Għandha issir enfażi partikolari fuq il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni u disseminazzjoni li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' hawn fuq, (ċ) Valutazzjoni u użu L-oġġettiv huwa biex tittejjeb il-valutazzjoni u l-użu ta' materjal maħżun fil-ġabra ta' riżorsa ġenetika in-situ u ex-situ fil-Komunità. L-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli: - Azzjonijiet li jwasslu direttament għall-użu ta' materjal konservat fl-agrikultura, eż il-moltiplikazzjoni ta' materjal kandidat u l-prova tiegħu f'kondizzjonijiet reali. - Il-kisba ta' informazzjoni rilevanti minn utenti li rċevew riżorsi ġenetiċi mill-bank ġenetiku fil-passat u l-ġabra ta' informazzjoni rilevanti mil-letteratura. - Il-valutazzjoni ta' rutina tal-prestazzjoni tal-materjal konservat f'kondizzjonijiet prattiċi. - L-"i screening" ta' rutina ta' materjal konservat għal sorsi ta' ġeni utili u rilevanti li jagħtu eż, kwalità tal-prodott, resistenza għall-mard, annimali ta' ħsara u kondizzjonijiet ta' stress, abbilità ġenerali ta' tgħaqqid u sterilità maskili. - Ir-reġistrazzjoni ta' karatteri mhux ekonomiċi oħra li huma utli operazzjonalment eż għall-identifikazzjoni aktar mgħaġġla jew preċiża tal-ġenotipi. 3. Parteċipazzjoni Għandu jkun hemm żewġ modi ta' parteċipazzjoni fi proġetti ta' spejjeż mqassma Il-kriterji huma kif ġej: (a) Parteċipant maħtur A Parteċipant maħtur: - huwa rikonoxxut għat-taħriġ fil-livell tal-Ph. D.; il-parteċipant għandu jkun lest li jaċċetta studenti għat-taħriġ post-universitarju (3 snin) taħriġ. u/jew - huwa uffiċjalment rikonoxxut mill-Istat Membru, u/jew - huwa ċertifikat mill-Istat Membru li jkollu livell paragunabbli ta' kompetenza fil-qasam rilevanti, u jekk responsabbli għall-ġabra, dik il-ġabra għandha: - tkun aċċessibbli lill-utenti kollha bona fide, - iħares standards ta' prattika tajba, - ikunu f'użu attiv (B) Parteċipant kumplimentari Parteċipant kumplimentari jkollu materjal li huwa kumplimentari ma' dak tal-istess speċi f'bank ġenetiku indikat jew għandu xi kompetenza oħra kumplimentari. Parteċipanti kumplimentari għandhom jipparteċipaw fix-xogħol bħala subkuntratturi f'kollaborazzjoni ma' parteċipant maħtur. Dan huwa programm multidixxiplinari. Hija speċjalment mħeġġeġa l-parteċipazzjoni tad-dixxiplini kollha rilevanti, partikolarment ta' dawk rigwardanti l-użu ta' materjal maħżun. -------------------------------------------------- ANNESS II TQASSIM FINANZJARJU INDIKATTIV TA' RIŻORSI ĠENETIĊI FL-AGRIKULTURA Azzjoni | % | I.Inventarju permanenti | 10 % | II.Konservazzjoni, karatterizzazzjoni, ġabra, użu | 88 % | 1.Riżorsi ġeneriċi tal-pjanti | 66 % | 2.Riżorsi ġenetiċi tal-annimali | 22 % | III.Valutazjoni tal-programm | 2 % | Total | 100 % | --------------------------------------------------