Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0038

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/38/KE tas-26 ta' Lulju 1994 li temenda l-Annessi Ċ u D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tissuplimenta d-Direttiva 89/48/KEE

    ĠU L 217, 23.8.1994, p. 8–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/38/oj

    31994L0038



    Official Journal L 217 , 23/08/1994 P. 0008 - 0017
    Finnish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0147
    Swedish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0147


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/38/KE

    tas-26 ta' Lulju 1994

    li temenda l-Annessi Ċ u D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tissuplimenta d-Direttiva 89/48/KEE

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tissuplementa d-Direttiva 89/48/KEE [1], u partikolarment l-Artikolu 15 tagħha,

    Billi, meta wieħed jeżamina talba rraġunata għaż-żieda ta' kors ta' l-edukazzjoni jew tat-taħriġ mal-lista fl-Anness Ċ jew D jew għat-tneħħija ta' kors bħal dan minn dawk l-Annessi, il-Kummissjoni, bis-saħħa ta' l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 92/51/KEE, hija meħtieġa li tivverifika partikolarment jekk il-kwalifika li tirriżulta mill-kors tagħtix lid-detentur livell ta' edukazzjoni jew taħriġ professjonali ta' livell għoli ta' paragun mal-kors post-sekondarju li hemm referenza għalih fil-punt (i) tat-tieni subinċiż ta' l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 1(a), u livell simili ta' responsabbiltà u attività;

    Billi l-Gvern Ġermaniż għamel talbiet irraġunati għall-emendar ta' l-Annessi Ċ u D tad-Direttiva u l-Gvern Taljan għamel talba rraġunata għall-emendar ta' l-Anness Ċ;

    Billi, partikolarment, ir-referenza għat-titolu professjonali tal-fiżjoterapista ("Krankengymnast(in)") fil-Ġermanja trid tiġi emendata insegwitu ta' bidla fil-liġi nazzjonali li introduċiet titolu professjonali mingħajr, madankollu, ma bidlet l-istruttura ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali;

    Billi, partikolarment, il-korsijiet ta' taħriġ li għandhom jiżdiedu mal-lista fl-Anness Ċ fir-rigward tal-Ġermanja għandhom l-istess struttura bħal dawk diġà mniżżla, fir-rigward tal-Ġermanja, l-Italja u l-Lussemburgu, fil-punt 1 ("Korsijiet ta taħriġ paramediku u tal-kura tat-tfal") f'dak l-Anness;

    Billi l-Italja biddlet il-korsijiet ta' taħriġ u edukazzjoni tagħha għall-kontabili ("regioniere") u għall-esperti tal-kontabilità ("perito commerciale"), bir-riżultat li dawk il-korsijiet issa jidħlu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE [2]; billi, fil-każ ta' konsulenti tax-xogħol ("consulenti del lavoro"), il-kors ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ kopert mid-Direttiva 89/48/KEE issa huwa l-forma prinċipali ta' edukazzjoni u taħriġ għall-professjoni kkonċernata; billi, skond dan, il-korsijiet ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ għal dawk iż-żewġ professjonijiet m'għandhomx aktar jibqgħu inklużi fl-Anness Ċ, peress li d-detenturi tal-kwalifiki koperti mid-Direttiva 92/51/KEE jistgħu, permezz ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 89/48/KEE, japplikaw sabiex jiġu ttrattati bl-istess mod;

    Billi skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 92/51/KEE id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva m' humiex applikabbli għall-attivitajiet koperti minn xi waħda mid-Direttivi mniżżla fl-Anness tagħha, inklużi d-Direttivi li saru applikabbli għas-segwiment bħala persuna mpjegata ta' l-attivitajiet imniżżla fl-Anness B, anke jekk ċittadin ta' Stat Membru jkun temm wieħed mill-"korsijiet li għandhom struttura speċjali" msemmija fl-Anness D;

    Billi, partikolarment, il-korsijiet ta' taħriġ li għandhom jiżdiedu mal-lista fl-Anness D fir-rigward tal-Ġermanja huma simili fl-istruttura għal ċerti korsijiet ta' taħriġ fl-Anness Ċ u invarjabilment fihom tul totali ta' 13 il-sena jew aktar, inklużi t-tliet snin jew aktar ta' taħriġ vokazzjonali;

    Billi, skond l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 92/51/KEE u sabiex titkabbar l-effettività tas-sistema ġenerali, dawk l-Istati Membri li l-korsijiet ta' edukazzjoni u taħriġ tagħhom huma mniżżla fl-Anness D għandhom jibagħtu lista tad-diplomi kkonċernati lill-Kummissjoni;

    Billi, sabiex l-Annessi jsiru aktar faċli biex jinqraw, il-listi kif emendati għandhom jiġu ppubblikati;

    Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/51/KEE,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Permezz ta' dawn l-Annessi Ċ u D għad-Direttiva 92/51/KEE qed jiġu emendati kif jidher fl-Anness I hawnhekk.

    L-Artikolu 2

    Il-listi emendati tal-korsijiet ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ li jidhru fl-Annessi Ċ u D tad-Direttiva 92/51/KEE huma murija fl-Anness II għal din id-Direttiva.

    L-Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex huma ikunu konformi ma din id-Direttiva qabel l-1 ta' Ottubru 1987. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament b'dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1994.

    Għall-Kummissjoni

    Raniero Vanni d'Archirafi

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 209, ta' l-24.7.1992, p. 25.

    [2] ĠU L 19, ta' l-24.1.1989, p. 16.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 1

    1. L-Anness Ċ qed jiġi emendat kif ġej:

    1. Fil-"1. Korsijiet ta' taħriġ paramediku u tal-kura tat-tfal", taħt l-intestatura "Fil-Ġermanja":(a)it-tieni subinċiż huwa emendat biex jaqra:

    "— fiżjoterapista ("Krankengymnast(in)/Physiotherapeut(in)" [1];"

    (b)is-segwenti subinċiżi huma miżjuda:

    "— tekniku tal-laboratorju mediku ("medizinisch-technische(r) Laboratoriums-Assistent(in)"),

    — tekniku tar-raġġi-X mediku ("medizinisch-technische(r) Radiologie-Assistent(in)"),

    — tekniku tad-dijanjosi medika funzjonali ("medizinisch-technische(r) Assistent(in) fuer Funktionsdiagnostik"),

    — tekniku veterinarju ("veterinaermedizinisch-technische(r) Assistent(in)"),

    — dietista ("Diaetassistent(in)"),

    — tekniku tal-farmaċija ("Pharmazieingenieur") li jkun akwistat qabel il-31 ta' Marzu 1994 f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Germanja jew fit-territorju tal- Laender il-ġdida,

    — infermiera psikjatrika ("Psychiatrische(r) Krankenschwester/Krankenpfleger"),

    — speech therapist ("Sprachtherapeut(in)")"

    .

    2. Fil-"4. Settur tekniku", taħt "Fl-Italja":—it-tielet subinċiż,

    "— kontabili ("ragioniere"), u espert tal-kontabilità ("perito commerciale"),"

    qed tiġi mħassra,—ir-raba subinċiż,

    "— konsulenti tax-xogħol ("consulente del lavoro"),"

    qed tiġi mħassra,—is-sitt subinċiż qed tiġi emendata biex tinqara kif ġej:

    "— għal- landsurveyors, bit-tkomplija ta' kors ta' taħriġ li jdum mill-inqas sentejn"

    .

    2. L-Anness D qed jiġi miżjud bis-sezzjoni segwenti:

    "Fil-Ġermanja:

    is-segwenti korsijiet irregolati,

    - korsijiet irregolati ta' preparazzjoni għas-segwiment tal-professjonijiet ta' assistent tekniku ("technische(r) Assistent(in)"), assistent kummerċjali ("kaufmaennische(r) Assistent(in)"), professjonijiet soċjali ("soziale Berufe") u l-professjoni ta' għalliem tar-respirazzjoni u l-elokuzzjoni ċċertifikat mill-Istat ("staatlich gepruefte(r) Atem-, Sprech- und Stimmlehrer(in)"), ta' tul totali ta' mill-inqas 13 il-sena, li jenħtieġu it-tmiem b' suċċess tal-kors sekondarju ta' l-edukazzjoni ("mittlerer Bildungsabschluss") u li fihom:

    - mill-inqas tliet snin [2] ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata ("Fachschule") li jwasslu għal eżami u, fejn applikabbli, miżjuda b'kors ta' sena jew sentejn ta' speċjalizzazjoni li ukoll iwassal għal eżami,

    - jew mill-inqas sentejn u nofs fi skola speċjalizzata ("Fachschule") li jwasslu għal eżami u miżjuda bl-esperjanza fuq ix-xogħol li jdum mhux anqas minn sitt xhur jew kors ta' taħriġ ta' mhux anqas minn sitt xhur fi stabbiliment approvat,

    - jew mill-inqas sentejn fi skola speċjalizzata ("Fachschule") li jwasslu għal eżami u miżjuda bl-esperjenza fuq ix-xogħol li jdum mhux anqas minn sena jew kors ta' taħriġ ta' mhux anqas minn sena fi stabbiliment approvat,

    - korsijiet irregolati għall-professjonijiet ta' ("staatlich gepruefte(r)") tekniku ("Techniker(in)"), ekonomista kummerċjali ("Betriebswirt(in)"), disinjatur ("Gestalter(in)") u assistent tal-familja ("Familienpfleger(in)") ċċertifikati mill-Istat, ta' tul totali ta' mhux anqas minn 16 il-sena, li bħala prerekwiżit għalihom huwa t-tkomplija b'suċċess ta' skola obbligatorja jew edukazzjoni u taħriġ ekwivalenti (ta' tul ta' mhux anqas minn disa' snin) u t-tkomplija b'suċċess ta' kors fi skola tas-snajja ("Berufsschule") ta' mhux anqas minn tliet snin, u li jkun fihom, mat-tmiem mill-inqas sentejn ta' esperjenza ta' xogħol, bl-edukazzjoni u t-taħriġ full-time li ma jdumux anqas minn sentejn jew edukazzjoni u taħriġ part-time ta' tul ekwivalenti,

    - korsijiet irregolati u taħriġ irregolat fis-servizz, ta' tul ta' mhux anqas minn 15 il-sena, li prerekwiżit għalih ikun, ġeneralment, it-tkomplija b'suċċess ta' l-iskola obbligatorja (ta' tul ta' mhux anqas minn disa' snin) u ta' taħriġ vokazzjonali (normalment tliet snin) u li ġeneralment ikun fih mill-inqas sentejn ta' esperjenza ta' xogħol (tliet snin fil-maġġoranza tal-każijiet) u eżami bħala parti mit-taħriġ fis-servizz, li l-preparazzjoni għalih ġeneralment tinvolvi kors ta' taħriġ li jew ikun għaddej fl-istess żmien ma' l-esperjenza tax-xogħol (mill-inqas 1000 siegħa) jew l-attendenza għalih fuq bażi full-time (mill-inqas sena).

    L-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom jibagħtu lejn il-Kummissjoni u lejn l-Istati Membri l-oħra lista ta' korsijiet ta' taħriġ koperti minn dan l-Anness."

    [1] Mill-1 ta' Ġunju 1994, it-titolu professjonali "Krankengymnast(in)" inbidel b'dak ta' "Physiotherapeut(in)". B'danakollu, l-membri tal-professjoni li kisbu d-diplomi tagħhom qabel dik id-data jistgħu, jekk dawn jixtiequ, jkomplu jużaw it-titolu ta' qabel ta' "Krankengymnast(in)".

    [2] It-tul minimu jista' jitnaqqas minn tliet snin għal sentejn jekk il-persuna kkonċernata għandha l-kwalifiki meħtieġa sabiex tidħol fl-università ("Abitur"), i.e. 13 il-sena ta' edukazzjoni u taħriġ preċedenti, jew il-kwalifika meħtieġa sabiex wieħed jidħol f'"Fachhochschule" (a "Fachhochschulreife"), i.e. 12-il sena ta' edukazzjoni u taħriġ preċedenti.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    LISTA TA' KORSIJIET LI GĦANDHOM STRUTTURA SPEĊJALI KIF HEMM REFERENZA DWARHOM FIL-PUNT (ii) TAT-TIENI SUBINĊIŻ TA' L-EWWEL SOTTOPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 1(a)

    1. Korsijiet ta' taħriġ paramendiku u tal-kura tat-tfal

    It-taħriġ għas-segwenti:

    fil-Ġermanja

    - infermiera pedjatriċi ("Kinderkrankenschwester/Kinderkrankenpfleger"),

    - fiżjoterapista ("Krankengymnast(in)/Physiotherapeut(in)") [1],

    - terapista tax-xogħol ("Beschaeftigungs-und Arbeitstherapeut(in)"),

    - speech therapist ("Logopaede/Logopaedin"),

    - ortopista ("Orthoptist(in)"),

    - ħaddiem għall-kura tat-tfal rikonoxxut mill-Istat ("Staatlich anerkannte(r) Erzieher(in)"),

    - għalliem rimedjarju rikonoxxut mill-Istat ("Staatlich anerkannte(r) Heilpaedagoge(-in)"),

    - tekniku tal-laboratorju mediku ("medizinisch-technische(r) Laboratoriums-Assistent(in)"),

    - tekniku mediku tar-raġġi-X ("medizinisch-technische(r) Radiologie-Assistent(in)"),

    - tekniku tad-dijanjosi medika funzjonali ("medizinisch-technische(r) Assistent(in) fuer Funktionsdiagnostik"),

    - tekniku veterinarju ("veterinaermedizinisch-technische(r) Assistent(in)"),

    - dietista ("Diaetassistent(in)"),

    - tekniku tal-farmaċija ("Pharmazieingenieur") akwistat qabel il-31 ta' Marzu 1994 f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Germanja jew fit-territorju tal- Laenderil-ġdid,

    - infermiera psikjatrika ("Psychiatrische(r) Krankenschwester/Krankenpfleger"),

    - speech therapist ("Sprachtherapeut(in)"),

    fl-Italja

    - dental technician ("odontotecnico"),

    - ottiku ("ottico"),

    - kiropodista ("podologo"),

    fil-Lussemburgu

    - tekniku mediku tar-raġġi-X (assistant(e) technique médical(e) en radiologie),

    - tekniku tal-laboratorju kimiku (assistant(e) technique médical(e) de laboratoire),

    - infermiera psikjatrika (infirmier/ière psychiatrique),

    - tekniku mediku — operazzjonijiet (assistant(e) technique médical(e) en chirurgie),

    - infermiera pedjatrika (infirmier/ière puériculteur/trice),

    - infermiera — anestesista (infirmier/ière anesthésiste),

    - masseur ikkwalifikat (masseur/euse diplômé(e)),

    - ħaddiem għall-kura tat-tfal (éducateur/trice),

    li jirrappreżentaw korsijiet ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' tul totali ta' mill-inqas tlettax-il sena li jkun fihom:

    - jew mill-inqas tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jwassal għal eżami, f'xi kasijiet miżjuda b'kors ta' sena jew sentejn ta' speċjalizzazzjoni li jwassal għal eżami,

    - jew mill-inqas sentejn u nofs ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jwassal għal eżami u miżjuda bl-esperjenza fuq ix-xogħol ta' mhux anqas minn sitt xhur jew kors ta' taħriġ ta' mhux anqas minn sitt xhur fi stabbiliment approvat,

    - jew mill-inqas sentejn ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jwassal għal eżami u miżjuda bl-esperjenza fuq ix-xogħol ta' mhux anqas minn sena jew kors ta' taħriġ ta' mhux anqas minn sena fi stabbiliment approvat,

    2. Is-settur ta' l-imgħallem tas-sengħa ("Mester"/"Meister"/"Maître"), li jirrappreżenta l-korsijiet ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ fir-rigward ta' abilitajiet mhux koperti mid-Direttivi mniżżla fl-Anness A

    It-taħriġ għas-segwenti:

    fid-Danimarka

    - ottiku ("optometrist"),

    dan il-kors huwa ta' tul totali ta' 14 il-sena, inklużi l-ħames snin ta' taħriġ vokazzjonali mqassma f'sentejn u nofs ta' taħriġ teoretiku pprovduti mill-istabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali u sentejn u nofs taħriġ prattiku miksub fuq il-post tax-xogħol, u li jwassal għal eżami rikonoxxut fir-rigward ta' dik is-sengħa u li jagħti d-dritt ta' l-użu tat-titolu ta' "Mester",

    - tekniku ortopediku ("ortopaedimekaniker"),

    dan il-kors huwa ta' tul totali ta' 12,5 il-sena, inklużi t-tliet snin u nofs ta' taħriġ vokazzjonali mqassma f'sitt xhur ta' taħriġ teoretiku pprovduti mill-istabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali u tliettsnin ta' taħriġ prattiku miksub fuq il-post tax-xogħol, u li jwassal għal eżami rikonoxxut fir-rigward ta' dik is-sengħa u li jagħti d-dritt ta' l-użu tat-titolu ta' "Mester",

    - skarpan tal-istivali u ż-żraben ortopediċi ("ortopaediskomager"),

    dan il-kors huwa ta' tul totali ta' 13,5 il-sena, inklużi l-erba snin u nofs ta' taħriġ vokazzjonali mqassma f' sentejn taħriġ teoretiku pprovduti mill-istabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali u sentejn u nofs taħriġ prattiku miksub fuq il-post tax-xogħol, u li jwassal għal eżami rikonoxxut fir-rigward ta' dik is-sengħa u li jagħti d-dritt ta' l-użu tat-titolu ta' "Mester".

    It-taħriġ għas-segwenti:

    fil-Ġermanja

    - ottiku ("Augenoptiker"),

    - dental technician ("Zahntechniker"),

    - surgical truss maker ("Bandagist"),

    - manifattur tal- hearing-aids ("Hoergeraete-Akustiker"),

    - tekniku ortopediku ("Orthopaediemechaniker"),

    - skarpan ta' l-istivali ortopediċi ("Orthopaedieschuhmacher"),

    fil-Lussemburgu

    - optician ("opticien"),

    - dental technician ("mécanicien dentaire"),

    - manifattur tal- hearing-aids ("audioprothésiste"),

    - tekniku ortopediku/ surgical truss maker ("mécanicien orthopédiste/bandagiste"),

    - skarpan ta' l-istivali ortopediċi ("orthopédiste-cordonnier").

    Dawn il-korsijiet huma ta' tul totali ta' 14-il-sena, inklużi mill-inqas ħames snin ta' taħriġ segwiti ġewwa struttura ta' taħriġ strutturata, parzjalment miksuba fuq il-post tax-xogħol u l-parzjament miksuba mill-istabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali, u li jwassal għal eżami li minnu wieħed irid jgħaddi sabiex jipprattika kull attività kkunsidrata bħala tas-sengħa/ta' ħila jew independentement jew bħala impjegat b'livell ta' responsabilità komparabbli.

    3. Is-settur tat-tbaħħir

    (a) Trasport bil-baħar

    It-taħriġ għas-segwenti:

    fid-Danimarka

    - kaptan tal-vapur ("skibsfoerer"),

    - uffiċjal ewlieni ("overstyrmand"),

    - quartermaster, uffiċjal tal-gverta ("enestyrmand, vagthavende styrmand"),

    - uffiċjal tal-gverta ("vagthavende styrmand"),

    - inġinier ("maskinchef"),

    - l-inġinier ewlieni ("1. maskinmester"),

    - l-inġinier ewlieni/inġinier tar-ronda ("1. maskinmester/vagthavende maskinmester"),

    fil-Ġermanja

    - kaptan, bastiment kbir kostali ("Kapitaen AM"),

    - kaptan, bastiment kostali ("Kapitaen AK"),

    - uffiċjal tal-gverta, bastiment kbir kostali ("Nautischer Schiffsoffizier AMW"),

    - uffiċjal tal-gverta, bastiment kostali ("Nautischer Schiffsoffizier AKW"),

    - kap inġinier, grad Ċ ("Schiffsbetriebstechniker CT — Leiter von Maschinenanlagen"),

    - il-mekkaniku tal-vapur, grad Ċ ("Schiffsmaschinist CMa — Leiter von Maschinenanlagen"),

    - l-inġinier tal-vapur, grad Ċ ("Schiffsbetriebstechniker CTW"),

    - il-mekkaniku tal-vapur, grad Ċ — uffiċjal waħdieni ta inġinerija ("Schiffsmaschinist CMaW — Technischer Alleinoffizier"),

    fl-Italja

    - uffiċjal tal-gverta ("ufficiale di coperta"),

    - uffiċjal ta l-inġinerija ("ufficiale di macchina"),

    fl-Olanda

    - l-uffiċjal ewlieni (bastiment kostali) (b taħriġ addizzjonali) ("stuurman kleine handelsvaart (met aanvulling)"),

    - inġinier ta' bastiment kostali (b'diploma) ("diploma motordrijver"),

    li jirrappreżentaw taħriġ:

    - fid-Danimarka, ta' disa' snin ta' skola primarja segwita minn kors ta' taħriġ bażiku u/jew servizz fuq il-baħar ta' bejn 17 u 36 xahar, issuplementati minn:

    - għall-uffiċjali tal-gverta, sena ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat,

    - għall-oħrajn, tlett snin ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat,

    - fil-Ġermanja, ta' tul totali ta' bejn 14 u 18 il-sena, inkluż kors ta' tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali bażiku u sena ta' servizz fuq il-baħar, segwiti minn sena jew sentejn ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat, miżjuda, fejn xieraq, b'sentejn esperjenza ta' xogħol fin-navigazzjoni,

    - fl-Italja, ta' tul totali ta' 13-il sena, li minnhom mill-inqas ħames snin jikkonsistu minn taħriġ professjonali li jwassal għal eżami u li huma miżjuda, fejn xieraq, minn kors ta' taħriġ,

    - fl-Olanda, li jinvolvi kors ta'14 il-sena, li mill-inqas sentejn minnu iseħħu fi stabbiliment ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat, miżjuda b'kors ta' taħriġ ta' tnax-il-xahar,

    u li huma rikonoxxuti taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali STCW (Konvenzjoni Internazzjonali dwar l- Istandards tat-Taħriġ, Iċ-ċertifikar u l-Għassa għall-Baħħara, 1978).

    (b) Sajd fuq il-baħar

    It-taħriġ għas-segwenti:

    fil-Ġermanja

    - kaptan, sajd fil-baħar fond ("Kapitaen BG/Fischerei"),

    - kaptan, sajd mal-kosta ("Kapitaen BK/Fischerei"),

    - uffiċjal tal-gverta, bastiment għall-baħar fond ("Nautischer Schiffsoffizier BGW/Fischerei"),

    - uffiċjal tal-gverta, bastiment tat-tbaħħir mal-kosta ("Nautischer Schiffsoffizier BKW/Fischerei"),

    fl-Olanda

    - l-uffiċjal ewlieni/inġinier V ("stuurman werktuigkundige V"),

    - inġinier IV (bastiment tas-sajd) ("werktuigkundige IV visvaart"),

    - l-ufficjal ewlieni IV (bastiment tas-sajd) ("stuurman IV visvaart"),

    - l-uffiċjal ewlieni/inġinier VI ("stuurman werktuigkundige VI"),

    li jirrappreżentaw taħriġ:

    - fil-Ġermanja, ta' tul totali ta' bejn 14 u 18 il-sena, inkluż kors ta' tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali bażiku u sena ta' servizz fuq il-baħar, segwiti minn sena jew sentejn ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat, miżjuda, fejn xieraq, b'sentejn esperjenza ta' xogħol fin-navigazzjoni,

    - fl-Olanda, li jinvolvi kors li jvarja fit-tul bejn it-13 u l-14 il-sena, li mill-inqas sentejn minnu jiġu pprovduti fi skola ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat, miżjuda b'perjodu ta' tnax il-xahar ta' esperjenza fuq ix-xogħol,

    u li huwa rikonoxxut taħt il-Konvenzjoni Terrimolinos (Konvenzjoni Internazjonali għas-Sigurta tal-Bastimenti tas-Sajd - 1977).

    4. Settur tekniku

    It-taħriġ għas-segwenti:

    fl-Italja

    - surveyor tal-bini ("geometra"),

    - land surveyor ("perito agrario"),

    li jirrapreżentaw korsijiet tekniċi sekondarji ta' tul totali ta' mill-inqas 13 il-sena, li fihom tmien snin ta skola obbligatorja segwiti minn ħames snin ta' studji sekondarji, inkluzi tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali, li jwasslu għall-eżami tal-Baċellerat Tekniku, u miżjuda

    - għall- buildingsurveyors minn: jew kors ta' taħriġ li jdum mill-inqas sentejn f'uffiċċju professjonali, jew ħames snin ta' esperjenza fuq ix-xogħol,

    - għall- landsurveyors, bit-tkomplija ta' kors ta' taħriġ li jdum mill-inqas sentejn, segwit mill-eżami ta' l-Istat.

    It-taħriġ għas-segwenti:

    fl-Olanda

    - marixxal tal-qorti ("gerechtsdeurwaarder"),

    li jirrapreżenta kors ta' studju u taħriġ vokazzjonali ta' tul totali ta' 19 il-sena, li fihom tmien snin ta' skola obbligatorja segwiti minn tmien snin ta' edukazzjoni sekondarja inkluzi erba' snin ta' edukazzjoni teknika li jwasslu għal eżami ta' l-Istat u miżjuda minn tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali teoretiku u prattiku.

    5. Korsijiet tar-Renju Unit akkreditati bħala kwalifiki vokazzjonali nazzjonali jew kwalifiki vokazzjonali Skoċċiżi

    Taħriġ għal:

    - uffiċjal xjentifiku tal-laboratorju mediku,

    - inġinier ta' l-elettriku għall-minjieri,

    - inġinier mekkaniku tal-minjieri,

    - assistent soċjali approvat — saħħa mentali,

    - uffiċjal tal-libertà kondizzjonata ( probationofficer),

    - terapista dentali,

    - iġjenista dentali,

    - ottiku bejjiegħ,

    - deputat tal-minieri,

    - prattikant tal-falliment,

    - convenyancer liċenzjat,

    - prostetista,

    - l-uffiċjal ewlieni — vapuri tal-merkanzija/passiġġieri — mingħajr restrizzjoni,

    - it-tieni uffiċjal — vapuri tal-merkanzija/passiġġieri — mingħajr restrizzjoni,

    - it-tielet uffiċjal — vapuri tal-merkanzija/passiġġieri — mingħajr restrizzjoni,

    - uffiċjal tal-gverta — vapuri tal-merkanzija/passiġġieri — mingħajr restrizzjoni,

    - uffiċjal inġinier — vapuri tal-merkanzija/passiġġieri — mingħajr restrizzjoni ta' żoni,

    - aġent tat- trade marks,

    li jwasslu għal kwalifiki akkreditati bħala Kwalifiki Nazzjonali Vokazzjonali (KNV) jew approvati jew rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Kunsill Nazzjonali għall-Kwalifiki Vokazzjonali jew, fl-Iskozja, akkreditati bħala Kwalifiki Vokazzjonali Skoċċiżi, fil-livelli 3 u 4 fl-Istruttura Nazzjonali tal-Kwalifiki Vokazzjonali tar-Renju Unit.

    Dawn il-livelli huma definiti kif ġej:

    livell 3 : kompetenza f'medda wiesgħa ta' attivitajiet ta' xogħol imwettaq f'varjetà wiesgħa ta' kuntesti u li l-maġġorparti tagħhom huma kumplessi u mhux ta' rutina. Hemm responsabbiltà u awtonomija kunsiderevoli, u l-kontroll u l-iggwidar ta' l-oħrajn huwa meħtieġ ta' sikwit,

    livell 4 : kompetenza f'medda wiesgħa ta' attivitajiet ta' xogħol kumplessiv tekniku jew professjonali mwettqa f'varjetà wiesgħa ta' kuntesti u bi grad sostanzjali ta' resposabiltà u awtonomija personali. Responsabiltà għax-xogħol ta' l-oħrajn u l-allokazzjoni tar-riżorsi hija preżenti ta' sikwit.

    LISTA TA' KORSIJIET LI GĦANDHOM STRUTTURA SPEĊJALI KIF HEMM REFERENZA GĦALIHA FIT-TIELET SUBINĊIZ TAL-PUNT (b) TA' L-EWWEL SOTTOPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 3

    Fir-Renju Unit

    Korsijiet irregolati li jwasslu għal kwalifiki akkreditati bħala Kwalifiki Nazzjonali Vokazzjonali (KNV) mill-Kunsill Nazzjonali għall-Kwalifiki Vokazzjonali jew, fl-Iskozja, akkreditati bħala Kwalifiki Vokazzjonali Skoċċiżi, fil-livelli 3 u 4 fl-Istruttura Nazzjonali tal-Kwalifiki Vokazzjonali tar-Renju Unit.

    Dawn il-livelli qed jiġu definiti kif ġej:

    livell 3 : kompetenza f'medda vasta ta' attivitajiet ta' xogħol imwettqa f' varjetà wiesgħa ta' kuntesti u li l-maġġorparti tagħhom huma kumplessi u mhux ta' rutina. Hemm responsabbiltà u awtonomija konsiderevoli, u l-kontroll u l-iggwidar ta' l-oħrajn huwa meħtieġ ta' sikwit,

    livell 4 : kompetenza f'medda vasta ta' attivitajiet ta' xogħol kumplessiv tekniku jew professjonali mwettqa f'varjetà wiesgħa ta' kuntesti u bi grad sostanzjali ta' responsabilità u awtonomija personali. Responsabiltà għax-xogħol ta' l-oħrajn u l-allokazzjoni tar-riżorsi hija preżenti ta' sikwit.

    Fil-Ġermanja

    Is-segwenti korsijiet irregolati,

    - korsijiet irregolati ta' preparazzjoni għat-twettiq tal-professjonijiet ta' assistent tekniku ("technisch(r) Assistent(in)"), assistent kummerċjali ("kaufmaennisch(r) Assistent(in)"), professjonijiet soċjali ("soziale Berufe") u l-professjoni ta' għalliem tar-respirazzjoni u l-elokuzzjoni ċertifikat mill-Istat ("staatlich gepruefte(r) Atem-, Sprech- und Stimmlehrer(in)"), ta' tul totali ta' mill-inqas 13 il-sena, li jenħtieġu t-tmiem b'suċċess tal-kors sekondarju ta' edukazzjoni ("mittlerer Bildungsabschluss") u li fihom:

    - mill-inqas tliet snin [2] ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata ("Fachschule") li jwasslu għal eżami u, fejn applikabbli, miżjuda b'kors ta' sena jew sentejn ta' speċjalizzazzjoni li ukoll iwassal għal eżami,

    - jew mill-inqas sentejn u nofs fi skola speċjalizzata ("Fachschule") li jwasslu għal eżami u miżjuda bl-esperjanza fuq ix-xogħol li jdum mhux anqas minn sitt xhur jew kors ta' taħriġ ta' mhux anqas minn sitt xhur fi stabbiliment approvat,

    - jew mill-inqas sentejn fi skola speċjalizzata ("Fachschule") li jwasslu għal eżami u miżjuda bl-esperjanza fuq ix-xogħol li jdum mhux anqas minn sena jew kors ta' taħriġ ta' mhux anqas minn sena fi stabbiliment approvat,

    - Korsijiet irregolati għall-professjonijiet ta' ("staatlich gepruefte(r)") tekniku ("Techniker(in)"), ekonomista kummerċjali ("Betriebswirt(in)"), disinjatur ("Gestalter(in)") u assistent tal-familja ("Familienpfleger(in)") ċertifikati mill-Istat, ta' tul totali ta' mhux anqas minn 16-il sena, li bħala prerekwiżit għalihom jenħtieġu t-tkomplija b'suċċess ta' attendenza fi skola obbligatorja jew edukazzjoni u taħriġ ekwivalenti (ta' tul ta' mhux anqas minn disa' snin) u t-tkomplija b'suċċess ta' kors fi skola tas-snajja' ("Berufsschule") ta' mhux anqas minn tliet snin, u li jkun fihom, mat-tmiem, mill-inqas sentejn ta' esperjenza ta' xogħol, edukazzjoni u taħriġ full-time li ma jdumux anqas minn sentejn jew edukazzjoni u taħriġ part-time ta' dewmien ekwivalenti,

    - Korsijiet irregolati u taħriġ irregolat fis-servizz, ta' tul ta' mhux anqas minn 15-il sena, li bħala prerekwiżit għalih ikun, ġeneralment, it-tkomplija b'suċċess ta' l-iskola obbligatorja (ta' tul ta' mhux anqas minn disa' snin) u tat-taħriġ vokazzjonali (normalment tliet snin) u li ġeneralment ikun fih mill-inqas sentejn ta' esperjenza ta' xogħol (tliet snin fil-maġġoranza tal-kasijiet) u eżami fil-kuntest tat-taħriġ fis-servizz, li l-preparazzjoni għalih ġeneralment tinvolvi kors ta' taħriġ li jew ikun għaddej kontemporanjament ma' l-esperjenza tax-xogħol (mill-inqas 1000 siegħa) jew t/jattendi għalih fuq bażi full-time (mill-inqas sena)

    L-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista ta' korsijiet ta' taħriġ koperti minn dan l-Anness.

    [1] Sa mill-1 ta' Ġunju 1994 it-titolu professjonali "Krankengymnast(in)" ġie mibdul minn dak ta' "Physiotherapeut(in)". b'danakollu, il-membri tal-professjoni li kisbu d-diplomi tagħhom qabel din id-data jistgħu, jekk dawn jixtiequ, jkomplu jużaw it-titolu ta' qabel ta' "Krankengymnast(in)"

    [2] It-tul minimu jista' jitnaqqas minn tliet snin għal sentejn jekk il-persuna kkonċernata għandha l-kwalifiki meħtieġa sabiex tidħol fl-università ("Abitur"), i.e. 13 il-sena ta' edukazzjoni u taħriġ preċedenti, jew il-kwalifika meħtieġa sabiex wieħed jidħol f'"Fachhochschule" (a "Fachhochschulreife"), i.e. 12-il sena ta' edukazzjoni u taħriġ preċedenti.

    --------------------------------------------------

    Top