EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0052

Id-Direttiva 94/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 1994 li temenda għat-tieni darba d-Direttiva 88/344/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ l-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel

ĠU L 331, 21.12.1994, p. 10–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/52/oj

31994L0052



Official Journal L 331 , 21/12/1994 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0056
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0056


Id-Direttiva 94/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-7 ta’ Diċembru 1994

li temenda għat-tieni darba d-Direttiva 88/344/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ l-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Billi d-Direttiva 88/344/KEE [4], ħassret mill-Parti III ta’ l-Anness, mill-1 ta’ Jannar 1994, is-solvent ċikloekżane, użat fit-tħejjija tat-taħwir;

Billi, fuq il-bażi tat-tagħrif komplimentari rċevut sa dan it-tant, il-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Ikel iddeċieda li jerġa’ jdaħħal l-aċċettazzjoni temporanja tiegħu ta’ qabel għal din is-sustanza; billi l-użu ta’ dan is-solvent jista’ għalhekk jiġi ssoktat, sakemm toħroġ l-opinjoni definittiva ta’ dak il-Kumitat,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness mad-Direttiva 88/344/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

fil-Parti III: Is-solvent ċikloekżane għandu jiġi mdaħħal mill-ġdid b’limitu massimu ta’ residwi ta’ 1 mg/kg.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom hekk li jippermettu l-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mis-7 ta’ Diċembru 1995.

Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri riferiti fil-paragrafu 1, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Diċembru 1994.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

K.Hänsch

Għall-Kunsill

Il-President

G.Rexrodt

[1] ĠU C 15, tat-18.1.1994, p. 17.

[2] ĠU C 133, tas-16.5.1994, p. 21.

[3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Frar 1994. (ĠU C 61, tat-28.2.1994, p. 101), il-Pożizzjoni komuni tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 1994 (ĠU C 172, ta’ l-24.6.1994, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Settembru 1994 (ĠU C 276, tat-3.10.1994, p. 13).

[4] ĠU L 157, ta’ l-24.6.1988, p. 28. Id-direttiva kif emendata bid-Direttiva Nru 92/115/KEE (ĠU L 409, tal-31.12.1992, p. 31).

--------------------------------------------------

Top