Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R0754

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 754/94 tat-30 ta' Marzu 1994 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 89, 6.4.1994, p. 2–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/754/oj

    31994R0754



    Official Journal L 089 , 06/04/1994 P. 0002 - 0004
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0105
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0105


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 754/94

    tat-30 ta' Marzu 1994

    li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 535/94 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

    Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika tal-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

    Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

    Billi hija l-aċċettazzjoni illi t-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifika tal-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw jiġu invokati, skond id-dispożizzjonijiet f'Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja [3], għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur;

    Billi t-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, rigward il-prodotti bin-Numri 1 u 4 fit-tabella mehmuża;

    Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana, rigward in-Numri tal-prodotti 2, 3, 5, 6 u 7 fit-tabella mehmuża,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

    Artikolu 2

    It-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jiġu invokati skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2912/02 għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Marzu 1994.

    Għall-Kummissjoni

    Christiane Scrivener

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tal-10.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 68, tal-11.3.1994, p. 15.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika tal-Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

    (1) | (2) | (3) |

    1.Prodott magħruf bħala qiegħ għall-grafika jew għad-diġitiżżazzjoni li jikkonsisti minn sistemazzjoni tal-plastik li jkun fih komponenti elettriċi u elettroniċi bħalma huma l-proċessuri, blokka ċatta b'ċirkwit stampat u sistema ta' ċirkwiti għall-interfacing. Il-wiċċ ta' fuqnett, li ż-żona attiva tiegħu hija madwar 28 ċm bi 28 ċ, hija mgħammra b'menu overlay. Il-blokka tiġi b'labra u hija magħquda permezz tal-fili dirttament ma' unità ċentrali tal-proċessar ta' magna awtomatika għall-proċessar ta' l-informazzjoni. | 84719280 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, bin-Nota 5 (B) mal-Kapitolu 84, kif ukoll bil-mod tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8471, 847192 u 84719280. |

    2.Monitor tal-kulur b'tubu b'raġġ katodu ta' riżoluzzjoni qawwija ta' 35,5 ċm b'maskra tad-dell, dot pitch ta' 0,31 mm għall-pixels ta' l-istess kulur, adapter għall-mains u montaturi ta' ċirkwiti sabiex jiġu pproċessati s-sinjali RGB għall-input fil-video u sinkronomi (band tal-video wiesgħa 0 Mhz) u li jmexxi t-tubu ta' l-istampa tar-riproduzzjoni tat-testijit u l-grafika bħala parti mis-sistemi ta' l-EDP u sistemi oħra tal-proċessar ta' l-informazzjoni. Il-monitor mhux kapaċi jirriproduċi dehra bil-kulur minn sinjal kompost tal-video. | 84719280 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, bin-Nota 5 (B) mal-Kapitolu 84, kif ukoll bil-mod tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8471, 847192 u 84719280. |

    3.Modem li jaħdem bil-batteriji li jkun qiegħed f'sistemazzjoni tal-qies 10,2 × 6,1 × 2,5 ċm b'erba’ LEDs li jindikaw l-istat tas-sejħiet, il-veloċita, il-frekwenza tat-trasportatur u l-ħela tal-batterija. Il-modem għandu wkoll konnettur ta' l-informazzjoni, konnessjonijiet bit-telefon, konnessjoni ta' coupler akustiku u jack ta' telefon fil-minjatura standardizzat. Il-modem jintuża għat-trasmissjoni asinkronika ta' l-informazzjoni bejn it-tagħmir tal-proċessar awtomatiku ta' l-informazzjoni permezz tal-linji tat-telefon fil-mod ta' coupler sħiħ akustiku u duplex bil-veloċità ta' 300 jew 1200 bit kull sekonda. | 85174000 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3 (ċ) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, Nota 5 mal-Kapitolu 84 u man-nomenklatura magħquda kif ukoll it-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8521, u 85219000. |

    4.Sistema multi-medja interattiva f'sistemazzjoni waħda (43,8 × 31,75 × 9,4 ċm), kapaċi li tirriproduċi fuq monitor, il-loudspeakers jew il-headphones, l-informazzjoni bl-awdjo, bil-grafiċi, bit-test u bil-video rreġistrati fuq compact disk (CD).Kontroll mill-bogħod infra-red għall-funzjonijiet awdjo u video speċjali ta' l-unità tagħmel parti mis-sistema. Permezz taż-żieda ta' aċċessorji oħra (p.e. disk drive, tastiera u mouse), jista’ jintuża bħala kompjuter personali. Is-sistemazzjoni tikkomprendi l-komponenti li ġejjin: blokka b'ċirkwit stampat, li tinkludi unità tal-proċessar diġitali (CPU, 1 MB RAM, u S12 KB ROM), komponent tal-video, komponent tal-ħoss bl-unità tiegħu nnifsu ta' awdjo bis-CD, uCD-ROM (għar-riproduzzjoni ta' l-informazzjoni, il-ħoss u l-istampa minn 5 & Prime; il-compact disks biss).Is-sistema hija kapaċi tipprovdi madwar 70 minuta ta' mużika ta' fedeltà qawwija u grafiċi ta' riżoluzzjoni għolja jew baxxa. Il-kapabbiltà tar-riproduzzjoni bil-video tad-dehriet statiċi ta' tul taż-żmien massimu ta' madwar ħames minuti. | 85219000 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, Nota 5 mal-Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda kif ukoll bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8521 and 85219000. |

    5.Sistema ta' CD interattiva f'sistemazzjoni waħdanija għar-riproduzzjoni ta' l-istampi u l-ħoss irreġistrati diġitalment għat-televiżjoni permezz ta' sistema tal-qari ottikali bil-laser. Hija fornita b’mouse u unità ta' kontroll mill-bogħod infra-red.Fiha unità tal-kontroll li tipproċessa sinjali mill-unità li ddoqq, mill-kontroll mill-bogħod jew mill-unità tal-mouse, għal ma’ l-unità tal-wiri tat-televiżjoni u l-loudspeaker, hekk li jippotenzjalizza l-interazzjoni ma’ l-istampa u mal-ħoss. | 85219000 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, Nota 5 mal-Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda kif ukoll bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8521 and 85219000. |

    6.Il-komponenti ta' l-apparat tal-konferenzjar bir-radjo' mhux ippreżentat flimkien għall-bejgħ bl-imnut f'pakkeġġ wieħed li jikkonsisti fi: | | |

    (a)mikrofonu trasmettitur li jikkomprendi apparat sensittiv ħafna tat-trasmissjoni għall-komunikazzjoni bir-radjo b'mikrofonu mibni minn ġewwa, u aerial; u | 85251090 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bil-mod tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8525, 852510, 85251090, 8527, 852790 u 85279099. |

    (b)riċevitur jew iktar li jkun fihom apparat riċevitur għall-komunikzzjonoi bir-radjo b’modulu tal-frekwenza u socket sabiex jitwaħħlu ma’ apparat tal-għajnuna tas-smigħ, sewwa jekk jinkorpora mikrofonu direzzjonali u sewwa jekk le. | 85279099 | Il-klassifika taħt l-intestatura 9021 hija prekluża għaliex l-oġġetti mhumiex ikkunsidrati li huma ddisinjati esklussivament bħala apparat tal-għajnuna tas-smigħ jew bħala aċċessorju ta' apparat tal-għajnuna tas-smigħ fit-tifsira ta' l-intestatura. |

    7.Monitor tal-video bil-kulur kapaċi jirriproduċi dehra tal-kulur minn sinjal kompost tal-video, b'tubu tar-raġġ katodu ta' 33 ċm, mains adapter, dħul tas-sinjali bil-loudspeaker (video, awdjo) u muntaturi taċ-ċirkwiti sabiex jipproċessaw is-sinjali tad-dħul video/awdjo u sinkronomi u li jħaddem it-tubu ta' l-istampa (dot pinch 0,64 mm) u l-loudspeaker. Il-monitor huwa ddisinjat sabiex jirriproduċu dehriet u dellijiet statiċi jew animati li jsegwu mill-konnessjoni bil-fil mal-kompjuters, il-video recorders, l-apparat li jdoqq id-diski tal-video jew sorsi oħra ta' stampi. | 85281031 | Il-Klassifika hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bil-mod tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8528, 852810 u 85281031. |

    --------------------------------------------------

    Top