This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994L0078
Commission Directive 94/78/EC of 21 December 1994 adapting to technical progress Council Directive 78/549/EEC, as regards the wheel guards of motor vehicles
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/78/KE tal-21 ta’ Diċembru 1994 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/78/KE tal-21 ta’ Diċembru 1994 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur
ĠU L 354, 31.12.1994, p. 10–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661
Official Journal L 354 , 31/12/1994 P. 0010 - 0015
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0080
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0080
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/78/KE tal-21 ta’ Diċembru 1994 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/81/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, Billi d-Direttiva 78/549/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li ġiet stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE; billi, b’konsegwenza, d-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi, l-komponenti u l-untitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva; Billi, b’mod partikolari, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jinħtieġu li kull direttiva separata jkollha anness magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti rilevanti ta’ l-Anness I ma’ dik id-Direttiva u wkoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI magħha sabiex dik l-approvazzjoni tat-tip tista’ tiġi kompjuterizzata; Billi n-numru ta’ karozzi tal-passiġġieri four-wheel-drive qed jiżdied, kemm jekk il-four-wheel-drive hu ngaġġat b’mod permanenti, awtomatikament jew taħt il-kontroll tax-xufier; billi, hu neċessarju, fil-każ ta’ dawn il-karrozzi tal-passiġġieri, u fid-dawl tal-progress tekniku, li jkunu riveduti ċerti parametri ta’ disinn u ta’ operazzjoni u li jiġu emendati xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 78/549/KEE b’mod li jirrifletti s-sitwazzjoni tas-suq kurrenti u fil-ġejjieni u li hu konsistenti mal-prattika kif suppost ta’ disinn, kostruzzjoni u funzjonament mingħajr periklu; Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 78/549/KEE hi emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1, il-kliem "(kif definit fl-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE)" huma sostitiwiti bil-kliem "(kif definit fl-Anness II A mad-Direttiva 70/156/KEE)". 2. L-Annessi I u II huma emendati skond il-punti 1, 2 u 3 ta’ l-Anness t’hawnhekk. 3. L-Anness III li hemm fil-punt 4 ta’ l-Anness t’hawnhekk hu miżjud. L-Artikolu 2 1. B’effett mill-1 ta’ Lulju 1995 l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti: - jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni ta’ tip nazzjonali, jew - jipprojibixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi jekk il-protezzjoni tar-roti tikkonforma mal-ħtiġiet tad-Direttiva 78/549/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva. 2. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1996, l-Istati Membri: - m’għandhomx iktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, u - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 78/549/KEE, kif emendata min din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1995. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-riferenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmulha fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1994. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 264, tat-23.10.1993, p. 49. [3] ĠU L 168, tas-26.6.1978, p. 45. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. Dan li ġej hu mdaħħal immedjatament qabel l-intestatura "L-Anness I" : "Lista ta’ l-Annessi L-Anness I | Ħtiġiet ġenerali, ħtiġiet speċjali, l-użu tal-ktajjen, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, l-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, emendi għall-approvazzjonijiet, il-konformità tal-produzzjoni | L-Anness II | Id-dokument ta’ informazzjoni | L-Anness III | Iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip" | 2. L-Anness I hu emendat kif ġej: (a) L-intestatura li ġejja ma’ l-Anness I hi mdaħħla: "ĦTIĠIET ĠENERALI, ĦTIĠIET SPEĊJALI, L-UŻU TAL-KTAJJEN, L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET, IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI" (b) Il-punt 2.1 huwa sostitwit b’ li ġej: "2.1 Il-protezzjon tar-roti għandhom jikkonformaw mall-ħtiġiet li ġejjin meta l-vettura qiegħda taħdem (ara l-punt 2.6 ta’ l-Anness II) u qed iġġorr passiġġier wieħed fis-sedil ta’ quddiem u r-roti huma fil-pożizzjoni dritt lejn ’il quddiem:" (ċ) Il-punt 2.1.1 huwa sostitwit b’ li ġej: "2.1.1. Fil-parti ffurmata mill-pjanijiet radjali f’angolu ta’ 30 lejn ’il quddiem u 50 lejn lura taċ-ċentru tar-roti (ara Figura 1), il-wisa’ totali (q) tal-protezzjoni tar-roti għandha tkun mill-inqas suffiċjenti biex tkopri l-wisa’ tat-tip totali (b) b’akkont meħud ta’ l-estremi tal-kumbinazjoni tat-tijer/rota kif speċifikat mill-manifattur u kif indikat fil-punt 1.3 ta’ l-Appendiċi ma’ l-Anness III. Fil-każ tar-roti pari, il-wisa’ totali taż-żewġ tyres (t) għandu jittieħed akkont tiegħu." (d) Il-punt 3.1 huwa sostitwit b’ li ġej: "3.1. Fil-każ ta’ vetturi fejn żewġ roti biss huma misjuqa, il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura hija hekk iddisinjata li mill-inqas tip wieħed ta’ katina tal-borra tista’ tiġi wżata fuq mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ rota u tyre approvat għar-roti tas-sewqan ta’ dik it-tip ta’ vettura. Kombinazzjoni waħda ta’ katina/tyre/rota li hi tajba għall-vettura għandha tiġi speċifikata mill-manifattur u indikata fil punt 1,2 ta’ l-Appendiċi ma’ l-Anness III." (e) Il-punti l-ġodda li ġejjin 3.2 u 3.3 għandhom jiżdiedu mal-punt 3: "3.2. Fil-każ ta’ vetturi fejn erba’ roti huma misjuqa, inklużi l-vetturi fejn fus wieħed tas-sewqan jista’ jinqala’ bl-idejn jew awtomatikament, il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura hija hekk iddisinjata li mill-inqas tip wieħed ta’ katina tal-borra tista’ tiġi wżata fuq mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ rota u tyre approvati għall-mill-inqas fus wieħed tas-sewqan, li ma jistax jinqala’, ta’ dik it-tip ta’ vettura. Kombinazzjoni waħda ta’ katina/tyre/rota li hi tajba għall-vettura u għar-roti tas-sewqan li magħhom dawn il-ktajjen jistgħu jitqiegħdu għandha tiġi speċifikata mill-manifattur u indikata fil punt 122 ta’ l-Appendiċi ma’ l-Anness III. 3.3. L-Istruzzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tip jew it-tipi ta’ ktajjen li jistgħu jiġu wżati għandhom ikunu ma’ kull vettura li hija skond is-serje li tikkonforma mal-vettura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE." (f) Il-punt 4.1 huwa sostitwit b’ li ġej: "4.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoni tar-roti għandha tkun sottomessa mill-manifattur." (g) Il-punt 4.2 huwa sostitwit b’ li ġej: "4.2. Mudell għad-dokument ta’ l-informazzjoni hu mogħti fl-Anness II." (h) Il-punti 4.2.1 u 4.2.2 huma mħassra. (i) Il-punti li ġejjin 5, 6 u 7 huma miżjuda: "5. L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT 5.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata. 5.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE hu mogħti fl-Anness III. 5.3. Numru ta’ l-approvazzjoni konformi ma’ l-Anness VII mad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun mogħti lil kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura. 6. MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET 6.1. Fil-każ ta’ modifikazzjonijiet tat-tip ta’ vettura approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw. 7. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI 7.1. Miżuri biex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE." 3. L-Anness II huwa sostitwit b’li ġej: L-ANNESS II Dokument ta’ informazzjoni Nru… skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE li għandha x’taqsam ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoni tar-roti, d-Direttiva 78/549/KEE, kif l-aħħar emendata mid-Direttiva…/…/KEE. L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinnji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettall suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti. Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom. 0 ĠENERALI 0.1. L-għamla g (l-isem kummerċjali tal-manifattur): 0.2. It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) ġenerali kummerċjali: 0.3. Il-meżż ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat, fuq il-vettura (b): 0.3.1 Il-lok ta’ dak l-immarkar: 0.4. Il-kategorija tal-vettura (c): 0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: 0.8. L-indirizz(i) ta’ impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: 1. KARATTERISTIĊI TAL-KOSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA 1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva. 1.3. In-numru ta’ fusijiet u roti: 1.3.1. In-numru u l-pożizzjoni tal-fusijiet b’roti doppji. 2. IL-MASES U D-DIMENSJONIJIET (e) (f’kg u mm) (irreferi għad-disinn meta applikabbli) 2.4. Il-medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (globalment) 2.4.1. Għax-chassis mingħajr karozzerija In-numri tal-punti u n-noti ta’ qiegħ il-paġna użati f’dan id-Dokument ta’ Informazzjoni jikkorrispondu għal dawk stipulati fl-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE. Il-punti li mhumiex rilevanti għall-iskop ta’ din id-Direttiva tħallew barra. 2.4.1.3 L-għoli (mhux mgħobbija) [1](Għal suspension aġġustabbli għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali ta’ tħaddim): 2.4.2. Għax-chassis mingħajr karozzerija 2.4.2.3. L-għoli (mhux mgħobbija) (l) (Għal suspension aġġustabbli għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali ta’ tħaddim): 2.6. Il-massa tal-vettura bil-karozzerija f’pożizzjoni ta’ tħaddim, jew il-massa tax-chassis bil-kabina jekk il-manifattur ma jqiegħedx il-karozzerija (inkluż il-likwidu li jkessaħ, iż-żjut, il-karburant, l-għodda, ir-rota spare u x-xufier) (o) (il-massimu u l-minimu għal kull verżjoni): 6 IS-SUSPENSION 6.6. It-tyres u r-roti 6.6.1. Il-kombinazzjoni(jiet) tyre/rota (Għal tyres indika d-daqs meħud, l-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija minima, is-simbolu tal-kategorija minima tal-veloċità; għar-roti indika id-daqs(ijiet) tar-rimmijiet u l-off-set(s)) 6.6.1.1. Il-fusijiet 6.6.1.1.1. Il-fus 1: 6.6.1.1.2. Il-fus 2: 6.6.1.1.3. Il-fus 3: 6.6.1.1.4. Il-fus 4: 6.6.4. Il-kumbinazzjoni katina/tyre/rota fuq il-fus ta’ quddiem u/jew ta’ wara li hi xierqa għat-tip ta’ vettura kif rakkomandata mill-manifattur. 9. IL-KAROZZERIJA 9.16. Il-protezzjoni tar-roti 9.16.1. Deskrizzjoni fil-qosor tal-vettura fejn għandha x’taqsam il-protezzjoni tar-roti: 9.16.2. Disinji dettaljati tal-protezzjoni tar-roti u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura li juru d-dimensjoni speċifikata fil-Figura 1 ta’ l-Anness I mad-Direttiva 78/549/KEE u li jieħdu kont ta’ l-estremi tal-kombinazzjonijiet tat-tyre/tar-rota. 4. L-Anness III li ġej hu miżjud: L-ANNESS III +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ L-Appendiċi għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE Nru… li jikkonċerna l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fejn għandha x’taqsam id-Direttiva 78/549/KEE kif l-aħħar emendata mid-Direttiva…/…/KEE 1. Informazzjoni addizzjonali 1.1. Deskrizzjoni fil-qosor tal-vettura fejn għandha x’taqsam il-protezzjoni tar-roti: 1.2. Il-kombinazzjoni tad-daqs tal-katina/t-tyre/ir-rota fuq il-fus ta’ quddiem u/jew ta’ wara speċifikat mill-manifattur: 1.3. Il-kombinazzjoni(jiet) tat-tyre/ir-rota inklużi set-offs speċifikati mill-manifattur: 5. Rimarki. "(1) Ħassar fejn ma japplikax. (2) Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: "?" (eż. ABC??123??). (3) Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE." [1] Ħassar meta mhux applikabbli. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Dokument ta’ informazzjoni Nru… skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE li għandha x’taqsam ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoni tar-roti, d-Direttiva 78/549/KEE, kif l-aħħar emendata mid-Direttiva…/…/KEE. L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinnji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettall suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti. Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom. 0 ĠENERALI 0.1. L-għamla g (l-isem kummerċjali tal-manifattur): 0.2. It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) ġenerali kummerċjali: 0.3. Il-meżż ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat, fuq il-vettura (b): 0.3.1 Il-lok ta’ dak l-immarkar: 0.4. Il-kategorija tal-vettura (c): 0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: 0.8. L-indirizz(i) ta’ impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: 1. KARATTERISTIĊI TAL-KOSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA 1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva. 1.3. In-numru ta’ fusijiet u roti: 1.3.1. In-numru u l-pożizzjoni tal-fusijiet b’roti doppji. 2. IL-MASES U D-DIMENSJONIJIET (e) (f’kg u mm) (irreferi għad-disinn meta applikabbli) 2.4. Il-medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (globalment) 2.4.1. Għax-chassis mingħajr karozzerija In-numri tal-punti u n-noti ta’ qiegħ il-paġna użati f’dan id-Dokument ta’ Informazzjoni jikkorrispondu għal dawk stipulati fl-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE. Il-punti li mhumiex rilevanti għall-iskop ta’ din id-Direttiva tħallew barra. 2.4.1.3 L-għoli (mhux mgħobbija) [1](Għal suspension aġġustabbli għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali ta’ tħaddim): 2.4.2. Għax-chassis mingħajr karozzerija 2.4.2.3. L-għoli (mhux mgħobbija) (l) (Għal suspension aġġustabbli għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali ta’ tħaddim): 2.6. Il-massa tal-vettura bil-karozzerija f’pożizzjoni ta’ tħaddim, jew il-massa tax-chassis bil-kabina jekk il-manifattur ma jqiegħedx il-karozzerija (inkluż il-likwidu li jkessaħ, iż-żjut, il-karburant, l-għodda, ir-rota spare u x-xufier) (o) (il-massimu u l-minimu għal kull verżjoni): 6 IS-SUSPENSION 6.6. It-tyres u r-roti 6.6.1. Il-kombinazzjoni(jiet) tyre/rota (Għal tyres indika d-daqs meħud, l-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija minima, is-simbolu tal-kategorija minima tal-veloċità; għar-roti indika id-daqs(ijiet) tar-rimmijiet u l-off-set(s)) 6.6.1.1. Il-fusijiet 6.6.1.1.1. Il-fus 1: 6.6.1.1.2. Il-fus 2: 6.6.1.1.3. Il-fus 3: 6.6.1.1.4. Il-fus 4: 6.6.4. Il-kumbinazzjoni katina/tyre/rota fuq il-fus ta’ quddiem u/jew ta’ wara li hi xierqa għat-tip ta’ vettura kif rakkomandata mill-manifattur. 9. IL-KAROZZERIJA 9.16. Il-protezzjoni tar-roti 9.16.1. Deskrizzjoni fil-qosor tal-vettura fejn għandha x’taqsam il-protezzjoni tar-roti: 9.16.2. Disinji dettaljati tal-protezzjoni tar-roti u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura li juru d-dimensjoni speċifikata fil-Figura 1 ta’ l-Anness I mad-Direttiva 78/549/KEE u li jieħdu kont ta’ l-estremi tal-kombinazzjonijiet tat-tyre/tar-rota. [1] Ħassar meta mhux applikabbli. -------------------------------------------------- L-ANNESS III +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-Appendiċi għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE Nru… li jikkonċerna l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fejn għandha x’taqsam id-Direttiva 78/549/KEE kif l-aħħar emendata mid-Direttiva…/…/KEE 1. Informazzjoni addizzjonali 1.1. Deskrizzjoni fil-qosor tal-vettura fejn għandha x’taqsam il-protezzjoni tar-roti: 1.2. Il-kombinazzjoni tad-daqs tal-katina/t-tyre/ir-rota fuq il-fus ta’ quddiem u/jew ta’ wara speċifikat mill-manifattur: 1.3. Il-kombinazzjoni(jiet) tat-tyre/ir-rota inklużi set-offs speċifikati mill-manifattur: 5. Rimarki. --------------------------------------------------