This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0968
94/968/EC: Commission Decision of 28 December 1994 approving the operational programme for the control of salmonella in certain live animals and animal products presented by Finland
Id-Dečiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Diċembru 1994 li tapprova l-programm operattiv għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali ippreżentat mill-Finlandja
Id-Dečiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Diċembru 1994 li tapprova l-programm operattiv għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali ippreżentat mill-Finlandja
ĠU L 371, 31.12.1994, p. 36–37
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 371 , 31/12/1994 P. 0036 - 0037
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0252
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0252
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Diċembru 1994 li tapprova l-programm operattiv għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali ippreżentat mill-Finlandja (94/968/KE) Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-bovivni U l-majjali [1], kif emendata mill-Parti 1, il-Kapitolu 2 (A) (1) (h) of l-Anness I (V) (E) ta’ l-Att li jikonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-a ta’ l-adezzjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika Awstrija, tal-Finlandja tar-Repubblika ta’ l-Awstrija u tar-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqu hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 10a (2) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li tirregola l-kummerċ intra-Komunitarju fil-, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ bajd tat-tjur u tat-tfaqqis [2], kif emendat bil-Parti 1, il-Kapitolu 2 (A) (4) (b) u (c) ta’ l-Anness I (V) (E) tal-l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adezzjoni tar-Renju tan-tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstria, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqu hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 9a, 9b u 10b tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tal-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi ta’ saħħa li jaffettwa il-kummerċ intra-Komunitarju tal-laħam frisk [3], kif emendata bil-Parti 1, tal-Kapitlu 3 (1) (d) ta’ l-Anness I (V) (E) tal-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-Adezzjoni tar-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqu hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-L-Artikolu 5(4) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal- 15 ta’ Frar 1971 dwar problemi ta’ saħħa li jaffettwaw il-kummerċ tal-laħam frisk tat-tjur [4], kif emendata bil-Parti 1, tal-Kapitlu 3 (3) (b) ta’ l-Anness I (V) (E) għall-Att li jikonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adezzjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstria, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja w l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l- l-Artikolu 5(4) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tipprovdi għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimal u tas-saħħa pubblika li tirregola l-kummerċ fi u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġetti għall-imsemmija ħtiġiet li jinstabu fit-regoli speċifiċi Komunitarji referuti fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, għal dak li jirrigwarda l-patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE [5], kif emendata bil-Parti 1, il-Kapitolu 4 (4) (c) ta’ l-Anness I (V) (E) għall-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tad-dħul tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstria, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita, u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Kapitolu 2 ta’ l-Anness II tagħha, Billi, skond l-Artikolu 10a (2) tad-Direttiva 64/432/KEE, l-Artikoli 9a, 9b u 10b tad-Direttiva 90/539/KEE, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 64/433/KEE, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 71/118/KEE u l-ewwel inċiż tal-Kapitolu 2 ta’ l-Anness II għad-Direttiva 92/118/KEE, fl-10 ta’ Ottubru w it-13 ta’ Diċembru 1994 il-Finlandja ppreżentat lill-Kummissjoni programm operattiv għall-kontroll tas-salmonella; Billi dan il-programm operattiv jinkludi l-miżuri kollha li l-Finlandja ntrabtet li timplementa mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adezzjoni bil-għan li tikkontrolla s-salmonella fl-annimali bovini w l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni w l-qatla, tjur għat-tkabbir, flieles ta’ età ta’ ġurnata intiżi għall-introduzzjoni ġo qatgħa ta’ tjur għat-tkabbir jew qatgħa tat-tjur produttiv, tiġieġ li jbid (tjur produttivi imkabbar sabiex jiproduċu bajd għall-konsum), tjur għall-qatla, ċanga u majjal, laħam tat-tjur, laħam tal-ħaruf u bajd għall-konsum dirett uman; Billi, f’dan l-iskop, għandu jsir provvediment għall-Deċiżjoni singola tal-Kumissjoni li tapprova l- program operattiv; Billi, b’dana kollu, il-garanziji li jikkonċernaw is-salmonella applikabbli għall-Finlandja li diġa’ ġew stabbiliti jew għandhom ikunu jiġu stabbiliti fil-futur huma speċifikati għal kull kategorija ta’ l-annimali ħajjin jew tal-prodotti tal-annimali; billi l-applikazzjoni tal-imsemmija garanziji hija soġġett għall-approvazzjoni tal-miżuri li jiġu mplimentati mill-Finlandja f’ kull settur, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-miżuri li jikonċernaw annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, għall-produzzjoni u għall-qatla li jinsabu fil-program Finlandiż huma approvati. Artikolu 2 Il-miżuri li jikkonċernaw it-tjur għat-tkabbir u l-flieles ta’ l-età ta’ ġurnata ntiżi sabiex jiġu ntrodotti f’qatgħa ta’ tjur għat-tkabbir jew qatgħa ta’ tjur produttiv kif jinsabu fil-program Finlandiż huma approvati. Artikolu 3 Il-miżuri li jikkonċernaw it-tiġieġ li jbidu (tjur produttiv imkabbra sabiex jipproduċu bajd għall-konsum) li jinsabu fil-program Finlandiż huma approvati.- Artikolu 4 Il-miżuri li jikkonċernaw it-tjur għall-qatla li jinsabu fil-program Finlandiż huma approvati. Artikolu 5 Il-miżuri li jikkonċernaw iċ-ċanga w l-majjal li jinsabu fil-program Finlandiż huma approvati. Artikolu 6 Il-miżuri li jikkonċernaw il-laħam tat-tjur li jinsabu fil-programm Finlandiż huma pprovati. Artikolu 7 Il-miżuri li jikkonċernaw il-bajd għal konsum dirett uman li jinsabu fil-programm Finlandiż huma pprovati. Artikolu 8 Il-Finlandja għandha daħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti w U d-dispożizzjonijiet aministrattivi sabiex timplimenta l-miżuri referuti fl-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 7 fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adezzjoni. Artikolu 9 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil- u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adezzjoni tan-Norveġja, ta’ l-Awstria, tal-Finlandja u tal-Isvezja. Artikolu 10 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula Brussel, fit-28 ta’ Diċembru 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU No 121, tad- 29.7.1964, p. 1977/64. [2] ĠU No L 303, 31. 10`. 1990, p. 6 [3] ĠU No 121, tad- 29.8.1964, p. 2012/164. [4] ĠU No L 55, tat-8.3.1971, p. 23. [5] ĠU No L 62, tal-15.3.1993, p. 49. --------------------------------------------------