This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R0177
Commission Regulation (EC) No 177/94 of 28 January 1994 amending Regulation (EEC) No 2568/91 on the characteristics of olive oil and olive-residue oil and on the relevant methods of analysis
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 177/94 tat-28 ta' Jannar 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġ u dwar il-metodi rilevanti tal-analiżi
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 177/94 tat-28 ta' Jannar 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġ u dwar il-metodi rilevanti tal-analiżi
ĠU L 24, 29.1.1994, p. 33–33
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2104
Official Journal L 024 , 29/01/1994 P. 0033 - 0033
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 55 P. 0383
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 55 P. 0383
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 177/94 tat-28 ta' Jannar 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġ u dwar il-metodi rilevanti tal-analiżi IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta' organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xahmijiet [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 3179/93 [2], u b'mod partikolari Artikolu 35a tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 [3], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 620/93 [4], jiddefinixxi l-karatteristiċi tat-tipi varji taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġ u l-metodi rilevanti ta' l-analiżi; Billi Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 jipprovdi għal tolleranza fil-gradazzjoni ta' ċerti tipi ta' żejt verġni li trid tiġi applikata għal perjodu limitat taż-żmien; billi fid-dawl ta' l-esperjenza fl-applikazzjoni ta' tolleranza ta' 0,5 rigward l-operati li għandhom x'jaqsmu ma' l-intervent u fl-interess ta' l-immaniġġjar sod ta' l-iskema ta' intervent, din it-tolleranza għandha tiġi abolita; Billi Anness XIV għandu jiġi emendat sabiex iqis aħjar il-karatteristiċi naturali ta' ċerti żjut taż-żebbuġa; billi huwa wkoll meħtieġ li jiġu korretti ċerti żbalji fit-test tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91; Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huwa b'dan emendat kif ġej: 1. F'Anness IV, punt 5.2.5.2,"100" għandu jigi mibdul f'"1000". 2. Fil-punt 10.2 ta' Anness XII, it-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu "Espressjoni tar-riżultati" għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Madankollu, fil-każ taż-żjut li huma soġġetti għall-operati ta' intervent, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza." 3. F'Anness XIV, in-Nota Addizzjonali 2 hija emendata kif ġej: - fil-punt B. I. (a) u II. (ċ) u fil-punt Ċ. (b), l-espressjoni "alkoli alifatiċi" tiġi mibula bl-espressjoni "xama"; - fil-punt B. I. (a), iċ-ċifra "400" tiġi mibdula biċ-ċifra "350"; - fil-punt B. II. (ċ), iċ-ċifra "300" tiġi mibdula biċ-ċifra "250"; - fil-punt Ċ. iċ- (ċ) jiġi mibdul b'dan li ġej: - "(ċ) K270extinction coefficient (100) mhux ogħla minn 1,20"; - fil-punt Ċ. id- (d) jiġi mibdul b'dan li ġej: - "(d) (ΔK), fir-reġjun ta' 270 nm, mhux ogħla minn 0,16". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Iżda, Artikolu 1(3) tiegħu għandu jibda jgħodd b'effett mill-wieħed u għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Jannar 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Ċ 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66. [2] ĠU L 285, tal-20.11.1993, p. 9. [3] ĠU L 248, tal-5.9.1991, p. 1. [4] ĠU L 66, tat-18.3.1993, p. 29. --------------------------------------------------