Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0055

    Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq

    ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2009; Imħassar b' 32008L0068

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/55/oj

    31994L0055



    Official Journal L 319 , 12/12/1994 P. 0007 - 0013
    Finnish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0165
    Swedish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0165
    L 275 28/10/1996 P. 0001


    Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE

    tal-21 ta' Novembru 1994

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partiklolarment l-Artikolu 75 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Jaġixxi bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

    (1) Billi, matul is-snin, kemm it-trasport nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali ta' merkanzija perikoluza bit-Triq żdiedu b'mod sinifikanti, b'żieda fil-perikoli fil-każ ta' inċident;

    (2) Billi l-Istati Membri kollha ħlief l-Irlanda huma Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija perikoluza bit-Triq (FPT), li l-applikazzjoni ġeografika tiegħu testendi "l barra mill-Kommunitá u li tistipula regoli uniformi għas-sigurtá fit-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluza bit-Triq; billi huwa għalhekk mixtieq li dawn ir-regoli jiġu estiżi sabiex ikopru t-traffiku nazzjonali sabiex il-kondizzjonijiet li taħthom merkanzija perikoluza jiġu ttrasportati jiġu armonizzati;"

    (3) Billi l-leġislazzjoni Komunitarja ma tkoprix il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi assigurata s-sigurtá fit-trasport ta' merkanzija perikoluza u l-miżuri rilevanti nazzjonali jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi dawk id-diverġenzi huma xkiel għall-forniment ta' servizzi ta' trasport b'xejn u, barra minn dan, għaċ-ċaqliq ħieles ta' vetturi u ta' apparat għat-trasport; billi sabiex jinqered dan ix-xkiel regoli uniformi applikabbli f'kull trasport intra-Komunitarju jridu jiġu definiti;

    (4) Billi azzjoni ta' din in-natura trid titwettaq fuq livell Komunitarju sabiex tkun assigurata l-konsistenza ma leġislazzjoni Komunitarja oħra, sabiex livell soddisfaċenti ta' armonizazzjoni għall-faċilitazzjoni taċ-ċaqliq ħieles ta' merkanzija u ta' servizzi jkun assigurat u sabiex jiġi assigurat livell għoli għall-operazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali tat-trasport;

    (5) Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-impenn tal-Komunitá u ta' l-Istati Membri tagħha, bi qbil ma' l-għanijiet stipulati permezz ta' l-Aġenda 21, il-Kapitolu 19, fil-konferenza KĠMAZ ta' Ġunju 1992 f'Rio de Janeiro, għall-armonizazzjoni futura ta' sistemi għall-klassifikazzjoni ta' sostanzi perikolużi;

    (6) Billi m'hemm l-ebda leġislazzjoni Komunitarja li tkopri l-kondizzjonijiet ta' sigurtá li permezz tagħhom aġenti bioloġiċi u mikro-organiżmi modifikati ġenetikament, irregolati permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 90/219/KEE [4], 90/220/KEE [5] u 90/679/KEE [6], iridu jiġu ttrasportati;

    (7) Billi din id-Direttiva tieħu kont ta' politika Komunitarja oħra fis-setturi tas-sigurtá tal-ħaddiem, kostruzzjoni ta' vetturi u l-protezzjoni ta' l-ambjent;

    (8) Billi l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jirregolaw kull operazzjoni għat-trasport ta' merkanzija perikoluza mwettqa fit-territorju tagħhom minn vetturi mhux koperti mid-Direttiva independentament minn fejn tkun irrreġistrata l-vettura;

    (9) Billi l-Istati Membri jridu jkunu jistgħu japplikaw regolamenti speċifikċi dwar it-traffiku fit-toroq għat-trasport ta' merkanzija perikoluza fit-territorju tagħhom;

    (10) Billi l-Istati Membri jridu jkunu jistgħu jżommu l-ħtiġijiet tagħhom dwar il-kontroll tal-kwalitá fir-rigward ta' xi operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali sakemm il-Kummissjoni tirraporta lejn il-Kunsill dwar dawn il-materji;

    (11) Billi d-disposizzjonjiet tal-FPT jawtorizzaw il-konklużjoni ta' ftehim li jidderoga minnhom, u billi n-numru kbir tal-ftehim konkluż bilateralment bejn l-Istati Membri huwa ta' xkiel għal-forniment b'xejn ta' servizzi ta' trasport ta' merkanzija perikoluza; billi l-inklużjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa fl-Annessi ta' din id-Direttiva għandhom jisuperaw il-ħtieġa ta' dawk id-derogazzjonijiet; billi jrid ikun hemm żmien tranżitorju li fih l-Isati Membri jistgħu jkomplu japplikaw il-ftehim li hemm bejniethom;

    (12) Billi huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet tal-FPT jiġu kkupjati fil-liġi Komunitarja, inklużi l-ħtiġijiet dwar il-produzzjoni ta' vetturi li jittrasportaw merkanzija perikoluza; billi, f'dan il-kuntest, irid ikun hemm żmien tranżitorju sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu temporanjamnet dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi dwar il-ħtiġijiet tal-produzzjoni għal vetturi rreġistrati nazzjonalment;

    (13) Billi l-proċeduri ta' l-informazzjoni li hemm fis-settur tal-proposti leġislattivi nazzjonali jridu jintużaw sabiex tiżdied it-trasparenza għall-operaturi ekonomiċi kollha;

    (14) Billi fir-rigward ta' trasport nazzjonali, l-Istati Membri jridu jżommu d-dritt li japplikaw regoli li jħarsu r-Rakkomandazzjonijiet multimodali tal-Ġnus Maqgħuda dwar it-Trasport ta' Merkanzija perikoluza, sa fejn il-FPT m'għadhiex armonizzata ma' dawk ir-regoli, li l-iskop tagħhom huwa li jiffaċilitaw it-trasport inter-modali ta' merkanzija perikoluza;

    (15) Billi l-Istati Membri jridu jkunu jistgħu jirregolaw jew jipprojbixxu t-trasport bit-Triq ta' merkanzija perikoluza fit-territorji tagħhom, iżda għal raġunijiet li m'humiex dwar is-sigurtá fit-trasport; billi f'dan il-kuntest l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dritt fil-każ ta' xi trasportazzjoni ta' sostanżi perikolużi ħafna li jimponu l-użu ta' trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni jew jistgħu jżommu ppakkjettar speċifiku ħafna għal xi sostanzi perikolużi ħafna;

    (16) Billi għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva l-Istati Membri jridu jkunu jistgħu japplikaw regoli eħrex jew inqas ħorox għal xi operazzjonijiet ta' trasport imwettqa fit-territorji tagħhom permess ta' vetturi rreġistrati hemmhekk;

    (17) Billi l-armonizazzjoni tal-kondizzjonijiet trid tikkunsidra ċirkostanzi nazzjonali speċjali u għalhekk din id-Direttiva trid tkun flessibbli biżżejjed fil-fornimnet lejn l-Istati Membri tal-possibbiltá ta' l-għotja ta' xi derogazzjonijiet; billi l-applikazzjoni ta' żviluppi teknoliġiċi u industrijali ġodda ma tridx tkun mfixkla u dispożizzjoni għandha għalhekk issir għal derogazzjonijiet temporanji;

    (18) Billi vetturi rreġistrati fi stati mhux membri jridu jitħallew iwettqu trasport internazzjonali fit-territorji ta' l-Istati Membri jekk ikunu konformi mal-FPT;

    (19) Billi għandu jkun possibli l-adattazzjoni ta' malajr ta' din id-Direttiva għall-progress tekniku, sabiex jiġu kkunsidrati dispożizzjonijiet ġodda fil-FPT u sabiex ikun deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u l-implementazzjoni ta' miżuri ta' emerġenza fil-każ ta' aċċidenti jew ta' inċidenti; billi jrid ikun stabbilit kumitat għal dak il-għan u trid tkun stabbilita proċedura għall-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f'dak il-kumitat;

    (20) Billi l-Annessi ta' din id-Direttiva għandhom dispożizzjonijiet li jkopru t-taħriġ vokazzjonali ta' xi sewwieqa ta' vetturi li jittrasportaw merkanzija perikoluza bit-Triq; billi, għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 89/684/KEE tal-21 ta' Diċembru 1994 dwar it-taħriġ vokazzjonali għal xi sewwieqa ta' vetturi li jġorru merkanzija perikoluza bit-Triq [7] għandha titħassar,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Il-KAPITOLU I

    Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-trasport ta' merkanzija perikoluza bit-Triq fl-Istati Membri jew bejniethom. Ma għandiex tapplika għat-trasport ta' merkanzija perikoluza minn vetturi tal-forzi armati jew taħt ir-responsabbiltá tagħhom.

    2. Din id-Direttiva m'għandiex, b'dana kollu, taffettwa d-dritt ta' l-Istati Membri, wara kunsiderazzjoni xierqa tal-liġi Komunitarja, li jistipulaw ħtiġijiet rigward:

    (a) it-trasport nazzjonali u internazzjonali ta' merkanzija perikoluza fit-territorji tagħhom imwettqa minn vetturi mhux koperti minn din id-Direttiva,

    (b) regolamenti dwar it-traffiku bit-Triq speċifiċi għat-trasport nazzjonali u internazzjonali ta' merkanzija perikoluza;

    (ċ) kontrolli ta' kwalita' fuq impriżi, b'mod konformi ma' l-istandards ta' l-ISO 9001 u 9001, meta jitwettqu operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport li jinvolvu:

    (i) sostanzi splussivi u l-artikoli fi Klassi 1, meta l-ammont ta' sostanza splussiva għal kull unit ta' trasport huwa akbar minn:

    - 1000 kg għal kull diviżjoni 1.1, jew

    - 3000 kg għal kull diviżjoni 1,2, jew

    - 5000 kg għal diviżjonijiet 1.3 u 1.5;

    (ii) is-sostanzi perikolżi ħafna segwenti f'tankijiet jew f'kontenituri tat-tankijiet b'kapaċitá totali li taqbeż it- 3000 litri:

    - sostanzi fi Klassi 2

    gass ikklassifikat taħt | (at) |

    (bt) |

    (b) |

    (ċt) |

    (ċ) |

    - gassijiet likwifikati mkessħin fil-fond ta' 7° (b) u 8° (b),

    - sostanzi fi Klassi 3, 4.1, 4.2, 4.3, 5.1, 5.2, 6.1 u 8

    - mhux elenkati taħt (b) jew (c) f'dawk il-klassijiet, jew

    - elenkati hemm iżda b'kodiċi ta' perikolu bi tlitt numri jew aktar (iż-żerojiet m'humiex inklużi);

    (iii) il-pakketti li ġejjin ta' Klassi 7 (materjali radjuattivi): pakketti ta' materjali fissjonabbli, pakketti ta' tip B (U), pakketti ta' tip B (M).

    L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar dawn il-ħtiġijiet ma tistax tiġi estiża.

    Id-dispożizzjonijiet involuti ma jkomplux japplikaw jekk miżuri simili jsiru obligatorji permezz tad-dispożizzjonijiet Komunitarji.

    Qabel il-31 ta' Diċembru 1998 il-Kummissjoni għandha tissottometti lejn il-Kunsill rapport li jagħmel estimi ta' l-aspetti ta' sigurtá koperti minn din id-dispożizzjoni flimkien ma' proposta xierqa għall-kontinwazzjoni jew tħassir tagħha.

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

    - "il-FPT" tfisser il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija perikoluza bit-Triq, konkluż f'Ġinevra fit-30 ta' Settembru 1957, kif emendat,

    - "vettura" tfisser kull vettura tat-triq maħsub għall-użu fuq it-triq, sħieħa jew mhux sħieħa, li mil-anqas ikollha erba' roti u b'disinn għal veloċitá massima li teċċedi l-25 km/s, u l-karrijiet tagħha u, bl-eċċezzjoni ta' vetturi li jiġru fuq linji, u ta' tratturi agrikoli u forestali u kull makkinarju mobili,

    - "merkanzija perikoluża" tfisser dawk is-sostanzi u artikoli li t-trasport tagħhom fuq it-triq hija pprojbita jew awtorizzata biss f'ċerti ċirkostanzi mill-Annessi A u B ta' din id-Direttiva,

    - "trasport" tfisser kull operazzjoni ta' trasport fuq it-triq imwettqa minn vettura, kollha kemm hi jew parti minnha, fuq toroq pubbliċi fit-territorju ta' Stat Membru, inkluża l-attivitá tat-tgħabbija u tal-ħatt, koperti mill-Annessi A u B, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti stipulati mill-liġijiet ta' l-istati Membri dwar ir-responsabbiltá fir-rigward ta' dawk l-operazzjonijiet.

    M'għandiex tinkludi trasport imwettaq kollu kemm hu fil-perimetru ta' żona magħluqa.

    Artikolu 3

    1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, merkanzija perikoluza li t-trasport tagħha huwa pprojbit mill-Annessi A u B ta' din id-Direttiva m' għandiex tkun ttrasportata bit-Triq.

    2. Sakemm mhux stipulat mod ieħor f'din id-Direttiva, it-trasport ta' merkanzija perikoluza oħra elenkata fl-Annes A għandha tkun awtorizzata sakemm tkun konformi mal-kondizzjonijiet imposti fl-Annessi A u B, b'mod partikolari fir-rigward ta':

    (a) l-ippakkjar u l-ittekkettjar tal-merkanzija involuta; u

    (b) il-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-operazzjoni tajba tal-vettura li ġġorr il-merkanzija nvoluta.

    Il-KAPITOLU II

    Derogi, restrizzjonijiet u eżenzjonijiet

    Artikolu 4

    Għall-iskopijiet ta' operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali mwettqa minn vetturi rreġistrati fit-territorju tiegħu biss kull Stat Membru jista' jżomm id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tiegħu dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza bit-Triq li huma konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Ġnus Maqgħuda dwar it-Trasport ta' Merkanzija perikoluza sakemm l-Annessi A u B ta' din id-Direttiva jiġu riveduti biex jirreflettu dawk ir-rakkmandazzjonijiet. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif xieraq.

    Artikolu 5

    1. Mingħajr preġudizzju għall-leġislazzjoni Komunitarja oħra, b'mod partikolari dik dwar l-aċċess għas-suq, kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt, strettament għal raġunijiet apparti milli għas-sigurtá waqt it-trasport, per eżempju raġunijiet ta' sigurtá nazzjonali jew ta' protezzjoni ta' l-ambjent, li jirregola jew jipprojbixxi t-trasport ta' ċerta merkanzija perikoluza fit-territorju tiegħu.

    2. Kull regola mposta minn Stat Membru fuq vetturi li jwettqu trasport internazzjonali fit-territorju tiegħu u awtorizzati mill-Marġinal 10 599 ta' l-Anness B għandhom ikunu llimitati fl-iskop lokali, għandhom ikunu japplikaw kemm għal trasport nazzjonali u internazzjonali u ma jistgħux jirriżultaw għal xi diskriminazzjoni.

    3. (a) Kull Stat Membru jista' japplika dispożizzjonijiet eħrex li jikkonċernaw it-trasport, bl-eċċezzjoni ta' ħtiġijiet ta' kostruzzjoni, imwettqa minn vetturi reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni fit-territorju tiegħu.

    (b) L-Istati Membri jistgħu, b'dana kollu, jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi dwar iċ-ċentri ta' gravitá ta' vetturi bit-tankijiet irreġistrati fit-territorji tagħhom sakemm l-emenda, jekk ikun hemm waħda, tal-Marġinal 211 128 ta' l-Anness B ta' din id-Direttiva, iżda mhux, f'kull każ, wara l-31 ta' Diċembru 1998.

    4. Jekk Stat Membru jikkunsidra li d-dispożizzjonijiet ta' sigurtá applikabbli mhumiex biżżejjed, fl-okkażżjoni ta' aċċident jew ta' inċident, biex jillimitaw il-perikoli involuti fit-trasport u jekk hemm il-ħtieġa urġenti li tittieħed xi azzjoni, għandu jinnnotifika lill-Kummissjoni, fl-istadju ta' l-ippjannar, tal-miżuri li jipproponi li jieħu. B'azzjoni konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-implementazzjoni ta' dawk il-miżuri għandhom ikunu awtorizzati u tiddetermina kemm għandhom idumu.

    5. L-Istati Membri jistgħu jżommu kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali applikabbli fil-31 ta' Diċembru 1996 fir-rigward ta':

    - it-trasport ta' sostanzi fil-Klassi 1.1,

    - it-trasport ta' gassijiet tossiċi, gassijiet li m'humiex stabbli u/jew li jistgħu jaqbdu fil-Klassi 2,

    - it-trasport ta' sostanzi li għandhom diossini jew furani,

    - it-trasport f'tankijiet jew f'kontenituri bit-tankijiet ta' aktar minn 3000 litri ta' likwidi tal-Klassijiet 3, 4.2, 4.3, 5.1, 6.1 jew 8 li ma jidhrux taħt (b) u (ċ) f'dak il-klassijiet.

    Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jikkonċernaw biss:

    - il-projbizzjoni ta' dawk l-oprazzjonijiet ta' trasport meta jistgħu jitwettqu bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni,

    - ħtieġa li jsegwu xi rottot preferiti,

    - kull dispożizzjoni oħra dwar l-ippakkjar ta' sostanzi li għandhom diossini jew furani.

    Dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħu jiġu estiżi jew isiru eħrex. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali lejn il-Kummissjoni, li trid tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq.

    Artikolu 6

    1. Kull Stat Membru jista' jawtorizza t-trasport bit-Triq fit-territorju tiegħu ta' merkanzija perikoluza klassifikati, ippakkjati u ttikkjettati b'mod konformi mal-ħtiġijiet internazzjonali tat-trasport marittimu jew bl-arja kull meta l-operazzjoni tat-trasport tinvolvi vjaġġ fuq il-baħar jew bl-ajru.

    2. Kwalunkwe dispożizzjonijiet fl-Annessi A u B dwar l-użu ta' lingwi fl-immarkar rilevanti jew fid-dokumentazzjoni ma jridux japplikaw għal-operazzjonijiet ta' trasport ikkonfinati fit-territorju ta' Stat Membru wieħed. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' lingwi oħra apparti minn dawk li hemm provvediment dwarhom fl-Annessi għal operazzjonijiet tat-trasport imwettqa fit-territorji tagħhom.

    3. Fit-territorju tiegħu kull Stat Membru jista jawtorizza l-użu ta' vetturi kkostruwiti qabel l-1 ta' Jannar 1997 li ma humiex konformi ma din id-Direttiva, iżda li kienu ġew kostruwiti b'konformità mal-ħtiġijiet nazzjonali eżistenti fil-31 ta' Diċembru 1996 basta li dawk il-vetturi jinżammu fil-livelli ta' sigurtá meħtieġa.

    4. Kull Stat Membru jista' jżomm dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1996 dwar il-kostruzzjoni, l-użu u l-kondizzjonijiet ta' trasport ta' reċipjenti ġodda fis-sens tal-Marġinal 2 212 ta' l-Anness A u tankijiet ġodda li ma humiex konformi mal-Annessi A u B, sakemm referenzi għall-istandards għall-kostruzzjoni u għall-użu ta' tankijiet u reċipjenti bl-istess rabta tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu miżjuda mal-Annessi A u B u fl-ebda każ mhux aktar tard mil-31 ta' Diċembru 1998. Reċipjenti u tankijiet kostruwiti qabel l-1 ta' Jannar 1999 u miżmuma fil-livelli ta' sigurtá meħtieġa jistgħu jkomplu jintużaw taħt il-kondizzjonijiet oriġinali.

    5. Kull Stat Membru jista' jżomm dispożizzjonijiet nazzjonali barra minn dawk stipulati fl-Annessi A u B fir-rigward tar-referenza tat-temperatura għat-trasport fit-territorju tiegħu ta' gassijiet likwifikati jew taħlit ta' gassijiet likwifikati sakemm dispożizzjonijiet li jirrrigwardjaw ir-referenza tat-temperaturi għal żoni klimatiċi speċifikati jkunu inkorporati fl-istandards Ewropej u referenzi għal dawk l-istandards jiżdiedu ma' l-Annessi A u B.

    6. Kull Stat Membru jistgħu jħalli l-użu, għat-trasport fit-territorju tiegħu, ta' ippakkjar ikkostruwit iżda mhux iċċertifikat b'mod konformi mal-FPT qabel l-1 ta' Jannar 1997 sakemm dak l-ippakkjar juri d-data tal-produzzjoni u jista' jgħaddi t-testijiet stipulati fil-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ l-31 ta' Diċembru 1996 u sakemm dak l-ippakkjar kollu jinżamm fil-livelli ta' sigurtá rilevanti (inklużi l-ittestjar u l-ispezzjoni fejn huma meħtieġa), b'mod konformi ma' l-iskema li ġejja: kontenituri metalliċi intermedjari għal-massa u tankijiet tal-ħadid li jeċċedu kapaċitá ta' iktar minn 50 litru, sa' 15-il sena wara d-data tal-manifattura tagħhom; ippakkjar metalliku ieħor, sa ħames snin wara d-data tal-manifattura ippakkjar metalliku u l-ippakkjar tal-plastic kollu, sa ħames snin wara d-data tal-manifattura iżda mhux wara l-31 ta' Diċembru 1998.

    7. Kull Stat Membru jista' jħalli t-trasport fit-territorju tiegħu ta' xi merkanzija perikoluza ippakkjati qabel l-1 ta' Jannar 1997 sal-31 ta' Diċembru 1998, basta li l-merkanzija huma kklassifikati, ippakkjati u ittikkjettati b'mod konformi mal-ħtiġijiet ta' leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 1997.

    8. Kull Stat Membru jista' jżomm id-dispożizzjonijiet ta' leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1996 dwar il-wirja ta' kodiċi ta' azzjoni ta' emerġenza minflok in-numru ta' identifikazzjoni ta' perikolu stipulat fl-Anness B għal operazzjonijiet ta' trasport imwettqa fit-territjoru tiegħu minn vetturi reġistrati f'dak it-territorju.

    9. Kull Stat Membru jista', wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, iżomm dispożizzjonijiet inqas stretti minn dawk stipulati fl-Annessi A u B ta' din id-Direttiva għat-trasport fit-territorju tiegħu ta' ammonti żgħar ta' xi sustanzi perikoluzi, bl-eċċezzjoni ta' sostanzi li għandhom livell medju jew għoli ta' radjuattivitá.

    10. Sakemm is-sigurtá ma tkunx kompromessa, l-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi temporanji mill-Annessi A u B għall-iskop tat-twettiq fit-territorji tagħhom tal-provi meħtieġa qabel l-emendi ta' dawk l-Annessi sabiex jiġu addatti għall-iżviluppi teknoloġiċi u industrijali. Il-Kummissjoni għandha tkun avżata dwar dan u għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq.

    Deroga temporanja miftehma bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fuq il-bażi tal-Marġinali 2010 u 10602 ta' l-Annessi A u B iridu jieħdu l-forma ta' ftehim multilaterali proposti lejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kollha mill-awtoritá li tieħu l-inizzjattiva fir-rigward tal-ftehim. Il-Kummissjoni għandha tkun informata kif xieraq.

    Kull derogazzjoni bħal dawk imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandha tkun applikata mingħajr diskriminazzjoni minħabba nazzjonalitá jew il-post ta' l-istabbiliment tal-fornitur, tal-burdnar jew tal-persuna li tirċievi; dawn jistgħu jdumu sa' ħames snin u ma jistgħux jiġġeddu.

    11. Kull Stat Membru jista' jawtorizza trasporti singoli ta' merkanzija perikoluza li jew huma pprojbiti mill-Annessi A u B jew imwettqa taħt kondizzjonijiet differneti minn dawk stipulati fl-Annessi A u B.

    12. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kull Stat Membru jista' sa' l-aktar tard sal-31 ta' Diċembru 1998 japplika ftehim istenti ma' Stati Membri oħra li jkunu konformi mal-FPT, mingħarj diskriminazzjoni minħabba nazzjonalitá jew minħabba l-post ta' stabbiliment tal-fornitur, burdnar jew tal-persuna li qed tirċievi. Kull derogazzjoni oħra awtorizzata mill-Marġinali 2010 u 10602 ta' l-Annessi A u B għandha tkun konformi mal-paragrafu 10.

    Artikolu 7

    Soġġett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji dwar l-aċċess fis-suq, vetturi rreġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni f'pajjiżi mhux membri jridu jiġu awtorizzati li jwettqu t-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluza fil-Komunitá jekk it-trasport involut ikun konformi mal-FPT.

    Il-KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 8

    L-emendi meħtieġa għall-addattazzjoni ta' l-Annessi A u B għall-progress xjentifiku u tekniku fis-setturi koperti minn din id-Direttiva biex jittieħed akkont ta' l-emendi għall-Annessi tal-FPT iridu jkunu addottati b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9.

    Artikolu 9

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza, minn hawn "l quddiem irrriferut bħala "il-Kumitat", li jrid jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni."

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippreżenta lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni fuq l-abbozz f'terminu ta' żmien li l-president jista' jistpula skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni trid tingħata mill-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikunu mgħobbija bil-mnjiera kif stabbbilita f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota.

    3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

    (b) Meta l-miżuri proposti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew fin-nuqqas ta' xi opinjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tippreżenta lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

    Jekk il-Kunsill ma jkun aġixxa fi żmien tlett xhur mid-data tar-referenza lejn il-Kunsill, il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri proposti.

    Artikolu 10

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1997. Għandhom minnnufiħ jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri dawn għandhom jinkludu referenzi jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenzi bħal dawk fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mod kif dik ir-referenza għandha ssir.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 11

    1. Id-Direttiva 89/684/KEE hija b'dan imħassra mit-terminu taż-żmien għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva fil-leġislazzjoni nazzjonali.

    2. Ċertifikati proviżżorji maħruġa mill-Istati Membru bi qbil ma' l-Artikolu 4(2) ta' dik id-Direttiva għat-trasport nazzjonali biss għandhom jibqgħu jgħoddu sal-31 ta' Diċembru 1996. Ċertifikati maħruġa bi qbil ma' l-Artikolu 4(4) ta' dik id-Direttiva jistgħu jkomplu jintużaw sat-tmiem tal-perijodu tal-validitá tagħhom, iżda mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1997 għal merkanzija perikoluza trasportata f'tankijiet jew għal splussivi u mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000 għal merkanzija perikoluza oħra.

    Artikolu 12

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Novembru 1994.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Wissmann

    [1] ĠU C 17, ta' l-20.1.1994, p. 6.

    [2] ĠU C 195, tat-18.7.1994, p. 15.

    [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 1994 (ĠU C 205, tal-25.7.1994, p. 54), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tad-19 ta' Settembru 1994 (ĠU C 301, tas-27.10.1994, p.25) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 1994 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 1.

    [5] ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 15.

    [6] ĠU L 374, tal-31.12.1990, p. 1.

    [7] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 33.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS A

    Il-Marġinali 2 000 sa' 3 999 ta' l-Anness A għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija perikoluza bit-Triq (FPT), b'effett mill-1 ta' Jannar 1995, "Stat Membru" jitbiddel minn "Parti Kontraenti".

    NB: Verżjonijiet f'kull lingwa uffiċjali tal-Komunitá iridu jiġu ppubblikati malli test ikkonsolidat u t-traduzzjonijiet jitlestew.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS B

    Il-Marġinali 10 000 sa' 260 999 ta' l-Anness B għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija perikoluza bit-Triq (FPT), b'effett mill-1 ta' Jannar 1995, "Stat Membru" jitbiddel minn "Parti Kontraenti".

    Verżjonijiet f'kull ilsien uffiċjali tal-Komunitá iridu jiġu ppubblikati malli test ikkonsolidat u t-traduzzjonijiet jitlestew.

    --------------------------------------------------

    Top