This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0937
94/937/EC: Council Decision 22 December 1994 on the provisional application of certain articles of the Second Additional Protocols to the Europe Agreements between the European Communities and their Member States, of the one part, and certain third countries of the other part, and to the Interim Agreements on trade and trade-related matters between the European Economic Community, and the European Coal and Steel Community, of the one part, the same countries of the other part
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' xi artikoli mit-Tieni Protokolli Addizzjonali tal-Ftehimiet Ewropej bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u xi pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, u għall-Ftehimiet Temporanji dwar kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, min-naħa l-waħda, u l-istess pajjiżi min-naħa l-oħra
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' xi artikoli mit-Tieni Protokolli Addizzjonali tal-Ftehimiet Ewropej bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u xi pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, u għall-Ftehimiet Temporanji dwar kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, min-naħa l-waħda, u l-istess pajjiżi min-naħa l-oħra
ĠU L 366, 31.12.1994, p. 21–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/937/oj
Official Journal L 366 , 31/12/1994 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0272
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0272
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' xi artikoli mit-Tieni Protokolli Addizzjonali tal-Ftehimiet Ewropej bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u xi pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, u għall-Ftehimiet Temporanji dwar kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, min-naħa l-waħda, u l-istess pajjiżi min-naħa l-oħra (94/937/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kunsidra l-Ftehim ta' l-Ewropea iffirmat mar-Rumanija fil-21 ta' Diċembru 1993, Wara li kunsidra l-Ftehim Temporanju [1] mar-Rumanija li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 1993, kif emendat bil-Protokoll Addizzjonali iffirmat fil-21 ta' Diċembru 1993, Wara li kunsidra l-Ftehim Ewropew iffirmat mar-Repubblika tal-Bulgarija fit-8 ta' Marzu 1993, kif emendat bil-Protokoll Addizzjonali iffirmat fil-21 ta' Diċembru 1993 Wara li kunsidra l-Ftehim Temporanju [2] mar-Repubblika tal-Bulgarija li daħal fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1993, kif emendat bil-Protokoll Addizzjonali iffirmat fil-21 ta' Diċembru 1993, Wara li kunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali li kien iltaqa' fil-31 ta' Ottubru 1994, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni innegozjat għat-Tieni Protokolli Addizzjonali tal-Komunitajiet tal-Ftehim Temporanji dwar il-kummerċ u affarijiet relattati mal-kummerċ u tal-Ftehim Ewropew mar-Rumanija u mar-Repubblika tal-Bulgarija; Billi l-partijiet rilevanti ta' dawn it-Tieni Protokolli Addizzjonali għandhom jiġu applikati, fir-rigward ta' prodotti milquta mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Jannar 1995, sakemm jintemmu l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu waħdieni Sakemm tintlaħaq konklużjoni formali dwar it-Tieni Protokolli Addizzjonali, l-Artikoli rilevanti li għandhom ikunu applikati fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Jannar 1995, huma kif ġejjin - L-Artikoli 1 u 2 tat-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' l-Ewropa bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Rumanija, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u affarijiet relatati miegħu bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, min-naħa l-waħda, u r-Rumanija min-naħa l-oħra, - L-Artikoli 1 u 2 tat-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' l-Ewropa bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u affarijiet relatati miegħu bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u l-Komunita Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra. It-testi tat-Tieni Protokolli Addizzjonali inizjalati inklużi l-Artikoli rilevanti huma mehmużin ma' din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1994. Għall-Kunsill Il-President H. Seehofer [1] ĠU L 81, tat-2.4.1993, p. 2. [2] ĠU L 323, tat-23.12.1994, p. 2. --------------------------------------------------