EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0072

Id-Direttiva tal-kunsill 94/72/KE tad-19 ta' Diċembru 1994 li temenda d-Direttiva 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan

ĠU L 337, 24.12.1994, p. 86–86 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2013; Imħassar b' 32006L0126

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/72/oj

31994L0072



Official Journal L 337 , 24/12/1994 P. 0086 - 0086
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0188
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0188


Id-Direttiva tal-kunsill 94/72/KE

tad-19 ta' Diċembru 1994

li temenda d-Direttiva 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja, tar-Renju ta' l-Isvezja, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea [1], hawnhekk iżjed 'il quddiem magħruf bħala "l-Att ta' l-Adeżjoni 1994", u b'mod partikolari l-Artikolu 169 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-liċenzji tas-sewqan fil-Finlandja u fl-Isvezja jikkonsistu f'karti tal-plastik; billi,fl-istennija ta' konsiderazzjoni ta' mudell ieħor Komunitarju tal-liċenzji tas-sewqan, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja għandhom wkoll ikunu awtorizzati jkomplu joħroġu l-liċenzji tas-sewqan ibbażati fuq il-mudell preżenti sal-31 ta' Diċembru 1997; billi d-Direttiva 91/439/KEE [2] għandha konsegwentament tiġi emendata;

Billi permezz ta' l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' l-Adeżjoni 1994, l-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea jistgħu jadottaw, qabel l-adeżjoni, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 169 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, u dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ soġġett għal u mid-data ta' dħul fis-seħħ tat-Trattat imsemmi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 91/439/KEE, għandha tiżdied il-frażi li ġejja:"Madanakollu, ir-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju ta' l-Isvezja jistgħu jkomplu joħroġu liċenzji tas-sewqan ibbażati fuq il-mudell preżenti sal-31 Diċembru 1997."

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

K. Kinkel

[1] ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21.

[2] ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

Top