EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0028

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta' Ġunju 1994 li tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta' razza pura ta' l-ispeċji bovina

ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66–68 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2018; Imħassar b' 32016R1012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/28/oj

31994L0028



Official Journal L 178 , 12/07/1994 P. 0066 - 0068
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0031
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0031


Id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE

tat-23 ta' Ġunju 1994

li tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta' razza pura ta' l-ispeċji bovina

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Fir-rigward tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikularment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li ikkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li ikkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi t-trobbija ta' annimali ta' razza pura hija ġeneralment parti mill-attivitajiet normali tal-biedja; billi huma jikkostitwixxu fonti ta' dħul għall-proporzjoni tal-popolazzjoni tal-biedja;

Billi l-annimali mrobbija puri, bħala annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista ta' l-Anness II mat-Trattat;

Billi r-regoli f'armonija ma' l-iskali tal-livell tal-Komunità tal-kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw l-kummerċ fil-Komunità jew il-promozzjoni ta' l-annimali kollha, partikolarment ta' l-ispeċi tal-baqra, tal-ħanżir, tan-nagħġa u tal-mogħża u ekwidej, ġew imħejjija;

Billi, f'dan il-kuntest, il-Kunsill adotta d-Direttiva 77/504/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 fuq l-annimali li huma ta' razza pura ta' l-għammra ta' l-ispeċi tal-baqra [4], id-Direttiva 88/661/KEE tad-19 ta' Diċembru 1988 fuq il-livelli żootekniċi applikabbli għat-trobbija ta' l-annimali ta' l-ispeċi tal-ħanżir [5], id-Direttiva 89/361/KEE tat-30 ta' Mejju 1989 fir-rigward tan-ngħaġ u l-mogħoż imrobbija puri [6], id-Direttiva 90/427/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 fuq l-kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ fil-Komunità ta' l-ekwidej [7] u d-Direttiva 91/174/KEE tal-25 ta' Marzu 1991 li tirrappreżenta l-ħteġijiet żootekniċi u ta' l-arblu tar-razza għall-promozzjoni ta' l-annimali mrobbija puri [8];

Billi, speċjalment biex jiżguraw żvilupp razzjonali tat-trobbija tal-qobla mrobbija puri u b'hekk titkabbar il-produttivita' f'dan is-settur, prinċipji għandhom ikunu preżentati fuq livell tal-Komunità rigward il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġikali applikabbli għall-importazzjoni ta' dawn l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom minn pajjiżi terzi;

Billi għandha ssir dispożizzjoni għad-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990 li tniżżel il-prinċipji li jirregolaw l-organiżżazzjoni ta' l-ispezzjonijiet veterinari fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [9] u d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tippreżenta l-prinċipji li jirregolaw l-organiżżazzjonijiet ta' l-ispezzjonijiet veterinari fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [10] biex ikunu applikati għall-annimali u l-prodotti riferuti f'din id-Direttiva;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bir-responsabbilta' li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni f'ċerti oqsma ta' natura teknika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġikali applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' annimali, semen, ova u embrijoni li huma koperti mid-Direttivi 77/504/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE u 91/174/KEE u bid-deċiżjonijiet tal-Komunità li jimplimentaw dawn id-Direttivi.

2. Din id-Direttiva għandha tgħodd mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-saħħa ta' l-annimali tal-Komunità applikabbli għall-importi minn pajjiżi terzi ta' l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom kif riferuti fil-paragrafu 1.

3. Din id-Direttiva m' għandhiex teffettwa:

- l-applikazzjoni tar-regoli fuq ċerti sostanzi li għandhom azzjoni ta' l-ormoni jew tirostatika jew fuq beta-agonistiċi fl-istokk tal-biedja,

- importi ta' l-annimali, semen, ova u embrijoni riferuti fil-paragrafu 1 u maħsuba għall- esperimenti tekniċi jew xjentifiċi mwettqa taħt il-kontroll ta' l-awtoritajiet kompetenti.

4. L-importi ta' l-annimali, inklużi dawk li mhumiex koperti minn paragrafu 1, riferuti fil-paragrafu 1, ta' ova u embrijoni ma jistgħux ikunu projbiti, ristretti jew ma jitħallewx fuq raġunijiet żootekniċi jew ġenealoġiċi barra dawk li joħorġu minn din id-Direttiva. Iżda, fejn jidħlu l-importazzjonijiet tas-semen ta' l-annimali mhux riferuti fil-paragrafu 1 ir-regoli nazzjonali żootekniċi u ġenealoġiċi għandhom jgħoddu sa l-adozzjoni tar-regoli tal-Komunità.

Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "awtoritajiet" tfisser kull organiżżazzjoni, organiżżazzjoni ta' trobbija ta' l-istokk, organiżżazzjoni ta' dawk li jrabbu, impriża privata jew servizz uffiċjali, li hu rikonoxxut rigward l-ispeċi u/jew ir-razza konċernata, ghall-iskop li jżommu ktieb jew reġistru tal-merħla skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 77/504/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE u 91/174/KEE.

2. Barra minn hekk,

(a) id-definizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 tad-Direttivi 77/504/KEE, 88/661/KEE u 91/174/KEE u fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 89/361/KEE u 90/427/KEE ikunu applikati rispettivament kif ikun hemm bżonn;

(b) għall-iskopijiet li tkun applikata n-nomenklatura konġunta [11], żwiemel imrobbija puri għat-trobbija ifissru żwiemel reġistrati, bl-eċċeżżjoni ta' żwiemel imsewwija.

Artikolu 3

1. Lista ta' l-awtoritajiet dwar l-ispeċi u/jew ir-razez ikkonċernati li huma approvati għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva tkun imħejjija, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12, dwar l-annimali u l-prodotti riferuti fl-Artikolu 1(1) u għal kull tielet pajjiż.

2. Biex tidher fil-lista li hemm provduta fil-paragrafu 1, l-awtorita' tat-tielet pajjiż trid:

(a) tidher f'lista mħejjija mill-awtoritajiet kompetenti tat-tielet pajjiż u ikkomunikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri;

(b) tħares, fil-każ ta' kull speċi u/jew kull razza, il-ħtieġijiet relevanti mniżżla mil-liġijiet tal-Komunità għall-awtoritajiet approvati fil-Komunità u partikolarment:

- id-dispożizzjonijiet applikabbli għad-dħul u r-reġistrazzjoni fil-kotba jew reġistri tal-merħla,

- d-dispożizzjonijiet applikabbli biex ikunu aċċettati l-annimali għal skopijiet tat-trobbija,

- d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-użu tas-semen, ova u embrijoni ta' l-annimali,

- il-metodi użati biex jaraw il-progress u jagħmlu stima tal-valur ġenetiku ta' l-annimali;

(ċ) ikunu sorpriżi minn servizz ta' spezzjoni uffiċjali tat-tielet pajjiż,

(d) jintrabtu li jdaħħlu jew jirreġistraw fil-kotba jew reġistri tal-merħla tagħhom l-annimali, semen, ova u embrijoni u l-annimali li jirriżultaw minnhom kif riferut fl-Artikolu 1(1) li joriġina f'awtorita rigward l-ispeċi u/jew ir-razza konċernata u rikonoxxuta taħt il-liġijiet tal-Komunità.

3. Il-lista riferuta fil-paragrafu 1 tista' tkun emendata mill-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.

4. Ir-regoli ta' implimentazzjoni li jirriżultaw minn dan l-Artikolu, u partikolarment mill-paragrafu 2 (d), jekk jinħoloq il-każ, ikunu adottati mill-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.

Artikolu 4

Biex ikunu mportati, l-annimali riferuti fl-Artikolu 1 iridu:

- ikunu mdaħħla jew reġistrati fi ktieb jew reġistru tal-merħla miżmum minn awtorita msemmija f'lista kif riferut fl-Artikolu 3(1),

- ikunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' l-arblu tar-razza u żootekniku mħejji skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12,

- ikunu akkumpanjati minn evidenza li se jiddaħħlu jew ikunu reġistrati fi ktieb jew reġistru tal-merħla tal-Komunità skond regoli dettaljati li jridu jkunu stabbiliti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.

Artikolu 5

Biex ikunu mportati, is-semen kif riferut fl-Artikolu 1 irid:

- ikun ġej minn annimal mdaħħal jew reġistrat fi ktieb jew reġistru tal-merħla miżmum minn awtorita li tidher f'waħda mill-listi riferuti fl-Artikolu 3(1);

- jiġi minn annimal li għadda minn spezzjonijiet ta' progress u l-istima tal-valur ġenetiku li jrid ikun stabbilit skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12 fuq il-bażi tal-prinċipju li hemm provdut f'dan ir-rispett mir-regoli tal-Komunità;

- ikun akkumpanjat minn ċertifikat ta' l-arblu tar-razza u żootekniku mħejji skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.

Artikolu 6

Biex ikunu mportati, l-ova ta' l-annimali riferuti fl-Artikolu 1 trid:

- tkun ġejja minn annimal mdaħħal jew reġistrat fi ktieb jew reġistru tal-merħla miżmum minn awtorita li tidher f'waħda mill-listi riferuti fl-Artikolu 3(1);

- tkun akkumpanjata minn ċertifikat ta' l-arblu tar-razza u żootekniku mħejji skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.

Artikolu 7

Biex ikunu mportati, l-embrijoni riferuti fl-Artikolu 1 iridu:

- ikunu ġejjin minn annimal mdaħħal jew reġistrat fi ktieb jew reġistru tal-merħla miżmum minn awtorita li tidher f'waħda mill-listi riferuti fl-Artikolu 3(1);

- ikunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' l-arblu tar-razza u żootekniku mħejji skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.

Artikolu 8

Fuq talba ta' Stat Membru, akkumpanjata mill-ġustifikazzjonijiet li hemm bżonn jew fuq inizzjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura fl-Artikolu 12, tippreżenta aktar ħtieġijiet żootekniċi u ġenealoġikali għall-importazzjoni, minn pajjiżi terzi, ta' ċerti annimali, semen, ova, u embrijoni biex tikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika ta' dawn it-pajjiżi terzi.

Artikolu 9

1. Id-Direttiva 91/496/KEE tapplika rigward l-annimali kif riferuti fl-Artikolu 1(1).

2. Id-Direttiva 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990 tapplika rigward is-semen, ova u embrijoni kif riferuti fl-Artikolu 1(1).

3. Ir-regoli speċifiċi ta' implimentazzjoni dettaljata għall-iskopijiet ta' l-ispezzjonijiet żootekniċi li jirriżultaw minn dan l-Artikolu jkunu adottati, kif u meta hemm bżonn, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.

Artikolu 10

Bil-għan li jippermettu l-listi riferuti fl-Artikolu 3(1) u l-kondizzjonijiet li hemm provduti fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7 ikunu mħejjija, spezzjonijiet fuq il-post isiru minn esperti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri.

L-esperti mill-Istati Membri responsabbli għal dawn l-ispezzjonijiet ikunu nominati mill-Kummissjoni fuq proposta mill-Istati Membri.

Dawn l-ispezzjonijiet isiru f'isem il-Komunità, li tħallas l-ispejjeż involuti.

Il-frekwenza ta', u l-arranġamenti għal, dawn l-ispezzjonijiet ikunu stabbiliti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.

Artikolu 11

Id-Direttiva 77/504/KEE hija minn'issa emendata kif ġej:

- fl-Artikolu 2, it-tieni indent, l-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 5, il-kelma "embrijoni" tkun mibdula b "ova u embrijoni".

Artikolu 12

Fejn il-proċedura mniżżla f'dan l-Artikolu għandha tintuża, il-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika mwaqqaf mid-Deċiżjoni 77/505/KEE [12] jaġixxi skond ir-regoli preżentati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 88/661/KEE.

Artikolu 13

1. L-Istati Membri jġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jimxu ma' din id-Direttiva fl-1 ta' Lulju 1995. Huma minnufiħ javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew jkunu akkumpanjati bl-imsemmija riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir l-imsemmija riferenza tkun imniżżla mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam iggvernat minn din id-Direttiva.

3. Sakemm ikunu mplimentati d-dispożizzjonijiet riferuti f'din id-Direttiva, ir-regoli nazzjonali relevanti għandhom jgħoddu in konformita mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat.

Artikolu 14

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-23 ta' Ġunju 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Moraitis

[1] ĠU C 306, tal-11.11.1993, p. 11.

[2] ĠU C 20, ta' l-24.1.1994, p. 518.

[3] ĠU C 127, tas-7.5.1994, p. 7.

[4] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/174/KEE. (ĠU L 85, tal-5.4.1991, p. 37).

[5] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36.

[6] ĠU L 153. tas-6.6.1989, p. 30.

[7] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55.

[8] ĠU L 85, tal-5.4.1991, p. 37.

[9] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13).

[10] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 92/438/KEE (ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27).

[11] L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3080/93 (ĠU L 277, ta' l-10.11.1993).

[12] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 11.

--------------------------------------------------

Top